Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-pilloli out of stock li hemm bħalissa fl-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli li kienu 'out of stock' fl-ispiżeriji tal-Gvern illum (05.09.02) huma indikati hawn taħt:
Prodott
Raġ
uni
Amanthadine 100mg tablets
Il-prodott issa wasal u tqassam.
Carbidopa 10mg/Levodopa 100mg tablets
Il-prodott issa wasal u tqassam.
Chlorpromazine 100mg tablets
Infetaħtender u bħalissa qed jintlaqgħu l-offerti.
Infetħet direct order, ġiet ordnata dirett mill-Ingilterra u stokk mistenni il-ġimgħa d-dieħla.
Dimenhydrinate 50mg tablets
Diffikulta biex jiġi offrut il-prodott fuq tender peress li l-ispiża hija żgħira ħafna. Mistennija konsenja żgħira mingħand l-Aġent lokali din il-ġimgħa.
Ferrous Sulphate 200mg tablets
Kien hemm diffikultajiet biex jinstab dan il-prodott u għalhekk l-ispeċifikazzjonijiet ġew mibdula darbtejn. Għadha kif ingħatat ordni għal sena. Bħalissa il-GPS qed jistenna x-xogħol dieħel. Infetħu wkoll direct orders biex itaffu l-problema imma dawn ma kinux biżżejjed biex jipprevenu out of stock.
Ketoconzole 200mg tablets
Infetħu tlett direct orders imma ma kien hemm l-ebda offerta. Infetħet direct order oħra li bħalissa qed tiġi pproċessata.
Levodopa 100mg/Benserazide 25mg Capsules
Diffikulta bic-CPP. Il-prodott se jinxtara dirett mill-UK u mistenni l-ġimgħa d-dieħla.
Maprotilene 25mg tablets
Kien hemm żieda fil-konsum. Infetħet direct order urġenti kif ukoll mistennija konsenja ta` xahrejn stokk mingħand l-Aġent lokali din il-ġimgħa.
Metoprolol 50mg tablets
Kien hemm żieda fil-konsum. Il-prodott kien ordnat, wasal, pero` l-Aġent Ingliż bagħat Metoclopromide 10mg Tablets flok il-prodott ordnat. Il-GPS issa qiegħed jistenna il-prodott ordnat.
Primidone 250mg tablets
Problema bic-CPP. Il-prodott se jinxtara dirett mill-UK u mistenni din il-ġimgħa.
Prochlorperazine 5mg tablets
Kien hemm żieda fil-konsum. Il-prodott mistenni fl-aħħar tax-xahar.
Prothionamide tablets
Dan il-prodott jinżamm biss bħala stand by. Hhemm problema biex jinstab il-prodottt.
Sultopride 400mg tablets
L-istokk mistenni fi żmien ġimgħatejn dirett mill-Ingilterra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bereġ li saritilhom manutenzjoni għas-sena 2002 u kemm kienet l-ispiża u x'xogħol sar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-bereġ li saritilhom manutenzjoni fis-sena 2002 huma:
1. Mġarr
2. Tarxien
3. Żejtun
4. Xagħjra
Ħafna xogħol sar mill-Kunsilli Lokali. L-ispiża tad-Dipartiment kienet ta' Lm2982.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' estenzjoni qiegħda issir fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid, meta beda x-xogħol peress li ilu li ġie imwiegħed is-snin u kemm ġejja tiswa l-ispiża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Huwa ttamat li x-xogħol ta' estensjoni u modernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid jibda s-sena d-dieħla. L-ispiża hija stmata li ser tlaħħaq Lm500,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi li jridu jitħallsu tax-xogħol li għamlu fi ħdan id-dipartiment, x'kien ix-xogħol u ta' liema sena kien ix-xogħol, u kemm tammonta l-ispiża?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għandu mal-118 biċċa xogħol li qed isir kuljum, b'xi forma ta' kuntratt jew ieħor fis-settur u żgur minħabba x-xogħol li jkun qed jitwettaq. Kull kuntrattur għandu xi ħaġa x'jieħu għax-xogħol li jkun sar f'dak il-jum. Ghalhekk l-informazzjoni ma tixtax tingħata fid-detall kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi li għadhom ma tħallsux tax-xogħol li għamlu, x'kien ix-xogħol u kemm tammonta l-ispiża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ix-xogħol mill-kuntratturi f'dan il-Ministeru huwa ħaġa kontinwa u jista` jkun li ħlas ma jkunx sar għax ix-xogħol ikun għadu sejjer, jew huwa xogħol li jieħu fit-tul ħafna u ma jkunx għadu iċċertifikat li sar tajjeb, jew xogħol wieqaf minħabba xi problemi. Jista` jkun ukoll li jkun għad fadal xi "retention monies".
Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant biex jekk għandu xi każ partikolari jinfurmani bih u nagħmel l-istħarriġ meħtieġ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien responsabbli għad-disinn u kunċett ta' l-istand ta' Malta fit-Trade Fair u kemm tħallas? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti tat-tender maħruġa b'riferenza għax-xogħol konness ma' l-istand ta' Malta mil-1992 sal-lum
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni qabbad lid-ditta Casapinta Design Group Ltd biex din tipprovdi d-disinji u servizzi oħra relatati mad-disinji tal-Padiljun ta’ Malta fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Fiera Internazzjonali ta’ Malta, ghas-somma ta’ Lm2,400.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra, kopji tad-dokumenti tat-
tenders
ghall-e¿ekuzzjoni tax-xogholijiet biex jittella’ il-Padiljun ta’ Malta ghas-snin 1996 sal 2002. In¿id nghid li fis-snin 1992, 1993, 1994 u l-1995 ma nhargux sejhiet ghal
tenders,
peress li x-xogholijiet saru mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi.
Jista' l-Ministru jara li d-deċiżjoni għal reserved parking fil-Marsa - il-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament - titmexxa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-applikazzjoni għal reserved parking li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet approvata mid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku, u d-Direttorat għat-Toroq ġie mitlub biex jagħmel is-sinjali meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi rranġata parti mill-appoġġ ta' flat ta' omm separata li l-partikolarijiet tagħha jidhru separatament minn din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt it-talba tiegħu lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-każ ta' ex-pulizija li l-partikolarijiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija li ilu sospiż mill-1997?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra il-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant, għad m`humiex konklużi.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni lill-omm bi 3 itfal li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li għax-xahar ta' Mejju 2002, il-Maltacom ħatfet ic-cheque lil din l-omm fuq flus li kellha tagħti lill-Maltacom? Xi dritt kellha biex tagħmel dan? Min fejn ser jieklu uliedha?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Maltacom sabiex jiġi verifikat e eventwalment tingħata spjegazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li jintbagħat social worker lil tifel ta' 14-il sena li l-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament minħabba l-problema li għandu dwar l-iskola? L-attenzjoni lil dan it-tifel hija bżonjuża peress li ġej minn broken family?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li l-iSchool Social Work Service ser jibgħat social worker għand il-familja biex tgħin bl-interventi tagħha kemm lit-tifel u lill-familja fejn ikun meħtieġ, speċjalment fuq problemi li qed jaffetwaw l-edukazzjoni tat-tifel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk li l-iskema ta' 61+ tal-BOV spiċċat? Jista' jgħid x'sar isir minn tant anzjani li investew eluf ta' liri għal din l-iskema? Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa' tibda topera? Għaliex tneħħiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-lum il-banek huma ragolati mill-MFSC li taqa' taħt il-Ministeru tal-Finanzi. Tajjeb jingħad ukoll li l-Bank of Valletta, bħall-banek kollha, għandhom maġġoranza ta' l-ishma f'idejn is-settur privat.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fil-main u l-kanen ta' l-ilma ta' kopja anzjana li l-partikolaritajiet tagħha jinsabu separatament minn din il-mistoqsija peress li għal dan l-aħħar xahar l-ilma fir-residenza tagħha dejjem ġej bis-sadid?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' appell ta' anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata bl-iżviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nnforma lill-Onor. Interpellant li jiena ġejt infurmat mill-Arbitru li l-każ tal-persuna ndikata minnu ġie deċiż.
Jista' l-Ministru jara li t-talba ta' tfajla ta' 34 sena b'diżabilita' li l-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament u li tixieq tibda tmur xi skola biex tkun tista' titħallat man-nies tiġi milqugħa? Jista' jara li tintbagħat social worker għal każ ta' din it-tfajla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jeżisti ebda provvediment sabiex it-talba li qed jagħmilli l-Onor. Membru tkun milqugħa. L-ogħla eta` li studenti jistgħu jkollhom biex jattendu skejjel sal-livell sekondarju f'ċirkostanzi speċjali hija dik ta' għoxrin sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34604, jista' jara li jitmexxa l-każ ta' relief ta' missier b'żewġt itfal li spiċċa mix-xogħol wara 30 sena jaħdem? Il-partikolaritajiet tal-persuna qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu fil-Mistoqsija Numru 34604 ġie finaliżżat u kull għajnuna dovuta skond il-liġi tħallset.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34466, jista' jgħid min inaddaf l-uffiċini tal-petroleum division f'B'Buġia? Kemm hemm maids li jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa hemm żewġ fattigi inkarigati mit-tindif ta' l-uffiċini fit-Taqsima tal-Petroleum.