Legislature:
Category:
Reset
Active:

Drogati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jsir sabiex drogati Maltin li jkollhom sentenzi pendenti taħt maġistrati differenti, jinġabrulhom l-offiżi taħt maġistrat wieħed biex tingħata sentenza korrettiva aktar addatata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura li tintuza prezentament mill-Qrati hi: a) F`każi ta` droga fejn il-proċedura tkun sommarja (piena massima sa sitt xhur ħabs), il-każi kollha jinstemgħu quddiem Maġistrat wieħed u cioe il-Maġistrat Dr Noel Cuschieri LL.D., Mag. Juris (EU Law); b) F`każi ta` droga aktar serji fejn il-proċedura tkun ta` kumpilazzjoni, il-każi kollha jitqassmu bil-polza bejn disa` Maġistrati u cioe` bejn dawk il-Maġistrati li jagħmlu l-kumpilazzjonijiet.
Leg 9 PQ #31741 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir min-naħa ta' l-istat sabiex min jinqabad bid-droga jiġi megħjun biex ma jkomplix jitħabbel fiċ-ċiklu tal-kriminalita' u mhux sempliċiment jingħata piena l-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Qed isir ħafna f'dan ir-rigward. L-ewwelnett hu rarissimu li xi ħadd li jinqabad semplicement b'pussess ta' droga jintbagħat il-ħabs. Hemm pieni alternattivi għall-ħabs, u l-Gvern diġa' ipprepara liġi ġdida tal-Probation applikabbli anki f'dan il-qasam. Il-Gvern ukoll fetaħ Substance Abuse Theraputic Unit (SATU) fil-ħabs stess, u nieda programmi mal-Caritas u mas-Sedqa, barra il-ħabs, għal priġunieri li għandhom il-problema ta' droga. Kienet għalhekk sorpriża għalija ninnota li meta l-Gvern introduċa emenda biex jelimina il-piena ta' ħabs bilfors għal min jinqabad fl-Airport bi droga għall-użu tiegħu personali biss, l-Onorevoli Interpellant ivvota kontra din l-emenda u ipprefera - kieku kien għalih - li "sempliċiment jingħataw piena ta` ħabs".

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' pensjoni ta' armla li mietilha r-raġel xi xahar u nofs ilu u għadha ma rċeviet xejn mis-sigurta' soċjali, jitmexxa kemm jista' jkun malajr minħabba li tinsab mingħajr dħul finanzjarju ? Id-dettalji qed jintbagħtu separatament. Jista' din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ indikat minnu ġie nvestigat u l-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Leg 9 PQ #31695 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Fabbrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fabbrika li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li tinsab qalb ir-residenti hijiex skond il-permess? Jekk iva, meta ħareġ il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31456, ninsab infurmat illi l-liċenzji tal-Pulizija ta` din il-fabbrika, ilhom joħorġu mill-1967.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li l-missier tal-familja li kien weġġa fuq il-post tax-xogħol li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, jingħata l-kumpens dovut peress li s'issa għadu ma ħa l-ebda kumpens? Jista' dan l-individwu jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex nies li għandhom is-sengħa jsibu xogħol u karriera li tkun vijabili għalihom flok li nistgħu dejjem biss fuq iċ-ċertifikati ta' l-iskola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor Membru jsib l-informazzjoni kollha mitluba fir-Rapport Annwali ta' l-ETC għas-sena 2000/2001 li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra ftit ġimgħat ilu.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir sabiex nies li jirreġistaw ma jkunux qed jaħdmu fil-black economy?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Permezz tal-Compliance Unit tagħha, l-Korporazzjoni twettaq medja ta' madwar 200 spezzjoni fil-ġimgħa fuq diversi postijiet tax-xogħol. Parti oħra ntegrali mix-xogħol ta' din it-taqsima huma l-Call-Ins fejn persuni, speċjalment dawk li jkunu ilhom xi ftit jirreġistraw għax-xogħol, jiġu ntervistati pjuttost fil-fond, ħalli s-sitwazzjoni tagħhom tiġi ċċarata kemm jista' jkun, bl-iskop li jkunu jistgħu jiġu mgħejjuna bl-aħjar mod possibbli. Ta' min jgħid illi bħala medja, din it-taqsima tirreġistra madwar 3000 abbuż (fil-konfront tal-liġi tax-xogħol tal-1990) fis-sena, fosthom madwar 500 li jinqabdu jaħdmu filwaqt li jkunu qed jirreġistraw.

