Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċji soċjali — Pensjoni tar-romol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi verifikat lill-armla, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed tirċievi l-pensjoni tar-romol skond il-bolol li r-raġel tagħha kien ħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Tnaqqis mis-servizzi soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament għaliex tnaqqsulha Lm28.90 fix-xahar ta' April 2002?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Leg 9 PQ #34376 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Żvilupp fil-Gudja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' żvilupp huwa approvat mill-awtorita` ta' l-ippjanar sabiex isir fit-triq li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi parti mit-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qegħda f`Urban Conservation Area, u parti oħra tinstab barra mill-area imsemmija. Fil-parti li qegħda ġewwa l-UCA, l-iżvilupp għal skopijiet residenzjali għandu "height limitation" ta` żewġ sulari filwaqt li fil-parti l-oħra żvilupp jista` jitla` sa tlett sulari.

Telecare — Paola

Question

Jista' l-Ministru jara li anzjana li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament tibda tieħu s-sussidju fuq it-telecare peress li issa ilha xhur li applikat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f'Mejju li għadda l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet notifikata li ser tibda tgawdi mis-sussidju fuq it-Telecare b'seħħ minn Jannar 2002.
Leg 9 PQ #34295 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir inspection fir-residenza ta' familja li l-partikolaritajiet tagħhom jidhru separatament minn din il-mistoqsija, minħabba kontijiet esaġerati tad-dawl u ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija kemm lill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni solita għal każi bħal dan.
Leg 9 PQ #34300 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Paola

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żvilupp sar dwar il-wire ta' l-elettriku li huwa perikoluż peress li qiegħed jiġbed ġebel ta' faċċata tar-residenza tal-familja li l-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dan l-ilment ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Raħal Ġdid — Santa Luċija Avenue - Crash Barrier

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir crash barrier quddiem ir-residenza 138 Santa Luċija Avenue, Raħal Ġdid peress li din hija triq arterjali u l-familja li tabita f'din id-dar diġa` daħlulha b'ħabta fid-dar tagħha darbtejn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jispezzjona t-triq sabiex is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant jiġi kkunsidrat.

Tarxien — Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-appell ta' persuna separata b'tifel li ma għandha l-ebda dħul finanzjarju li qiegħda tistenna li tibda tirċievi xi benefiċċji soċjali biex tkun tista' tgħix hi u t-tifel tagħha? Il-partikolaritajiet ta' din il-persuna qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Benefiċċji Soċjali — Marsa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi rimedjat żbal ta' flus li l-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament kellha tħallas lid-dipartiment tas-sigurta` soċjali u li jidher li tħallas darbtejn? Jista' jara li din il-koppja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Leg 9 PQ #34257 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Marsa - Ħsarat fl-Arloġġ ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq l-arloġġ ta' l-ilma ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li qiegħda tilmenta li dan l-arloġġ huwa difettuż?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #34258 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Wire Perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jara li l-wire perikoluż quddiem ir-residenza 105 Ninu Cremona Street, Raħal Ġdid jiġi rranġat minħabba l-periklu li jinsab fih u anke peress li dan l-ilment diġa` sar imma ma kien hemm l-ebda żviluppi dwaru?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #34294 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza quddiem ir-residenza 'Redentur' Triq is-Serkin Marsa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #34173 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Special Schools

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn special schools f'Malta u Għawdex? Fejn huma? Kemm hemm tfal f'kull skola? X'inhuwa l-complement totali ta' personnel (minn head teacher sa purtinara) f'kull skola? Kemm hija l-ispiża totali annwali ta' kull skola? Kemm hija l-ispiża totali annwali fuq it-trasport f'kull skola?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-ispiża totali annwali ta' kull skola, l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Homeless

