Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat il-każ ta' koppja b'żewġt itfal li nqatgħalhom ir-relief ta' Lm3.00 fil-ġimgħa, peress li jider li l-karti li għaddew lid-dipartiment huma ġustifikati?
Jekk jogħġbok tinforma lil din il-familja bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tirċievi regolarmant l-għajnuna soċjali dovuta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni fil-WSC li jiċċekjaw ix-xogħol li jagħmlu l-kontrolluri tas-servizz tal-mains ta' l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li kull kuntrattur li jaħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ikun mitlub li jkollu x-xogħol tiegħu iċċertifikat minn perit qabel ma jippreżentah għall-ħlas. Barra minn hekk, kull sezzjoni teknika tal-Korporazzjoni tispezzjona x-xogħol waqt li jkun qed isir.
Jista' l-Ministru jara li tintlaqa t-talba ta ħafna studenti li jkollhom lockers fl-iskola Guze D'Amato Secondary School, Raħal Ġdid
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Iskola Sekondarja Ġuże` D'Amato qatt ma kienu kkunsidrati lockers għat-tfal. L-ewwelnett hemm il-problema ta' l-ispazju u barra minn hekk, l-iskola għandha prioritajiet oħrajn li huma aktar vantaġġużi għat-tfal.
Jista' l-Ministru jara li persuna li tieħu ħsieb żewġt anzjani toħriġilha l-allowance tal-istess? Il-partikularijiet jinsabu separatament min din il-mistoqsija. Tista' is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nnforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tiġi avviċinata personalment dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara għaliex għadhom jintbagħtu kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' kamra li ilha li waqgħet 6 snin u l-partikularijiet dwarha jinsabu annessi separatament ma din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-Maltapost li kienu jaħdmu fil-fergħa ta' Raħal Ġdid u ġew transferiti għall-posta ta' Bormla humiex ser jibqgħu hemm għal dejjem jew għal żmien temporanju?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li kull ċaqlieq ta' ħaddiema tal-Maltapost isir skond l-esiġenzi tas-servizz u kemm jista' jkun b'mod li jinħoloq l-inqas inkonvenjent għall-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jara li l-wires perikolużi quddiem ir-residenza 68 St. Mary Simons Avenue Tarxien jinbidlu minħabba li mhux l-ewwel darba li li ħareġ in-nar?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' omm separata b'tifla waħda u li tgħix mal-ġenituri tagħha li jinsabu bi problemi kbar familjari u li ilha li applikat għall-post tal-gvern għal dan l-aħħar 10 snin?
Tista din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat flimkien ma oħrajn simili.
Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjenti li jkunu f'Mount Carmel Hospital irridux iħallsu meta jkunu residenti ta' din ir-residenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond Avviż Legali 60 ta' l-2000, (Att dwar is-Sigurta' Soċjali, Kap. 318, Regolamenti ta' l-2000 dwar Rati għal Istituzzjonijiet u Hostels Statali), 'inter alia' jgħid, illi dawk il-pazjenti li jkunu residenti fl-Isptar Monte Carmeli, u ż-żmien li jagħmlu hekk residenti jaqbeż is-sitt xhur konsekuttivi għandhom jikkontribwixxu għaż-żamma tagħhom, 60% mill-income nett totali tagħhom. Dan jiġi mogħti lill-Kumitat dwar Welfare imwaqqaf taħt l-artiklu 130 ta' l-istess Att.
Dan jgħodd għal dawk ir-residenti li jirċievu pensjoni kontributorja, filwaqt li dawk li jirċievu pensjoni ta' l-eta' jitħallsu allowance minflok pensjoni ta' l-eta' (mhix kontributorja).
Dwar każijiet oħra nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li ssir ir-reserved parking ta' persuna b'diżabilita li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija? Jista' jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant m'applikatx għas-servizz tar-Reserved Parking, iżda għall-Karta ta' l-Identita' Speċjali u għall-Blue Sticker.
Infurmat ukoll li l-applikazzjoni għall-Karta ta' l-Identita' Speċjali ġiet proċessata u aċċettata filwaqt li dik għall-Blue Sticker qed tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-Maltapost li kienu jaħdmu fil-fergħa ta' Raħal Ġdid u ġew transferiti għall-posta ta' Bormla humiex ser jibqgħu hemm għal dejjem jew għal żmien temporanju?
