Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose ġewwa il-casuality department ta' l-Isptar San Luqa mill-1 ta' Ġunju 2002 u x'tip ta' pilloli jew sustanza oħra ħadu. Kemm kienet l-eta` ta' dawn il-persuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-1 ta' Ġunju sat-8 ta' Diċembru 2002 daħlu b'kollox 147 persuna b'overdose fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa.
L-akbar sustanzi komuni huma opiates, anti-depressants (l-aktar amytripline) u anxiolytics (l-aktar derivati tal-benzodiazepines).
L-eta` tal-persuni tvarja minn 15 sa 80 sena.
Jista' il-Ministru jara li tintbagħat home help lill-anzjana li l-partikolaritajiet jidhru separatament minn din il-mistoqsija? Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-iżviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant kienet provduta b'helper iżda din waqfet mix-xogħol. Meta nstabet helper oħra biex tissostitwija, l-persuna ndikata ma ridithiex u għalhekk id-Dipartiment konċernat għadhu qed ifittex helper oħra biex din il-persuna terġa tirċievi s-servizz.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif bil-miktub lill-anzjana li l-partikolaritajiet jidhru separatament minn din il-mistoqsija li dan l-aħħar daħlet il-home help? Tista' tiġi infurmata kemm qiegħed jeħdulha fix-xahar mill-pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas għas-servizz ta' Għajnuna fid-Dar huwa ta' Lm1 fil-ġimgħa f'każ ta' persuna li qiegħda waħedha u ta' Lm1.50 fil-ġimgħa f'każ ta' koppja.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36044 u jgħid kemm-il kilometru tarmak ingħata mill-gvern ċentrali f'Raħal Ġdid, Santa Luċija, Gudja, Raħal Ġdid ta' Lourdes u l-Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 36044.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li titwaħħal l-opramorta ta' block C, unit 1, Government building, Church Avenue, Paola, peress li wara li sar xi xogħol fil-flats mill-kuntrattur, saru xi konsenturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 36119, cioe' jgħid kemm għandu karozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-segretarjat privat tal-Ministeru tiegħi b'kollox hemm seba' karozzi li jservu għall-użu uffiċjali u personali tiegħi, għall-bżonnijiet ġenerali tal-Ministeru, u skond il-linji gwida maħruġa mill-kabinett tal-ministri għall-użu personali ta' uffiċjali fis-segretarjat. Il-karozzi huma kollha petrol u ma hemm xejn stabbilit minn fejn il-karozzi għandhom jingħataw il-fuel.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35524, cioe' jgħid mill-1998 sal-lum kemm ġew impjegati ħaddiema mal-MTA jew mad-dipartiment tat-turiżmu u mil-liema lokalita' kienu?
Response (REFALO, MICHAEL)
M’għandix x’inżid ma’ l-informazzjoni li diġa’ poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li t-toroq Marjanu Gerado u New Street f'Dun Karm Street, Tarxien jitnaddfu minħabba l-ħmieġ esaġerat li hemm? Jista' jara li jitnaddaf plot fi Triq Marjanu Gerado u jittella' ħajt biex ma jintefax żibel?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-Pulizija għaddiet dan l-ilment lill-Kunsill Lokali li ser jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-post indikat jitnaddaf.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazjoni bil-miktub dwar it-tneħħija għall-għajnuna supplimentari ta' koppja anzjana li l-partikolaritajiet jidhru separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għandu l-użu ta' żewġ karozzi. It-tnejn li huma jaħdmu bil-petrol 'unleaded' u dan jinxtara, ħlief għal xi okkażjoni rari, mingħand Wembley Motors Ltd. Il-Ministeru għandu garaxx f'San Ġwann fejn jiġu pprakjati dawn iż-żewġ karozzi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta kif ġej:-
a) Fil-Ministeru tas-Saħħa m'hemmx Segretarju Parlamentari.
b) Tnejn.
ċ) Petrol.
d) Diversi pompi.
e) Jittieħdu d-dar.
Dwar il-kumplament tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmilha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-karozza assenjata lili bħala Ministru hija Honda Accord u li kienet nxtrat fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Petrol jittieħed mingħand France Petrol Station, Fgura u mingħand Rizzo Service Station, B'Kara.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali għandu għad-dispożizzjoni tiegħu karozza Peugout 406, b'magna diesel u Kia Avella, b'magna petrol. Il-fuel għal dawn il-karozzi jittieħed mingħand Skan Service Station, u mingħand St Joseph Petrol Station, it-tnejn f'Sta Venera.
Bħal fil-każ ta' kull Ministru u Segretarju Parlamentari ieħor, preżenti u passati, dawn il-karozzi huma għad-dispożizzjoni tiegħi u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħi, 24 siegħa kulljum.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru għandu żewġ karozzi uffiċjali. It-tnejn jaħdmu bil-petrol li jingħata minn pompi tal-petrol privati u li ma jitħallewx il-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (REFALO, MICHAEL)
Hemm żewġ karozzi li huma għad-dispożizzjoni tiegħi u t-tnejn li huma jaħdmu bil-petrol li jittieħed mill-pompa ta’ MISS Ltd f’Manoel Island. Iż-żewġ karozzi jittieħdu d-dar wara l-ħin tax-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministru jista' jagħmel użu minn żewġ karozzi, t-tnejn li huma diesel li normalment jinxtara mingħand Paul and Rocco Petrol Station tal-Marsa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-karozzi użati minni u miż-żewġ Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Kull wieħed minna jagħmel użu minn żewġ karozzi. Minn dawn is-sitt karozzi, erbgħa jaħdmu bil-petrol u tnejn bid-diesel. Dawn il-karozzi huma fornuti bil-fuel minn tlitt distributuri awtorizzati li huma Falzon Service Station u Emmanuel Zammit Service Station. Ix-xufier huwa responsabbli mill-karozza li jkun qed isuq, inkluż fejn din tinżamm fl-aħħar tal-ġurnata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm għanda karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
B'kollox fisSegretarjat Privat tiegħi hemm tlitt karozzi li lkoll huma petrol li jittieħed b'roaster minn sitt stazzjonijiet. Waħda biss minn dawn ilkarozzi tittieħed iddar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru għall-Ġustiżżja u Gvern Lokali għandu żewġ karozzi uffiċjali. It-tnejn jaħdmu bil-petrol li jingħata minn pompi tal-petrol privati u li ma jitħallewx il-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari għandhom żewġ karozzi kull wieħed. Il-karozza uffiċjali tal-Ministru hija diesel waqt li l-oħrajn huma petrol.
Dawn kollha jieħdu fuel mis-St. Joseph Petrol Station St. Venera, ħdejn il-Ministeru. Hija ħaġa ovvja li bħal ma dejjem sar dawn ma jitħallewx il-Ministeru.