Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28570 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ground — Skola

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir diskusjoni biex il-ground li hemm fl-iskola Maragaret Morte Santa Lucija tkun aċċessibli għar-residenti tal-viċinanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istajdu l-politika addottata f'materji bħal dawn imqajjma mill-Onor. Membru, hija li t-talba għal aċċess ta' proprjeta` ta' skola partikolari għandha tiġi negozjata mal-Kunsill Skolastiku ta' dik l-iskola.
Leg 9 PQ #28572 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Drive-in

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex anzjana fil-wheelchair li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament min din il-mistoqsija ma ngħatatx permess biex tagħmel drive-in mad-dar?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Membru jara r-rapport imhejji mill-Case Officer.
Leg 9 PQ #28575 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Kuntratt fuq Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kellu biex ir-residenti ta' Triq il-Kaħwiela Santa Luċija jsir il-kuntratt ta' l-art wara l-1983 kien sar il-konvenju fuqha? Jista l-Ministru jagħti spjegazjoni dwar fiex waslu ex-negozjati u meta jista' jsir il-kuntratt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kuntratti mar-residenti fi Triq il-Kaħwiela, Santa Luċija għadhom ma sarux minħabba li l-kuntratt ta` l-akkwist ta` l-art ma` dominium directum, li hija l-Knisja għadu ma ġiex iffinalizzat. Infurmat ukoll illi dan il-kuntratt ser jiġi ffirmat dalwaqt.
Leg 9 PQ #28576 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wiring tat-Telefon

Question

Jista' l-Ministru jara li tissolva l-problema fil-wiring tat-telefon li qed tilmenta minnha l-anzjana li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament peress li ilha żmien issofri inkonvenjent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet il-Maltacom irriżulta li ma hemm ebda problema fil-wiring tat-telefon tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Din il-persuna tinsab imħassba dwar kontijiet pendenti tat-telefon għax tħoss li mhumiex ġustifikati. Il-Kumpanija qed tinvestiga dan l-ilment.
Leg 9 PQ #28578 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Street Hawker

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema li għandha van u taħdem bħala street hawker fis-suq ta' Raħal Ġdid qiegħda tiġi mkeċċija meta hija għandha liċenzja biex tbigħ?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini d-dettalji tal-persuna msemmija sabiex inkun nista` niġbor it-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #28454 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Main Supply

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata l-main supply lil anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li tgħix weħidha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s-servizz ta' l-elettriku li qed issir riferenza għalih għandu jitlesta flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.
Leg 9 PQ #28461 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Servizz ta' Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara li tifel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija, u li qiegħed jieħu s-servizz ta' facilitator, ikun jista' jibda jitwassal bil-private tad-dipartiment mill-iskola lejn id-dar bħal tfal oħra? Jistaż jagħti l-approvazzjoni tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta t-tifel in kwistjoni beda jmur l-iskola San Ġużepp Ħaddiem, Marsa, il-ġenituri tiegħu kienu jwassluh sa l-iskola u lura. Iżda matul is-sena l-oħra saru arranġamenti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex il-Fondazzjoni Trasport għall-Ħajja Indipendenti tipprovdi s-servizz taħt is-superviżjoni tas-Sinjura Connie Camilleri. Informat ukoll li meta l-ġenituri tat-tifel jinfurmaw lil din il-fondazzoni li t-tifel tagħhom qiegħed jerġa' jmur l-iskola, is-servizz tat-trasport ser ikun ipprovdut mill-ġdid.
Leg 9 PQ #28529 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Public Right Society

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħwienet f' Malta u Għawdex li qegħdin iħallsu t-Taxxa tal-Public Right Society?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sa llum l-ebda Collecting Society ma ġiet inkorporata mad-Dipartiment responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur u ta' drittijiet viċini skond Taqsima XI ta' l-Att Dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mhijiex a dispożizzjoni.
Leg 9 PQ #28531 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vapuri Militari

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta' l-ordni biex il-vapuri militari Ingliżi kif ukoll Amerikani salpaw 'il barra minn xtutna hekk kif sar dak id-diżastru fl-Amerika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Bankina Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bankina ġdida fi Triq il-Ġdida fi Triq Stefanatis, St Luċia. Peress li din l-area hija ġdida u taqa' taħt il-Gvern Ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa qiegħed jieħu ħsieb biex jibda x-xogħol meħtieġ fit-toroq madwar il-blokk bini li tela` fil-lokal.

