Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28746 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Skartar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nqabdu skartati mix-xogħol jew li kienu assenti mingħajr raġunijiet validi? Jekk fl-affermattiv, x'passi ittieħdu jew ser jittieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Mill-1 ta' Jannar 2001 sa llum, in-numru ta' impjegati li nqabdu skartati mix-xogħol jew li kienu assenti mingħajr raġunijiet validi, u l-passi dixxiplinarji li ttieħdu jew ser jittieħdu huma kif jidher hawn taħt: Numru ta' Impjegati Riżultat Passi Dixxiplinarji 16 Ħatja Ċanfira bil-miktub 5 Mhux ħatja 10 Preskritti 3 Irreżenjaw skond Regola 36 tal-Passi Dixxiplinarji (għax kienu assenti għal aktar minn għaxart'ijiem konsekuttivi). 112 Każi għadhom pendenti
Leg 9 PQ #28748 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Malta — Għawdex - Persuni u Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ivvjaġġaw persuni u karrozzi bejn Malta u Għawdex minn Ġunju sa Settembru ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Passiġ ġ ieri Vetturi Karozzi Trakkijiet Ġunju 284369 72088 1854 Lulju 368417 84643 2163 Awissu 419473 99898 2083 Settembru 352040 78047 1537 Total 1424299 334676 7637
Leg 9 PQ #28749 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Tribunal għall-Ingustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li inħarġu biex jitħallsu persubni bħala kumpens għall-kawza tagħhom tat-Tribunal għall-Ingustizzji sallum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill- Onorevoli Interpellant li l-ammont li tħallas din is-sena bħala kumpens għall-kawżi għand it-Tribunal għall-Inġustizzji hu ta' Lm 30,000.
Leg 9 PQ #28751 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus f'overtime l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament kemm ilha taħdem fil-Ministeru tiegħu? X'inhu x-xogħol li qed tagħmel u minn liema dipartiment qed titħallas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma nħossx li għandi nagħti d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu peress li jirrigwardaw persuna individwali. Il-persuna jitħallas mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet, u x-xogħol tiegħu jikkonsisti f'ħidma kontinwa u dedikata, ta' koordinazzjoni mal-Kunsilli Lokali fuq ħtiġijiet li dawn ikollhom mill-Ministeru għall-Ambjent, apparti koordinazzjoni tax-xogħlijiet oħra skond ma jkun hemm il-bżonn.

VRT Test

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien vetturi li m'għaddewx mill-VRT Test is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-1 ta` Jannar 2000 sal-31 ta` Diċembru 2000 m`għaddewx mill-VRT 9,595 vettura. Mill-1 ta` Jannar ta` din is-sena sat-30 ta` Settembru 2001 m`għaddewx 5,142 vettura.
Leg 9 PQ #28783 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Elbros

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li 4 ħaddiema li jaħdmu ma' Kalaxlokk u jaħdmu ma' Elbros, ilhom ma jitħallsu 4 xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt hemm ħaddiem wieħed tal-kumpanija Kalaxlokk li hu sekondat mal-kumpanija Elbros. Dan qed jitħallas regolarment.
Leg 9 PQ #28737 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Fuel Bill

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-kiri mikrija fid-dikasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew minn Jannar ta' din is-sena sallum? Kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' karozzi mikrija ma' dan il-Ministeru huwa ta' 69. Dawn qegħdin: Ministeru 9 Taqsima tax-Xogħlijiet 50 Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 10 Minn Jannar 2001 sa llum dawn swew Lm73,660. Il-fuel bill tagħhom kien ta' Lm28,165.
Leg 9 PQ #28739 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sick Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lid-dipartiment tas-saħħa biex intbagħat tabib privat lill-impjegati tal-istess dipartiment meta dawn kienu fuq sick leave, minn Jannar ta' din is-sena sal lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn Jannar sa l-10.10.2001 tħallsu LM9,886 sabiex jintbagħatu tobba privati biex jivverifikaw s-sick leave ta` l-impjegati tad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #28740 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Airconditioners — X-Ray Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma twaħħlux l-airconditioners fir-reception tal-X-Ray Department fl-isptar San Luqa, f'każ li dawn inxtraw, meta x-xogħol meħtieġ sar aktar minn tliet snin ilu? Jista' jgħid ukoll għaliex ma jsirx tindif regolari f'din l-istess kamra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ma kien hemm l-ebda pjan approvat jew inxtraw Air Conditioning Units għall-post konċernat. Ir-reception ta` X-Rays tidnaddaf kuljum.
Leg 9 PQ #28742 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Filters tal-Boilers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex jiġu rranġati l-filters tal-boilers li hemm fil-Power Station tal-Marsa biex il-poplu tal-Fgura u l-inħawi ta' madwar ma' jibgħux ikollhom trab iswed issa li f'daqqa waħda reġa tfaċċa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #28743 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU Information Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq s'issa l-Uffiċċju tal-EU Information Centre f'salarji, informazzjoni u riklamar?

