Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-pjani ta' asfaltar ta' toroq li jaqgħu taħt il-gvern ċentrali, lokal lokal u meta ser issir bi prijorita`?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mal-Kunsill Lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjieb fit-toroq u għalhekk il-prijoritajiet jiġu aġġornati minn żmien għal żmien skond kif ikun il-bżonn. Għalhekk mhux possibli li jingħataw ismijiet tat-toroq kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il studenta mill-iskola Sir Adrian Dingli, Pembroke, qagħdu għall-eżamijiet tal-Matsec fil-livell ordinarju fis-snin 2000 u 2001 f'dawn is-suġġetti: English, Mathematics, Maltese, Physics, Chemistry, Biology, Accounts, Italian, French u German?
Kemm-il studenta minn dawk li qagħdu għall-eżamijiet imsemmija għaddiet?
Kemm-il studenta mill-iskola Sir Adrian Dingli, Pembrok qagħdu għall-eżamijiet ta' l-O level London fil-livell ordinarju fis-sena 2000 u 2001 f'dawn is-suġġetti: English, Mathematics, Maltese, Physics, Chemistry, Biology, Accounts, Italian, French u German?
Kemm-il studenta minn dawk li qagħdu għall-eżamijiet imsemmija għaddiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti ta' Sir Adrian Dingli li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC fis-snin 2000 u 2001 hu kif ġej:
Suġġett Mejju 2000 Mejju 2001
Ingliż 185 205
Matematika 184 202
Malti 189 203
Fiżika 182 195
Kimika 18 28
Bijoloġija 31 34
Taljan 119 118
Franċiż 112 143
Ġermaniż 56 13
Informat ukoll li l-għadd ta' studenti li applikaw għall-eżamijiet tal-Livell Ordinaru ta' l-Edexcel (Londra) fis-snin 2000 u 2001 hu kif ġej:
Suġġett 2000 2001
Ingliż 147 159
Matematika 139 130
Malti 4 2
Fiżika 128 20
Kimika 11 12
Bijoloġija 15 20
Taljan 10 7
Franċiż 51 62
Ġermaniż 31 45
Wieħed irid jiftakar li f'dal-każ, (a) l-għadd ta' kandidati ma jirriflettix il-popolazzjoni ta' studenti fl-iskola li huma ppreparati biex jersqu għall-MATSEC u (b) l-istudenti li jkunu jridu, jersqu għall-Edexcel (Londra) wkoll għax "huma liberi li japplikaw għal liema eżamijiet iridu u kemm iridu". Nirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29796.
Rigward l-aħħar parti tad-domanda, kif għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28629, fuq il-parir tal-Bord tal-MATSEC, mhix policy li tingħata statistika ta' kemm għaddew studenti skola skola.
PQ Text:
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-
handyman
u mil-liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' għandu 9 applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-handyman.
Tlieta huma mill-Ħamrun u l-oħrajn huma minn Attard, Mosta, Sliema, Valletta, Xemxija u Zabbar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal home help u mil-liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' għandu 101 applikazzjoni pendenti għas-servizz tal-Home Help.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-lokalitajiet minn fejn ġejjin dawn l-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm attentati ta' suwiċidju minn sena b'sena mil-1990 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998. Ir-rapporti li kellha l-Pulizija ta` attentati ta` suwiċidju kienu kif ġej:-
1998
1999
2000
2001
2002
17
12
6
29
7
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li rnexxielhom iħallsu d-dejn li kellhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dawk il-Kunsilli Lokali li fis-sena li għalqet fil-31 ta` Marzu 2001 spiċċaw f`deficit finanzjarju skond ir-rapport ta` l-Awditur Generali li ġie diskuss fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi.
Ninsab infurmat li l-imsemmija Kunsilli Lokali għelbu dan id-deficit ħlief dawk ta` Bormla u Mosta li minħabba l-ammont qawwi li kellhom qed inaqqsu d-deficit gradwalment skond pjan maqbul mal-Ministeru.
Madankollu issa qed nistenna r-rapport ta` l-Awdituri tal-Gvern Lokali għas-sena li għalqet fil-31 ta` Marzu 2002 biex r-rapporti tal-Kunsilli Lokali jiġu kkonfermati u vverifikati formalment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena 2002 ġew misruqa anzjani il-fuq minn 61 sena fid-djarhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena, il-Pulizija kellha 71 rapport minn persuni ta` l`fuq minn 61 sena li irrapurtaw xi forma ta` serq minn proprjeta` tagħhom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nisa separati inqatalgħhom ir-relief fis-sena 2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ġejt infurmat li kien hemm 101 persuni separati li, għal xi raġuni jew oħra, kellhom l-Għajnuna Soċjali tagħhom imwaqqfa mill-bidu ta' din is-sena 'l hawn. Dawn kienu maqsumin hekk:
Defacto Separati 18
Legalment Separati 82
Divorzjati 1
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu transfers fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern mill-ewwel tas-sena sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-ewwel tas-sena sallum inħarġu erba' transfers kif spjegat hawn taħt:
1 transferred mill-Home għall-Ministeru ta' Għawdex (fuq talba tal-persuna)
1 transferred minn San Vinċenz għall-Home (fuq talba tal-persuna)
1 transferred mill-Home għall-San Vinċenz (fuq talba tal-persuna)
1 transferred mill-Ministeru tas-Saħħa (bl-appointment)
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-taħdidiet li saru bejn il-kunsill lokali u l-ministeru tat-trasport u komunikazzjoni dwar l-asfalt tat-toroq f'Tax-Xlejli ġewwa l-Gudja? Meta se jibda x-xogħol ta' asfalt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali u d-Direttorat għat-Toroq fil-preżent qegħdin jiddiskutu l-programm ta' xogħol meħtieġ fil-lokalita' u x-xogħol ikun jista' jitwettaq meta dawn it-taħdidiet jiġu ffinalizzati.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jsir ex-xogħol ta' asfaltar fit-toroq ta' ħdejn l-ismash radio ġewwa Raħal Ġdid wara li dan ix-xogħol ilu imwiegħed minn ħafna ministri?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ħal Tarxien li mhux asfaltati u li jaqgħu taħt il-Gvern Ċentrali?
Meta ser jibda x-xogħol?
X'negozjati saru bejn il-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien u l-Gvern Ċentrali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-lokalita' hemm 10 toroq li fihom qed isir żvilupp u li għadhom mhux asfaltati.
Minn dawn, parti minn Triq San Anard hija żviluppata għal kollox filwaqt li l-oħrajn għadu għaddej l-iżvilupp fihom u partijiet minnhom għadhom ma nfetħux kollha.
Ix-xogħol fi Triq San Anard isir skond il-prijoritajiet ta' asfaltar ta' toroq li d-Direttorat għandu quddiemu fil-lokalitajiet kollha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 33276 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u cioe`: Jista' jara li tinqaleb il-kera fuq persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija peress li d-dokumenti li ġiet mitluba tibgħat mil-lands ġew mogħtija? Jista' dan is-sinjur jiġi nformat bl-aħħar żviluppi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet għadu qiegħed jistenna konferma mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex ikun jista` jagħti risposta għat-talba li għamlet il-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant.