Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29527 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29379?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hija proċedura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li kull meta jsir xi abbuż jew xogħol ħażin minn kuntrattur, dan jiġi mwissi u mitlub jirranġa n-nuqqasijiet. F'dawn il-każijiet il-kuntrattur ikun responsabbli għall-ispejjeż involuti. Kien hemm każijiet fejn ġew applikati penali skond il-kuntratt. F'każijiet oħra l-kuntratturi twaqqfu milli jkomplu x-xogħol.
Leg 9 PQ #29528 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29385?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-prezz għal kull servizz li l-kuntrattur jagħmel mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hu madwar ħamsa u erbgħin lira (Lm45).
Leg 9 PQ #29530 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29384?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-1997 'l hawn, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet bdiet tadotta skema dwar l-ingaġġ ta' kuntratturi biex jitħaffru t-trinek. F'din l-iskema t-tariffi tax-xogħolijiet huma fissi. Matul dawn l-aħħar tmien xhur ma daħal ebda kuntrattur ġdid. Meta jkun hemm il-ħtieġa għal servizz jew xiri ta' materjal, il-kuntratturi jintgħażlu b'sistema ta' sejħa għall-offerti.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa każ ta' housing, sussidju fuq lift għall-persuna b'diżabilita indikata separatament minħabba l-bżonn ta' din il-persuna sabiex titnaqqsilha t-tbatija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant applikat ma' l-Awtorita' tad-Djar għall-istallar ta' lift fil-31 ta' Ottubru 2001. L-Awtorita' mistennija tirreferi l-każ lill-Occupational Therapist fi ftit jiem oħra biex issir home visit.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat il-każ ta' xebba li l-partikularijiet tagħha jinsabu anessi separatament min din il-mistoqsija li qiegħda tieħu pensjoni tal-bord u kienet ħallset numru ta' bolol u allura għandha pensjoni żgħira? Tista' ssirilha reviżjoni tal-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata qed titħallas korrett u kif suppost skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali 1987 (Kap 318). Inżid ngħid li l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Leg 9 PQ #29392 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta problema tad-drenaġġ li qiegħed jiżbroffa f'dar ta' anzjan li jinsab waħdu u li l-partikularijiet tiegħu jinsabu annessi separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-każ inkwistjoni jinvolvi infiltrazzjoni ġo basement tal-fond indikat u mhux żbroff ta` drenaġġ. Dan l-ilment ilu jiġi nvestigat minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment sa minn Marzu ta` 2001 u rriżulta li tali nfiltrazzjoni toriġina minn xi sors mielaħ. Testijiet saru wkoll fuq id-drenaġġ ta` l-istess dar, imma ħargu negattivi. Għandi wkoll informazzjoni li wara l-aħħar spezzjoni li saret fil-31 ta` Ottubru 2001 jirriżulta li m'hemm l-ebda infiltrazzjoni.

Frekwenzi tar-Radju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm frekwenzi tar-radju fuq l-FM vojta? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet jistennew li jiġu allokati frekwenza? Jista' jgħid min huma il-kumpaniji li applikaw għall-frekwenza tar-radju FM?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-frekwenzi għal xandir nazzjonali bir-radju FM li mhumiex okkupati huma tlieta: 90.7 MHz, 102.6MHz u 105.9MHz. Dwar it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #29379 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar 5 snin kienx hemm kuntratturi jaħdmu għall-korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li ġew imkeċċija jew ġew mitluba mill-korporazzjoni sabiex iwaqqfu x-xogħol tagħhom minħabba irregolarita jew abbuż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Reserved Parking

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjan li l-partikularijiet tiegħu jinsabu annessi separatament minn din il-mistoqsija u li qed jitlob li ssir reserved parking għal persuna b'diżabilita? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li rakkomandazzjoni posittiva, dwar l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, ġiet riferuta lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku mill-Bord dwar ir-Reserved Parking tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.

Servizz ta' Home Help

Question

Jista' l-Viċi Ministru jara li jingħata s-servizz tal-home help lill-anzjana l-partikularijiet tagħha jinsabu annessi separatament minn din il-mistoqsija? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija kienet daħlet f'Awissu 1998 u l-Bord ta' l-allokazzjoni ma approvax is-servizz f'Ottubru ta' l-istess sena. Għalhekk ser jintbagħtu applikazzjoni u rapport mediku ġdid biex il-każ jerġa' jitqajjem.
Leg 9 PQ #29389 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

VRT testing stations

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna kemm hemm VRT testing stations li għandhom permess maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jekk sarux xi enforcement notice/stop notices għal xi garaxxijiet li inbnew bla permess u qed joperaw xorta waħda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 14-il applikazzjoni għal VRT Testing Stations li ġew approvati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar filwaqt illi l-Enforcement Unit ħarġet żewġ stop/enforcement notices fuq garages li qegħdin joperaw mingħajr permess ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #29147 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir id-dawl fi Triq Bir Miftuħ (fejn il-Ġnien ta' Mizzi), minħabba in-nuqqas ta' dawl li hemmm, u minħabba l-ilmenti dejjem deħlin tar-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Parking Bay

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' applikazzjoni għall-parking bay għall-persuna b' diżabilita' li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament minn din il-mistoqsija, peress li din il-persuna tinħtieġ dan l-ispazju b' mod urgenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna kkonċernata għada m'applikatx għas-Servizz tar-Reserved Parking. L-istess persuna applikat biss għall-Karta ta' l-Identita" Speċjali u għall-Blue Sticker. L-applikazzjonijiet kemm il-Blue Sticker u kemm il-Karta ta' l-Identita' Speċjali preżentement qed jiġu ivvettjati mill-konsulent mediku tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.
Leg 9 PQ #28867 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Għajn Dwieli Road — Paola

Question

Jista' l-Ministru jara li t-triq Għajn Dwieli Road, Paola jibda jiġi kennies regolari peress li din it-triq hija triq arterjal u taqa' taħt il-Gvern Ċentrali? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ġranet li l-kennies jrid jmur jiknes din it-triq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ġranet meta l-kennies imur jiknes Għajn Dwieli Road, Paola huma l-Erbgħa u s-Sibt. Iżda minħabba li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u pavimentar ġdid, ir-riżultat tal-knis ma jistax ikun tal-livell mixtieq.
Leg 9 PQ #28940 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Filters tal-Boilers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex jiġu rranġati l-filters tal-boilers li hemm fil-Power Station tal-Marsa biex il-poplu tal-Fgura u l-inħawi ta' madwar ma' jibgħux ikollhom trab iswed issa li f'daqqa waħda reġa tfaċċa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li dan l-aħħar it-terminu filters ġie użat għall-Electrostatic Precipitators, għandi għax nifhem li dan huwa xi jrid ifisser l-Onorevoli Interpellant. Jiena nfurmat li l-boilers numri sebgħa u tmienja għandhom precipitators li qiegħdin jaħdmu kif suppost. Qed isir ukoll xogħol fuq il-precipitator tal-boiler numru sitta li bħalissa jinsab wieqaf għall-overhaul.

Sussidju fuq Dawl u Ilma

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru ara jekk il-persuna boarded out li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hix intitolata li tieħu sussidju fuq id-dawl u l-ilma? Tista' il-persuna tiġi infurmata personalment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, minn stħarriġ li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt applikat għas-sussidju fuq id-dawl u l-ilma. Qabel ma ssir l-applikazzjoni meħtieġa ma nistax ngħid jekk din il-persuna hix intitolata jew le għal dan is-sussidju.