Jista' il-Ministru jara li titnaddaf l-open space li hemm quddiem l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien minħabba l-ammont ta' żibel li jeżisti u minħabba li minn din l-area jgħaddu ħafna tfal għall-iskola?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35980 ta' din is-seduta.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35553, cioe' jista' jgħid kemm il-kilometru tarmak ingħata mill-gvern ċentrali f'Raħal Ġdid, Santa Luċija, Gudja, Raħal Ġdid ta' Lourdes u Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara kif ġewwa Triq Spencer, fil-Marsa (wara ta' Falzon) il-bozoz tal-gvern, ilhom ma jixgħelu għal dawn l-aħħar sena u nofs bir-riżultat li qiegħed jinħoloq inkonvenjent kbir għar-residenti ta' l-inħawi?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (BORG, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala Ministru għandi żewġ karozzi uffiċċjali. It-tnejn jaħdmu bil-'petrol' li jingħata minn pompi tal-'petrol' privati u li ma jitħallewx il-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Ministru għall-Agrikultura u s-Sajd għandu karrozza waħda, dik uffiċjali. Din tingħata petrol mingħand Gaetano Camilleri Petrol Service Station fiż-Żurrieq. Il-vettura tiġi ggaraxxjata għand ix-xufiera uffiċjali tal-Ministru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandhom karrozzi b'kollox il-ministri u segretarji parlamentari? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel, minn fejn jingħataw il-fuel u jekk jitteħdux magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Prim Ministru ghandu zewg karozzi ufficjali. It-tnejn jahdmu bil-“petrol” li jinghata minn pompi tal-“petrol” privati u li ma jithallewx il-Ministeru.
Rigward karozzi ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministri l-ohra.
Jista' il-Ministru jara li ċ-ċekk ta' anzjana li jinsab ma' din il-mistoqsija jiġi iċċekjat jekk issarafx jew le? Jekk iva, minn min isarraf? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata personalment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment konċernat qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u din ser tiġi nfurmata bl-eżitu ta' l-investigazzjoni meta din tkun konkluża.
Jista' il-Ministru jara li l-ħaddiema tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin jużaw il-car park li għandhom fil-ħabs stess peress li mhux l-ewwel darba li jkolli ilmenti mir-residenti li dawn qegħdin jipparkjaw f'Valletta Road Paola, per eżempju quddiem pompa tal-petrol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħaddiema tal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin għandhom id-dritt li jużaw l-parkeġġ tal-Faċilita`.
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem biżżejjed li dan il-parkeġġ sar biex jinħoloq l-inqas inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi. L-użu ta` dan il-parkeġġ hu kontinwament inkoraġġiet mill-awtoritajiet tal-ħabs, pero` wieħed jifhem li dan ma jistax isir billi tingħata xi ordni.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li fl-24 ta' Settembru 2002, iddaħħal pazjent bil-marda ta' l-iscables ġewwa Mount Carmel hospital u llum jinsab f'ward F2? Jikkonferma li dan kien jagħmel xogħol ġewwa Mount Carmel Hospital? F'liema sezzjoni kien jagħmel xogħol? Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha fuqu din il-marda? Kemm kien ilu jaħdem f'din is-sezzjoni? X'inhi din il-marda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-isptar Monte Carmeli huwa sptar psikjatriku u ma jiddaħħlux pazjenti li jkollhom l-iscabies.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jitħejja pjan mit-traffic control board u l-kunsill lokali biex issir sistema tat-traffiku fejn in-niċċa tal-Madonna ta' Lourdes fid-daħla ta' Paola Hill?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qegħda tagħmel il-pjanti biex isir proġett ta' traffic management fil-lokalita' msemmija.
Jista' il-Ministru jara li titnaddaf l-open space li hemm quddiem l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien minħabba l-ammont ta' żibel li jeżisti u minħabba li minn din l-area jgħaddu ħafna tfal għall-iskola?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kuntratturi kollha u l-proprjetarji li daħlu għall-proġett tal-MIDI għadhomx interessati? Jekk le, liema huma dawk li telqu għax m'għadhomx interessati fil-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi dan il-Ministeru m'għandu l-ebda nformazzjoni li hemm kuntratturi jew propjetarji li daħlu għall-proġett ta' Manoel Island u Tigne' li m'għadhomx interessati fil-proġett.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tunnel li sejra ssir ġewwa Tigne mill-MIDI hux sejjer isir skond l-istandards tas-safety equipment in road tunnels maħruġin mill-European Commission Energy & Transport? Kemm ser isiru emergency lanes or bypass? Kemm ser isiru emergency stations? Kemm ser isiru traffic surveillance? Kemm ser isiruventilation systems? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda l-pjanta ta' dan it-tunnel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposti mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 34774 u 35265.
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-kilometru tarmac ingħata mill-gvern ċentrali f':
1 Raħal Ġdid,
2 Santa Luċija,
3 Gudja,
4 Raħal Ġdid ta' Lourdes u
5 Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f' seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-proġett tal-MIDI sejjer jitlesta fi tmien snin? X'kumpens ser jieħdu l-lukandi tal-madwar minħabba l-inkonvenjent li qiegħed ikollhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-proġett tal-MIDI jitlesta skond 'time frames' li jistabilixxi l-istess konsorzju, u sakemm dawn ikunu konformi ma' jew aħjar minn dak li kien stabbilit fil-kuntratt li sar mal-Gvern preżenti.
Rigward il-lukandi li hemm fl-inħawi, mhux previst illi dawn jirċievu xi kumpens.
Jista' il-Ministru jgħid wara n-nuqqas fit-turiżmu din is-sena x'inhuma l-pjanijiet tal-ministru biex ir-rankatura ma tkomplix fit-triq tan-niżla?
Response (REFALO, MICHAEL)
Din hi sena diffiċli għat-turiżmu internazzjonali sew kaġun ta’ qagħda ekonomika dinjija dgħajfa kif ukoll tort ta’ l-impatt tat-traġedja tal-11 ta’ Settembru. Huma dawn il-fatturi li l-aktar ikkaġunaw telf ta’ volum fit-turiżmu u għalhekk hekk kif l-ekonomija Amerikana, Ġappuniża u Ġermaniża tirpilja, jinħoloq tiġdid fl-ekonomija dinjija. Dan igħodd ukoll għal kull ġurnata li tgħaddi mid-data tal-attakk fuq l-Amerika.
F’dawn iċ-ċirkostanzi l-politika tal-Gvern timxi fuq dawn it-tlett binarji: l-ewwel, użu effettiv u aggressiv tal-flus li tiddisponi minnhom l-Awtorita’; it-tieni, tmexxija skond il-Pjan Strateġiku 2002 – 2004 u t-tielet, tkomplija tal-proċess ta’ titjib u tiġdid tal-prodott turistiku.