Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur kienx hemm xi impjiegi ġodda mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' xogħol qed jagħmlu u f'liema dipartimenti ġew allokati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-18 ta’ Marzu 2002, ġew impjegati 272 persuna (li jinkludu 208 “teachers”) mas-Servizz Pubbliku b’impjieg permanenti.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ skedi bid-dettalji ta’ dawn l-impjiegi li saru fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva quddiem id-dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi preżentament id-Dipartiment għandu 3359 applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva.
Jista' l-Ministru jara li l-każ li resaq quddiem il-bord ta' l-appell ta' familja bi tlett itfal li inqagħatilha kull għajnuna tal-qagħad jiġi konkluż peress li dawn żgur ser jbatu l-ġuħ għax ma għandhom l-ebda dħul ieħor? Jista' jintervjeni f'dan il-każ umantarju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma jirriżultax li għandha xi appell pendenti konness ma' għajnuna għall-qagħad.
Jista' l-Ministru jara li arblu kollu sadid li hemm fit-Triq Monica ma' Lamuka street, Ħal Tarxien, jinbiedel minħabba l-periklu li jinsab fih?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' l-armla li l-partikularijiet dwarha jidhru separatament jitmexxa sabiex tibda tieħu l-pensjoni tar-romol peress li ma għandha l-ebda dħul ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li qrib Flat Block 3, Door B, Triq tal-Mitħna, Gudja, ssir bozza peress li residenti ilhom żmien jagħmlu din it-talba?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir it-tarmac fi Triq Ħal Resqun Gudja minħabba l-istat ħażin li tinsab fihom it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq qed jistudja rapport imħejji mill-perit tad-Direttorat flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Gudja biex jistabbilixxi l-bżonnijiet fit-toroq kollha tal-lokalita', u x-xogħol fit-triq Ħal Resqun ikun jista' jsir wara li jsiru l-esproprijazzjonijiet li jinħtieġu biex it-triq tkun tista' tinfetaħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm gradwati ħarġu mill-Universita u sabu xogħol matul l-1999 - 2000 - 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' gradwati tas-snin imsemmija huma:
1999 - 1978
2000 - 1720
2001 - 2006
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni m'għandux l-istatistika mitluba dwar kemm gradwati sabu xogħol iżda minn studju li sar mill-Advisory Services Unit ta' l-Universita` irriżulta li mill-gradwati tas-sena 2000, sa sitt xhur wara li ggradwaw 82% minnhom kienu qed jaħdmu, u 15.6% kienu qed ikomplu l-istudju tagħhom.
Jista' l-Ministru jara li koppja li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament li twaqqatilha d-dar ġewwa Bormla tieħu l-kumpens dovut? Tista' din il-koppja tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċarra liema dipartiment wettaq dan it-twaqqigħ.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema postijiet inqabdu l-aktar żgħażagħ bid-droga matul din is-sena u x'qed isir biex inaqsu din id-densita minn dawn il-postijiet magħrufin f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar u Frar 2002, żgħażagħ inqabdu bid-droga kif ġej:-
San Ġwann - 3
B`Kara - 1
G`Mangia - 1
Għaxaq - 1
San Ġiljan - 1
Paola - 1
Msida - 1
Ħamrun - 1
Qawra - 1
Sliema - 1
B`Bugia - 1
Bormla - 1
Ta` Xbiex - 1
Pieta` - 1
Infurmat ukoll illi jsiru spezzjonijiet ta` kuljum f`diversi lokalitajiet mill-Iskwadra ta` Kontra d-Droga, partikolarment f`postijiet fejn l-aktar huma magħrufa li jinġabru ż-żgħażagħ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni jekk il-persuni li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar in-nuqqas ta' bolol li ser jaffetwaw il-pensjoni? Jista' dan is-sinjur jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet mitluba tipproduċi dokument meħtieġ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex il-każ jiġi nvestigat.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex iż-żgħażagħ jiġu mħejja ikomplu jistudjaw flok joħorġu jaħdmu ta' eta' żgħira u wara ftit jispiċċaw bla xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħala parti mill-investiment kollu li jsir fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, informat li ż-żgħażagħ għandhom ġurnata mogħtija għal Career's Seminars, fejn huma jsiru jafu dwar opportunitajiet ta' studju wara l-Form 5, kemm fl-iskejjel Post-Sekondarji, l-MCAST u l-Junior College. Isiru wkoll żjajjar ta' interess f'postijiet li jirrikjedu aktar tagħlim wara l-Form 5, bħas-Central Bank, Stock Exchange, eċċ. Il-Guidance Teachers ukoll ikellmu lill-istudenti u jagħtuhom pariri dwar Studji Ogħla, u anke joħduhom żjajjar biex ikomplu jħajruhom ikomplu l-istudju. Ikun hemm on-going guidance u counselling dwar studju u karrieri fil-Guidance Unit. Fis-sajf, ikun hemm Counsellors kull jum biex jgħinu l-istudenti fl-għażla tal-Courses "Post-Sekondarji", u anke fil-ġimgħa meta l-istudenti jagħżlu l-Courses. Ikun hemm taħditiet f'kull stabbiliment Post-Sekondarju, fejn jiġi mogħti tagħrif kemm lill-istudenti u kemm lill-ġenituri tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li spiċċaw bla xogħol għax għalqu l-fabbriki li kienu jaħdmu fihom matul is-snin 2000, 2001 u 2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, skond il-lista ta' fabbriki li għalqu matul is-snin 2000, 2001 u din is-sena, provduta mill-M.D.C. u li kienet telenka biss fabbriki tal-manifattura, in-numru ta' persuni li spiċċaw mix-xogħol għax għalqu l-fabbriki li kienu jaħdmu magħhom kien ta' 104.
Jista' l-Ministru jgħid x'tibdil għandu jkun hemm fil-mod kif qed titwassal l-informazzjoni kontra l-użu tad-droga illegali, fosthom biex il-programmi jsiru aktar f'ħin addatat u b'mod aktar addatat biex jintgħoġbu minn kullħadd u f'postijiet addatati fosthom l-iskejjel? Kemm hi vijabli l-informazzjoni li qed tingħata?
Response (GALEA, LOUIS)
Billi l-Onor. Membru semma' "il-programmi jsiru aktar f'ħin addatat", jidher li qed jirreferi għal xi programmi fuq ir-Radju jew T.V. Għalhekk nitlob lill-Onor. Membru jgħid għal liema programmi qed jirreferi.