Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm biex dan is-sajf il-Protezzjoni Ċivili tagħti l-għajnuna tagħha lil xi ħadd li kien fil-periklu ta' għarqa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie msejjaħ tmintax 18-il darba biex jagħti għajnuna lil xi ħadd li kien f`diffikultajiet fil-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li applikaw biex jixtru oqbra fiċ-ċimiterju Marija Addolorata u għal kemm ħarġu permessi għat-tħaffir?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li sal-lum in-numru ta' applikazzjonijiet għal oqbra fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa ta' 2155.
Il-proposta għal estensjoni l-ġdida għaċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata, ser tkun għal madwar 1500 qabar.
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Benefiċċju tal-mard
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jieħdu l-benefiċċju tal-mard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 341 talba pendenti għall-Għajnuna Medika.
Minn dawn, 130 huma pendenti minħabba nuqqas ta' nformazzjoni waqt li 211 huma pendenti biex jiġu sottomessi quddiem il-Board Mediku maħtur skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318).
Dan il-Bord Mediku jiltaqa' erba' darbiet fil-ġimgħa biex jeżamina dawn il-każijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm twieldu tfal u mietu wara ġurnata f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur mir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet fis-sena 2000 kien hemm 9 tfal u fis-sena 2001 kien hemm 3 tfal li twieldu ħajjin u mietu f'inqas minn ġurnata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nuses ġodda jaħdmu ġewwa l-SLH mis-sena 2002 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' Nurses li bdew jaħdmu matul is-sena kurrenti fl-Isptar San Luqa huwa kif ġej:
Part-Time Nurses 14
Casual Nurses 56
Nurses tal-Post 5
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm għandhom eta'? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u mil-liema pajjiżi ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fis-6 ta` Diċembru 2002 in-numru ta` priġunieri kien ta` mitejn u ħamsa u disgħin (295) li minnhom ħmistax (15) huma nisa u mitejn u tmenin (280) irġiel.
Dawn ġejjin minn diversi pajjiżi kif jidher hawn taħt:-
Nazzjonalita`
Irġiel
Nisa
Total
Maltin
186
4
190
Libjani
57
1
58
Ingliżi
7
4
11
Alġerini
2
0
2
Bangladesh
3
0
3
Bulgaria
3
0
3
Olanda
3
2
5
Eġizzjani
3
0
3
Taljani
3
1
4
Lebaniżi
1
0
1
Niġerjani
3
2
5
Palestinjani
1
0
1
Portugizi
1
0
1
Sudanizi
2
0
2
Tuneżini
5
0
5
Torok
0
1
1
Jugoslavi
2
0
2
TOTAL
280
15
295
Eta tal-prigunieri:
15 sa 17 il-sena
Xejn
18 sa 20 sena
8
21 sa 24 sena
44
25 sa 29 sena
60
30 sa 34 sena
59
35 sa 39 sena
52
40 sa 49 sena
47
50 sa 59 sena
21
60sena u aktar
4
295
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-bonus ta' Diċembru ta' kopja anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jasal għax għadhom ma irċevew xejn.
Tista' l-koppja tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ħa l-passi biex jitħallas il-bonus lill-koppja msemmija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu ġewwa SVPR u jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-Residenza ta' San Vinċenz hemm żewġ (2) Social Workers. In-numru jiżdied skond il-bżonnijiet ta' l-istess Residenza.
Jista' l-Ministru jara li titranġa bozza li ilha mitfija 17-il ġurnata fi Triq it-Tramunata, Paola?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.