Jista' l-Ministru jara li jitmexxa lment li hemm quddiem l-għassa ta' Raħal Ġdid ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli ma jirriżultax illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant għandha xi lment pendenti mal-Pulizija ta` Raħal Ġdid.
Jekk jagħtina iktar dettalji nkun nista` nivverifika ulterjorment.
Jista' l-Ministru jara li l-ilment li hemm bejn l-Enemalta u l-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament jiġi milqugħ minħabba l-periklu u l-urġenza tal-każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' żagħżugħ li huwa b'diżabilita` u kien bi problema tad-droga u issa temm il-programm mill-Caritas u qiegħed jistenna li jieħu l-arretrati tar-relief minn Awissu 2001? Il-partikolaritajiet ta' l-imsemmi persuna qed jintbagħtu separatament.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntatjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 33092 u cioe, jista' jgħid kemm huwa in-numru ta' rġiel u nisa (separatament) 'il fuq minn 16 il-sena li qed jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 33092 f'Seduta Numru 730.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 33091 u cioe, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' NGOs f'Malta u Għawdex? Kemm għandha full-time employees kull NGO? Kemm għandha part-time employees kull NGO? Kemm tħallas bolla tan-national insurance kull NGO?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Unit għall-Liaison ma' Għaqdiet Mhux Governattivi, li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi, għandha nformazzjoni biss dwar dawk l-Għaqdiet li japplikaw għall-fondi provduti mill-Gvern. Ninsab infurmat li għas-sena 2002 kien hemm 33 Għaqda, li 2 minnhom kienu minn Għawdex, li għamlu talba għal dawn il-fondi dwar 39 proġett.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar in-numru ta' mpjegati full-time u part-time imħallsa, kif jirriżulta mill-Project Document ippreżentat mat-talba għall-fondi mill-Għaqda rispettiva.
Ninsab infurmat li l-Unit m'għandiex l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinqaleb il-kera fuq persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija peress li d-dokumenti li ġiet mitluba tibgħat mil-lands ġew mogħtija? Jista' dan is-sinjur jiġi nformat bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi dwar mistoqsija parlamentari nru. 19734 peress li kull min qiegħed jitlob trasferiment ta' qbiela bejn l-aħwa għadu bla risposta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li qegħdin ikunu diskussi diversi emendi fil-liġi li tikkontrolla l-kiri tar-raba'. Fost l-oħrajn għandha tiġi ċċarata darba għal dejjem l-interpretazzjoni ta'membru tal-familja. Għal dan l-iskop diġa' saret laqgħa bejn uffiċjali tat-Taqsima għas-Servizzi Rurali u l-uffiċjali mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li koppja anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament tiġi infurmata jekk hux tieħu pensjoni tajba peress li komparata ma' ħaddiema li kienu jaħdmu miegħu hi ħafna differenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet nfurmata dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara kif persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament li ma taħdimx ġie mitlub iħallas is-somma ta' Lm761.19c2? Jista' dan is-sinjur jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tiġi nfurmata bl-eżitu tal-każ tagħha personalment.
Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fi Sqaq ma' Athlone Street, Paola, quddiem ir-residenza 22 minħabba li tinsab imwarrba?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ta' anzjana li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament tieħu servizz tal-handyman wara li saret talba dwar sadd ta' drenaġġ u jidher li ma kienx hemm risposta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol li għandu jsir fid-dar tal-persuna ndikata jinvolvi ftuħ ta' medda tad-drenaġġ. Dan sar magħruf wara li ħaddiema mis-servizz tal-Handyman marru fuq il-post u fetħu d-drains tas-sink. Ftuħ tad-drenaġġ ma jaqax taħt ir-responsabbilita' tas-servizz tal-Handyman.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' nies f'Malta u Għawdex 'il fuq minn 16-il sena? Kemm huwa n-numru ta' rġiel f'Malta u Għawdex 'il fuq minn 16-il sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minn figuri miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jirriżulta li sa l-aħħar tas-sena li għaddiet in-numru ta' nies f'Malta u Għawdex ta' eta' 'l fuq minn sittax-il sena kien ta' 313,203. Fl-istess perjodu, in-numru ta' rġiel f'Malta u Għawdex ta' eta' 'l fuq minn sittax-il sena kien ta' 153,462.
Dawn il-figuri jinkludu barranin residenti fiż-żewġ gżejjer.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' pensjonanti?
Kemm huwa n-numru totali ta' nies li qed jieħdu l-pensjoni tal-invalidita'?
Kemm huwa n-numru ta' nies li għadhom m'għaddewx mill-board tal-invalidita' iżda ġew mgħotija żmien temporanju ta' sospensjoni mix-xogħol sakemm jerġgħu jidhru quddiem il-board?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta' pensjonanti huwa ta' 56,097.
Numru totali ta' nies li qed jirċievu l-pensjoni għall-Invalidita' huwa ta' 6,801.
Għat-tielet parti tal-Mistoqsija, naħseb li l-Onor. Membru qed jirreferi għal dawk in-nies li jaħdmu fis-servizz pubbliku, u jkunu mogħtija estensjoni ta' sick leave sakemm jispiċċaw mix-xogħol minħabba mard. Dan il-bord mediku jissejjaħ mid-Dipartiment tas-Saħħa. Għaldaqstant nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' nies f'Malta u Għawdex 'il fuq minn 16 il sena? Kemm huwa n-numru ta' rġiel f'Malta u Għawdex 'il fuq minn 16-il sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' NGOs f'Malta u Għawdex? Kemm għandha full-time employees kull NGO? kemm għandha part-time employees kull NGO? Kemm tħallas bolla tan-National Insurance kull NGO?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' rġiel u nisa (separatament) 'il fuq minn 16 il-sena li qed jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar ta' Diċembru 2001, in-numru ta' nies jaħdmu 'Full Time' kien ta' 137,496, 97,806 irġiel u 39,690 nisa.
L-Onor. Interpellant jista' jagħmel referenza għan-News Release No. 35/2002 maħruġa fis-17 t'April 2002 mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.