Response (BORG, JOE)

Bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28743 magħmula mill-Onorevoli Interpellant, nixtieq ngħid li matul is-sena 2001 s'issa ntefqu: LM96,866.25 f'salarji u LM166,983.57 f'servizzi ta' informazzjoni u riklamar.

Boarding Out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li ġew boarded out din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali iżomm statistika ta' kemm persuni jingħataw Pensjoni għal Invalidita'. Din il-pensjoni kontributorja tingħata lil persuni, li jkunu ġew ċertifikati minn bord mediku tad-Dipartiment, li huma nkapaċi għal xogħol xieraq għal mill-anqas tlett snin. In-numru ta' persuni li ngħataw din il-pensjoni għall-ewwel darba bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena huwa ta' 696.

Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mara separata li bħala proprejta tagħha għandha d-dar u l-garage, għandhiex dritt li tieħu r-relief kollu? Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji tas-sigurta' soċjali għandha dritt għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninfoma lill-Onor. Interepllant li d-dar tar-residenza u garage għall-użu privat ta' l-applikant ma jittieħdux fil-konsiderazzjoni tal-kalkolu tad-dħul għall-għoti ta' Assistenza Soċjali. Il-liġi dwar is-Sigurta' Soċjali tipprovdi għall-ħlas ta' numru ta' benefiċċji, li biex wieħed jikkwalifika għalihom irid jissodisfa diversi kundizzjonijiet speċifiċi. Għalhekk, fin-nuqqas ta' dettalji speċifiċi, mhux possibbli li nagħti risposta dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija. Nissuġġerixxi li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant tingħata parir tkellem l-uffiċjal inkarigat fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #28686 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħata xi sussidju fuq il-prezz tal-biljetti tal-karozzi tal-linja għall-żgħażagħ li jattendu l-Universita' u li jkollhom biss Lm 60 stipdenju?

Response (GALEA, LOUIS)

Le, m'hemmx ħsieb.

Bord ta' l-Appell

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' l-appell ta' ġuvni li ġie maqtugħ mir-reġistru tax-xogħol u qiegħed jistenna li jibagħtu għalih mill-Bord ta' l-Appell, jitmexxa mil-aktar fis peress li barra li dan il-ġuvni ma għandu l-ebda dħul għandu wkoll tarbija? Jista' din il-persuna tiġi infurmata bl-aħħar żvillupi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-appelli quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol jinstemgħu wara xulxin skond l-ordni li jkunu waslu għand l-Awtorita'. Ninsab infurmat li l-appell tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant imissu jinstema' fit-23 ta' Ottubru 2001.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ quddiem l-appell għall-pensjoni tal-wens ta' persuni li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jitmexxa minħabba li urġenża ta' dan il-każ? Jista' dan is-sinjur jiġi infurmat bl-aħħar żvilluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna konċernata ġa tressaq quddiem l-arbitru maħtur skond artikolu 107 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap) 318 li ddeċieda li jitlob aktar informazzjoni. Għaldaqstant irrimanda l-każ għal data oħra u għalhekk inħoss li ma nistgħax nintervieni f'dan il-mument peress li l-każ għadu sub judice.
Leg 9 PQ #28704 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vapuri Militari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min ta l-ordni biex il-vapuri militari Ingliżi kif wkoll Amerikani salpaw 'il barra minn xtutna hekk kif sar dak id-diżastru fl-Amerika?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li d-deċiżjoni ttieħdet mill-awtoritajiet navali konċernati