Ship Building — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir minn dawk il-ħaddiema Tarznari, fosthom tas-ship building, li ma jridux jaċċettaw li jieħdu l-iskemi ta' irtirar u jispiċċaw bla xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iskemi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew maħruġa fil-kuntest ta' pjan ta' ristrutturazzjoni b'miri ċari, fosthom li n-numru ta' ħaddiema jrid jonqos sostanzjalment biex it-tarznari jilħqu vijabilita' finanzjarja. Kulħadd hu kommess li din il-vijabilita' tintlaħaq, iżda jekk il-miri ma jintlaħqux jista' jiġri li t-tarznari jkollhom jaħdmu b'ġimgħa imnaqqas ta' xogħol skond kif stabbilit fil-pjan ta' ristrutturazzjoni.

Tfal taħt l-Eta' — Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tfal taħt l-eta' ma jitħallewx jmorru jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tinvestiga kull rapport li jaslilha dwar tfal li jaħdmu taħt l-eta' stabbilita mill-liġi. Teżisti linja tat-telefon (Hot Line numru 657382) biex min irid jista' jirrapporta abbużi f'dan ir-rigward mingħajr il-ħtieġa li jagħti ismu.

Ġustizzja — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma utli s-sentenzi korrettivi meta l-istess persuna terġa' tinqabad mill-ġustizzja għax tkun ikkommettat l-istess reat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #31520 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Kordin — Quality Control

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' sejjer isir mill-ħaddiema li jaħdmu fil-Quality Control Kordin? Il-mekaniżmu li jeżisti f'din is-sezzjoni x'sejjer isir minnu, se jinbiegħ? Jekk iva kemm se jinbiegħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Quality Control, Kordin se jingħataw l-opportunita' ta' xogħol għal perjodu bi prova mal-Malta National Laboratories biex fl-aħħar ta' dan il-perjodu tittieħed id-deċiżjoni jekk ikunux jippreferu mpjieg mal-kumpanija jew jibqgħux mat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Il-makkinarju li hemm f'din is-sezzjoni ser ikun trasferit lil Malta National Laboratories Ltd., li hija kumpanija kollha kemm hi tal-Gvern. Il-valur tal-makkinarju ser jiġi valutat matul ix-xahrejn li ġejjin.
Leg 9 PQ #31524 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Tabakk

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31456 li ġejt infurmat ngħaddi lilek, cioe jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar każ li l-dettalji tagħhom qed jintbagħat under separate cover? Jista' din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żvillupi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li wara spezzjonijiet fil-fond indikat ma jirriżultax li hemm xi ksur ta` Liġi, peress li l-imsemmi post qiegħed jopera fil-parametri tal-liċenzja tal-Pulizija. L-ilment irreferut huwa dwar inkonvenjent (nuisance) u għalhekk ġie mgħoddi lill-Pulizija għall-investigazzjoni neċessarji taħt il-Kodiċi tal-Pulizija (Kap 10). Għaldaqstant, kif diġa` ġie infurmat l-Onor. Interpellant u kif ġiet infurmata l-persuna li għamlet l-ilment, fit-22 ta` Novembru 2001, id-Dipartiment tas-Saħħa ma jkunx f'pożizzjoni li jieħu passi sakemm ma jiġix ippreżentat ċertifikat mediku li juri l-aggravju għas-saħħa b'tali sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #31528 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jara kif flus imħallsa żejda f'income tax għas-sena li għalqet Diċembru 2000 min missier ta' familja, ghadhom ma ġewx rifonduti? Il-partikolaritajiet jidhru separatament.

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment huwa marbut li jħallas lura refunds ta' taxxa fi żmien sitt xhur jekk il-formola tat-taxxa tintbagħat fiż-żmien. Fil-każ ta' individwi l-formola trid tintbagħat sa' l-aħħar ta' Ġunju tas-sena rispettiva. Peress li l-individwu in kwistjoni bagħat il-formola tiegħu wara ż-żmien li tippermetti il-liġi, r-refunds f'dan il-każ irid jitħallas sa mhux iżjed tard minn sena minn meta tkun intbagħatet il-formola.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-każ ta' anzjana li l-partikolaritajiet tagħha jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija, peress li ilha bla ebda dħul mid-dipartiment tas-sigurta' socjali w ilha armla għal dan l-aħħar xagħrejn u nofs? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.