Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex anzjana li l-partikolaritajiet jidhru separatament min din il-mistoqsija riċeviet il-pensjoni b' Lm22 nieqsa?
Tista' tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata sarilha tnaqqis ta' taxxa mill-pensjoni tagħha skond is-sistema tal-'Final Settlement System' (FSS), jiġifieri tnaqqis ta' taxxa minn ras il-għajn. Il-persuna kienet infurmata bil-miktub dwar dan.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazjoni bil-miktub dwar it-tnaqqis ta' Lm12.35 fix-xahar li qed ikollha mara armla b'żewġt itfal li tieħu relief ta' Lm111.20ċ fix-xahar?
Il-partikolaritajiet ta' din il-persuna qed jitbagħtu separatament.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tiġi nfurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar każ li l-dettalji tagħhom qed jintbagħat under separate cover? Jista' din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żvillupi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed jopera fil-parametri tal-liċenzi tal-Pulizija u minn stħarriġ li sar mill-Pulizija ma jirriżultax li hemm xi ksur ta` liġi. Madankollu, billi mill-ittra annessa under separate cover, jidher li l-ilment prinċipali huwa dwar affarijiet sanitarji, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' reserved parking ta' anzjan li l-dettalji tiegħi qed jintbagħatu under separate cover?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni rċeviet l-applikazzjoni tal-persuna ndikata fit-28 ta' Jannar 2002. Fit-30 ta' Jannar 2002 il-Kummissjoni infurmatu li ma għandux id-dokumenti meħtieġa kif indikat fl-istess applikazzjoni (li huma kopja tal-logbook, tal-karta tal-identita' tal-persuna b'diżabilita' u tal-karta tal-identita' tal-persuna li qed tapplika għan-nom tal-persuna b'diżabilita').
Fl-istess waqt il-Kummissjoni bdiet il-konsultazzjoni neċessarja mal-Kunsill Lokali konċernat kif titlob il-proċedura stabbilita mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku bi qbil mal-Kummissjoni u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali
Jista' l-Ministru jara li joħroġ is-sussidju fuq it-telecare ta' anzjan li l-partikolaritajiet tiegħu jinsab separatament li ilu ġimgħat sħaħ li bagħat il-kartuna r-roża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karta r-roża tal-persuna msemmija waslet fiċ-Ċentru tat-Telecare f'Diċembru li għadda u l-Maltacom plc ġiet notifikata, biex l-anzjan jibda' jgawdi mill-eżenzjoni tal-kera fuq it-telefon, fit-2 ta' Jannar 2002.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur sarux xi laqgħat mal-Gvern Libjan dwar bini ta' vapuri mal-Libja? Jekk iva, meta saru laqgħat? Kien hemm talba biex jinbnew vapuri mit-Tarzna ta' Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar sentejn saru, u fil-fatt għadhom għaddejjin, taħdidiet ma' kumpanija Libjana dwar il-possibilta' li jinbnew vapuri f'pajjiżna.
Peress li kif għidt, it-taħdidiet għadhom għaddejjin, ma naħsibx li jkun prudenti li nagħti aktar dettalji.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' armla li l-uniku dħul tagħha huwa mir-relief u li xi xahar ilu ġie maqtugħ, u dawn l-aħħar ġranet ġiet maqtugħa wkoll ic-children allowance u allura ma għandhiex l-ebda dħul ieħor, jitmexxu l-quddiem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinħareġ l-għajnuna soċjali lil omm b'żewġt itfal li l-partikularijiet jinsabu separatament min din il-mistoqsija? Tista' din l-omm tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
Jista l-Ministru jara li wire tad-dawl perikoluż u li joħroġ in-nar minnu, u kanna li hemm bla użu, titneħħa minn quddiem residenza li l-partikularitajiet jinsabu separatament minn din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat, li kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li hemm xi periklu ikkaġunat mis-sistema ta' l-elettriku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus fi sponsorships l-Airmalta u lill min ingħataw?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali u l-mistoqsija wkoll hija ta' l-istess natura, ma nħossx li jkun prudenti u fl-interess ta' l-istess azjenda li nagħti d-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tas-sigurta soċjali tal-isem li persuna li l-partikolaritajiet tagħha jinstabu separatament min din il-mistoqsija?
Jista' l-Ministru jara li anzjana li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament ma din il-mistoqsija tinħarġila id-disabled card peress li qiegħda tinżam milli tingħata wheelchair u sussidju mal-Awtorita' tad-Djar?
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tas-sigurta soċjali tal-isem li persuna li l-partikolaritajiet tagħha jinstabu separatament min din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li waħda mill-persuni ndikati minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha. Dwar il-persuna l-oħra li tidher li hi anzjana, ninforma lill-Onor Interpellant li ma tidhirx li qed tirċievi jew talbet xi benefiċċju soċjali.
Jista' l-Ministru jara li anzjana li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament ma din il-mistoqsija tinħarġila id-disabled card peress li qiegħda tinżam milli tingħata wheelchair u sussidju mal-Awtorita' tad-Djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-10 ta' Diċembru 2001, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ talbet bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor Interpellant biex tissottometti żewġ ritratti daqs ta' dawk għall-passaport biex tkun tista' tkompli tipproċessa t-talba għall-karta ta' l-Identita Speċjali.
Jista' l-Ministru jara li kaxxa tad-dawl li minnha joħroġ in-nar u perikoluza quddiem ir-residenza 60, Bianco Nuri , New Street, Paola titneħħa jew tiġi irranġata?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jara li anzjan li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija issirilha xogħol fil-main ta' l-ilma wara talba li ilu jagħmel lill WSC Luqa?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onor. Interpellant ġiet mgħoddija lil Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tiġi ikkinsidrata fl-imkien ma talbiet simili oħra.