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment iżommx lista ta' nies klassfikati bħala homeless? X'inhuma l-kriterji li taħthom jiġu nies klassfikati bħala homeless? Jekk tali lista, teżisti, kemm hemm nies klassfikati bħala homeless mad-dipartiment? Kif jiġġustifika li hawn nies homeless meta hawn tant eluf ta' djar vojta? X'ikunu t-talbiet ta' dawn in-nies? Kif isiru homeless u fejn joqogħdu u kif jgħixu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni jikkunsidra bħala "homeless" lill-dawk li jiġu żgumbrati bil-Qorti (meta r-raġuni ma tkunx in-nuqqas ta' ħlas tal-kera) lill-dawk li tkun iġġarfitilhom darhom jew lill-dawk li joqgħodu f'istituzzjoni. Dawn jingħataw priorita' meta jkollu postijiet battala f'idejħ.
Leg 9 PQ #34175 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ikklassifikati bħala major projects quddiem il-planning authority? Kemm ilha l-aktar applikazzjoni u kemm ilha l-aħħar applikazzjoni? Huwa sodisfatt bit-tul li tieħu applikazzjoni sa kemm tiġi approvata? Hemm mezzi biex applikazzjoni tiġi pproċessata f'qasir żmien? Kemm minn dawn il-proġetti huma għall-lukandi? Kemm minn dawn huma għal golf courses? Kemm minn dawn huma għal proġetti turistiċi? Kemm minn dawn huma għal proġetti industrijatli? Kemm hemm għall-proġetti oħra? Jeżisti makkinarju li jindaga għala applikazzjonijiet jieħdu fit-tul u jekk dan it-tul huwiex ġustifikat? Jaħsibx li għandu jkun hemm board ta' nies li jindagaw fuq iż-żmien li jieħdu applikazzjonijiet sakemm jiġu approvati, peress li dan huma proġetti li joħolqu ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Hemm 231 applikazzjonijiet għand il-MEPA li huma ikklassifikati bħala major projects. L-applikazzjoni li ilha l-aktar pendenti hija dik li ġiet ivvalidata fil-15/7/95, filwaqt li l-inqas li ilha pendenti hija dik li ġiet ivvalidata fit-30/5/02. Fil-każ ta` applikazzjonijiet maġġuri, jkun hemm ħafna diskussjonijiet u negozjati ma` l-applikanti sabiex isir titjib fl-iżvilupp propost, kif ukoll konsultazzjonijiet ma` diversi entitajiet li jtawwal il-proċess. Ma` dan kollhu qiegħed isir kull sforz biex dan il-proċess jitħaffef. Fil-każ fejn ikun meħtieġ li jsir studju dwar l-impatt ambjentali dan ukoll jitawwal il-proċess. Skond il-provvedimenti tal-liġi ta` l-ippjanar kif amendata, kull applikazzjoni li tiġi reġistrata bħala valida tingħata data. L-applikazzjoni tkun trid tiġi deċiża sa din id-data, sakemm ma jkunx hemm xi raġuni valida li biha jrid ikun infurmat l-applikant minn qabel u sakemm l-iżvilupp propost ikun f`skema ta` żvilupp u konformi ma` pjanijiet ta` żvilupp u planning policies. Jekk l-Awtorita` ma tieħux deċiżjoni sad-data stabbilita il-liġi tipprovdi mekkaniżmu sabiex l-applikazzjoni tiġi deċiża. Hemm 8 applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta` lukandi. Hemm 3 applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta` golf courses. Hemm 4 applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta` proġetti turistiċi. Hemm 37 applikazzjoni għall-iżvilupp ta` proġetti industrijali. Hemm 179 applikazzjoni għal xi tip ta` proġett ieħor li huma ikklassifikati bħala major project. Jeżisti makkinarju amministrattiv li jidentifika dawk l-applikazzjonijiet li jkunu ser jiskadu fi żmien sebat ijiem, u dan jitħaddem regolarment kull ġimgħa. L-Awtorita` minn żmien għal żmien issegwi l-andament ta` applikazzjonijiet ta` żvilupp sabiex dawn jiġu deċiżi fl-inqas żmien possibli. Fit-18 t`April twaqqfet it-tielet Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp li tip ta` applikazzjonijiet li tiddeċiedi dwarhom huma proprju dawk kunsidrati bħala 'major projects'.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu diskussjonijiet biex isiru l-lifts fil-flats kollha ta' Triq il-Ġnien ġewwa St. Lucia?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mir-records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-Awtorita' irċeviet xi applikazzjoni għall-installar ta' lift minn residenti ta' appartamenti fi Triq il-Ġnien Sta. Luċija.

Santa Luċija — Triq il-Ġnien

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex għeruq ta' siġar ma jibqgħux jidħlu ġewwa l-flat, block 4 Triq il-Ġnien, Santa Luċija billi jsir xi konkos mat-triq kif sar f'lokalitajiet oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ser jagħmel inspection biex jara x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #34156 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Paola

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata s-servizz tat-telephone lill-anzjan li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex tingħata l-attenzjoni relattiva.

Home Help — Paola

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa tiġi riveduta t-talba għall-estenzjoni tal-home help lil anzjana li l-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija minħabba l-bżonnijiet li għandha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fit-8 ta' Mejju 2002, il-Bord kompetenti kkunsidra t-talba għall-estenzjoni tal-Home Help mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Din it-talba ma ġietx milqugħa peress li ma kienx hemm tibdil fil-kundizzjoni medika tal-persuna konċernata.