Jista' l-Ministru jgħid ta' min hija r-responsabilita' tat-Triq San Ġużepp li tgħaqqad iż-Żejtun ma Ħaż-Żabbar?
Peress li din it-triq tista tnaqqas ħafna mit-traffiku li jgħaddi minn Hompesch Street Żabbar, iħossx il-Ministru li l-gvern ċentrali għandu jindaħal u jassumi responsabilita' li din it-triq tant importanti u daqstant traskurata u mħarbta?
Peress li t-traffiku li jgħaddi minn Hompesch Street Żabbar kull ma jmur qed jikber jistax iqis din it-triq bħala urġenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-manutenzjoni tat-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija responsabilta' tal-Kunsill Lokali. Madankollu peress li kif qal l-Onor. Interpellant din it-triq qed isservi ta' relief road għat-traffiku waqt li qed isir ix-xogħol fi Triq Hompesch, tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq sabiex isir patching fil-parti tat-triq li tinħtieġ dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu bdiet tiffunzjona t-tax compliance unit:
1 kemm nies ġew investigati
2 kemm każijiet ġew konklużi
3 x'kien l-ammont totali li ġabar il-ġvern minn dawn il-każijiet konkluzi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi ngħati din it-tip ta' nformazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-complement totali ta' nies fit-tax compliance unit?
Kemm jammontaw il-pagi totali ta' dawn l-impjegati f'sara?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-complement ta' nies fit-Tax Compliance Unit huwa ta' 28. L-ammont ta' sahra totali li tħallset lill dawn l-impjegati bejn Jannar u April 2002 kien ta' Lm251.78.
Jista' l-Ministru jara li l-armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li-raġel tagħha kien self employed u dejjem ħallas il-bolla full hix tirċievi l-pensjoni adattata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32773 u cioe, jista' l-Ministru jgħid xi
żviluppi saru wara l-PQ 31524 fejn l-istess sinjura għaddiet fis-sanita l-ċertifikati
mediċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-investigazzjonijiet dwar il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant għadhom għaddejjin biex jiġi stabbilit kif l-aħjar jiġi solvut il-każ.
Infurmat ukoll li passi legali ser jittieħdu fil-futur qarib fid-dawl ta` l-istess ċertifikati mediċi li rrefera għalihom l-Onor Membru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament li ilu magħluq għall-ħafna żmien, hux tal-Housing Dept of Lands jew tal-privat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat illi l-post indikat mhux amministrat mid-Dipartiment għall-Akkomomodazzjoni Soċjali u mhux tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat għaliex ħierġa riħa kbira ta' drenaġġ fejn il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li minn investigazzjoni preliminarja li saret minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fl-inħawi tal-post indikat, jirriżulta li fil-fatt ħierġa xi riħa mit-tali post. Minn informazzjoni miksuba permezz ta` xi ġirien jirriżulta wkoll li l-istess fond ilu magħluq għal dawn l-aħħar tliet snin u s-sid mhux magħruf.
Hekk kif isir magħruf is-sid tal-fond jittieħdu l-passi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm shelters ta' żmien it-tieni gwerra Ħal Tarxien
u fejn qegħdin?
Fejn qiegħed id-dħul u l-ħruġ tagħhom?
Hemmx xi ħsieb li minħabba n-natura storika tagħhom dawn jitnaddfu u jinfetħu
għall-użu turistiku?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub illi jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara arblu li jinsab fuq bankina quddiem ir-residenza 83 Triq Bormla Paola, jitneħħa għax qiegħed ikun ta' periklu u minflok jitpoġġa fil-parti fejn il-bankina hija aktar wiesgħa?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm shelters ta' żmien it-tieni gwerra Ħal Tarxien
u fejn qegħdin?
Fejn qiegħed id-dħul u l-ħruġ tagħhom?
Hemmx xi ħsieb li minħabba n-natura storika tagħhom dawn jitnaddfu u jinfetħu
għall-użu turistiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Nissuġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu in-numru ta' persuni li tilfu l-implieġ tagħhom minħabba redundancy minn Jannar sallum? X'tip ta' xogħol kienu jagħmlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba redundancy u ġew jirreġistraw għax-xogħol matul Jannar u Frar 2002 huwa ta' 670. (Malta u Għawdex)
Ix-xogħol li kienu jagħmlu dawn huwa kif ġej:
l. 26 persuna kienu jaħdmu bħala senior officials jew managers
2. 9 persuni kienu jaħdmu bħala professionals
3. 32 persuna kienu jaħdmu bħala technicians
4. 44 persuna kienu jaħdmu bħala clerks
5. 91 persuna kienu jaħdmu bħala service workers
6. 14 il-persuna kienu jaħdmu bħala skilled agricultural and fishery workers
7. 154 persuna kienu jaħdmu bħala craft and related trades workers
8. 73 persuna kienu jaħdmu bħala plant and machine operators and assemblers
9. 227 persuna kienu jaħdmu bħala elementary occupations
Jista' l-Ministru jara li ssir crash barrier quddiem ir-residenza li l-parikolaritajiet dwarha jidhru separatament minn din il-PQ peress li mhux l-ewwel darba li daħlu fiha karozzi li jkunu għaddejjin minn din it-triq arterjali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li fil-ġnub tal-bieb tar-residenza msemmija mill-Onor. Interpellant hemm postijiet li jintużaw għal użu kummerċjali, tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-toroq biex jikkunsidra s-suġġeriment flimkien mal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-każ ta' ġuvni li ftit tal-ġranet ilu mietu l-ġenituri tiegħu u allura jinsab waħdu, ismu qed jintbagħat under separate cover li applika biex il-post fejn jgħix idur fuqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-persuna ndikata għandha tipproduċi d-dokumenti li ntalbet mid-dipartiment biex tkun tista' tiġi rikonoxxuta fil-kirja flok il-ġentituri tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm id-dipartiment tal-manutenzjoni u tiswija tad-djar ta' direct allocations?
X'kien jisimhom il-kuntratturi u l-ammont ta' kull allocation?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li ma saret ebda 'direct allocation' mid-Dipartimnt tal-Bini u Tiswija ta' Djar, jiġifieri ma ngħatat ebda biċċa xogħol b'eċċess ta' Lm500 b'mod dirett mid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet quddiem id-dipartiment tal-manutenzjoni u tiswija tad-djar biex jiġu rranġati appartamenti tal-gvern fil-partijiet komuni?
F'liema lokalitajiet huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika separata dwar l-informazzjoni mitluba.