Reġistrar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'każ fejn kap ta' familja li kien jirreġistra u għax inqabad jaħdem ġie maqtugħ mir-reġistrar u qed jirreġistra fuq Part 2; il-mara tiegħu jkollha dritt tieħu xi tip ta' għajnuna soċjali? Jekk iva x'tip ta' għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuna fiċ-ċirkostanzi ndikati mill-Onor. Interpellant tista' tapplika għall-Għajnuna Soċjali skond il-provedimenti tal-Artikolu 30(5) ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Din l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata mill-Bord imwaqqaf apposta skond Artikolu 128 ta' l-imsemmi Att. Dan il-Bord jiddeċiedi jekk għandiex titħallas Għajnuna Soċjali, lil min u b'liema rata.
Leg 9 PQ #28339 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ġurijiet pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28342 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Investimenti ta' Flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid li wara li l-gvern appella lil dawk il-Maltin li għandhom flushom investiti fl-Ewropa sabiex jinvestuhom f' banek lokali u jeħlu t-taxxa ta' 15% minflok 35%, dan l-appell jgħoddx ukoll għal dawn il-Maltin li nvestew barra l-Ewropa bħal ngħidu f' Singapore?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandu hi nkoretta u nissuġerilu li jistenna li jitħabbru d-dettalji sħaħ tal-iskema tar-reġistrazzjoni.

San Vincenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 28041?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għad-dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paule u fid-Dar ta' l-Imtarfa hu 675 u 205 rispettivament. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli bl-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.

S.V.P.R — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li f'Ward 9/10 Irġiel f'S.V.P.R. hemm l-ġrieden? Jekk fl-affermattiv, x'sar mid-dipartiment biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li San Vinċenz de Paule hu mdawwar b'ħafna ġonna, m'hix xi ħaġa mpossibbli u nspjegabbli li f'każi rari ħafna jidher xi ġurdien. Biss, id-Dipartiment jieħu l-azzjonijiet kollha mmedjati b'kollaborazzjoni mal-Pest Control Section tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #28410 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni morda bl-AIDS is-sena l-oħra u matul din is-sena? Kemm saru testijiet tal-HIV minn Jannar sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi matul is-sena 2000 mietet persuna waħda kaġun ta` l-AIDS. Matul din is-sena (2001), sal-lum, ma kellna l-ebda mewt kkaġunat mill-AIDS. Mill-1 ta` Jannar 2001 sal-31 ta` Awissu 2001 saru 3561 test għall-HIV.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna meta ser titkompla Triq it-Tramuntana ġewwa Hal Tarxien, wara li din it-triq bdiet tifforma sena ilu u issa waqaf kollox? Għaliex dawk il-kmamar li suppost ilhom li waqgħu ma waqgħux?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq wasal biex jiffinaliżża l-proċess biex l-art li trid tittieħed biex titwessa t-triq tgħaddi għand il-Gvern u l-kmamar imsemmija mill-Onor. Interpellant ikunu jistgħu jitwaqqgħu.
Leg 9 PQ #28330 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Vapuri Militari

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta' l-ordni biex il-vapuri militari Ingliżi kif ukoll Amerikani salpaw 'il barra minn xtutna hekk kif sar dak id-diżastru fl-Amerika?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28332 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Spezzjonijiet tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Ispetturi tal-VAT f' diversi ħwienet u stabbilimenti minn Jannar sallum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill-Ispetturi tal-VAT fi ħwienet u stabbilimenti mill-1 ta’ Jannar sa’ l-aħħar ta’ Awissu 2001 kien 9,973.
Leg 9 PQ #28335 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jiksru l-liġi tal-VAT minn Jannar sal-lum? Jista' jgħid ukoll f' każ ta' l-affermattiv x' passi ser jittieħdu jew diġa ittieħdu fuq dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sa’ l-aħħar ta’ Awissu 2001, kien hemm 1,660 każ li ġew referuti biex jittieħdu passi bil-Qorti dwar abbuż fl-għoti ta’ irċevuti fiskali. Matul l-istess perjodu, kien hemm 203 persuni li nstabu ħatja mill-Qorti u li bejniethom weħlu Lm38,448 f’multi. Kien hemm ukoll 1,352 persuna li għażlu li jħallsu multa ta’ kompromess u li bejniethom weħlu s-somma ta’ Lm67,600.