Response (GALEA, ĊENSU)
Dan il-Ministeru hu responsabbli mill-aspetti regolatorji tal-Maltapost u mhux responsabbli għall-amministrazzjoni tal-kumpanija. Għalhekk l-Onor. Membru huwa mitlub li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' waqfien ta' children allowance ta' familja li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija? Tista' din il-familja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnhu ndikata ġiet infurmata bil-każ.
Jista' l-Ministru jara li fi Triq Dun Karm Sant, Tarxien quddiem ir-residenza 'Primrose' qiegħed joħroġ id-drenaġġ? Tista' din il-problema tiġi solvuta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li kien iċċekkjat il-main tad-drenaġġ u dan instab li huwa tajjeb. Rigward l-ilma li jidher ħiereġ, hemm indikazzjonijiet li dan huwa ilma tax-xorb. Għalhekk sar rapport lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex jagħmlu 'detection' ħalli jinstab minn fejn hemm il-leakage ta' l-ilma.
Jista' l-Ministru jara li bozza li ilha mitfija fit-triq Dun Karm Sant, Tarxien parallel ma' Triq San Tumas, Tarxien isirilha l-manutenzjoni li hemm bżonn?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jirrimedja l-problema ta' anzjani li kellhom il-kartuna r-roża u allura kienu jgawdu minn sussidju fuq telephone bill imma għax il-kartuna r-roża għal xi raġuni ma waslitx if-Ċentru Ħidma Soċjali qegħdin jirċievu kontijiet ta' kera mingħajr sussidju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk l-anzjani li jissodisfaw il-kriterji għall-għoti ta' sussidju fuq il-kera tas-servizz tat-telefon huma mitluba permezz ta' ittra maħruġa mid-Dipartiment ghall-Anzjani u Servizz fil-Komunita' li minn sena għal sena jippreżentaw il-karta r-roża tagħhom mġedda mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. F'dawk il-każijiet fejn persuna tonqos li tagħmel dan, jew fejn il-karta r-roża ma tiġix mġedda, allura jintilef id-dritt għar-roħs fuq it-telefon.
Jista' l-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl mar-roundabout ta' ħdejn it-telgħa ta' Raħal Ġdid ħdejn Sare ta' l-Irħam peress li min kemm ilu li sar il-proġett tat-tarmac u l-bankini dan id-dawl qatt ma nxtegħel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ż-żona tar-Roundabout hija diġa mdawwla mill-arbli ta` Street Lighting ta` l-Enemalta u m'hemmx ħsieb li jsir dawl mar-Roundabout inifisha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk meta l-public service commission tagħti deċiżjoni dwar dixxiplina, l-individwu għandux dritt ta' appell? Jekk iva, kemm-il darba saru appelli mill-1990 sal-lum? Jekk iva, kemm hemm żmien sakem jistgħu jsiru l-appelli?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kemm ir-Regolamenti tad-Dixxiplina preżenti, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2000, kif ukoll ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1997 li kien hemm qabilhom, ma jipprovdux li uffiċjali pubbliċi jistgħu jappellaw kontra xi deċiżjoni li tkun ittieħdiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fuq xi akkuża dixxiplinarja.
Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni ta' ħamsa min-nies, b'diversi problemi soċjali għal sussidju fuq irranġar ta' dar tal-privat u lanqas għandha servizz tad-drenaġġ fid-dar, jitmexxa 'l quddiem ħalli x-xogħol ikun jista' jibda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni għal sussidju fuq irranġar tad-dar mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat il-każ tat-twaqqif taċ-children's allowance lill-familja li l-partikularijiet dwarha jidhru separatament minn din il-mistoqsija? Tista' din il-familja tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jivverifika d-dettalji tal-persuna ndikata minnu.
Jista' l-Ministru jara jekk hux ġust li mara anzjana tneħħilha l-benefiċju soċjali tal-mard?
Jista' l-Ministru jagħti spjegazjoni bil-miktub lil din l-anzjana li l-partikolaritajiet jinsabu separatament min din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ.