Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37571 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fl-iskola tal-kindergarten ta' Triq Brittanja, f'Raħal Ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għadha ma ħaditx deċiżjoni fuq dan ix-xogħol minħabba li għadha tistenna l-eżitu ta' rapporti nterni li jolqtu wkoll din il-Kindergarten.

Raħal Ġdid — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights u s-sistema tat-traffiku fir-roundabout ta' ħdejn Cospicua Road, f'Raħal Ġdid, fejn il-Moskea?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi żmien ilu d-Direttorat tat-Toroq kien ispezjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant biex jistabilixxi jekk tistax issir sistema ta' traffic lights. Pero nstab li minħabba diversi toroq li jagħtu għal din ir-roundabout ma tista issir sistema ta' traffic lights hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #37573 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raħal Ġdid — Wied Blandun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura jitnaddaf jew jiġi żviluppat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37574 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għases tal-pulizija — Ħinijiet tal-ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-għases fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, Sta. Luċija u l-Gudja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn dawk l-Għases imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, dik ta` Raħal Ġdid ma tkun magħluqa qatt, minħabba li hija l-Għassa prinċipali tad-Distrett, filwaqt li fl-oħrajn regolarment ikun hemm kuntistabbli dettaljat. Madankollu, jista` jkun hemm drabi fejn l-eżiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-kuntistabbli li jkun għassa joħroġ fuq xogħol, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq f`dawk il-ħinijiet.
Leg 9 PQ #37575 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

AIDS — Persuni li mietu kawża tal-marda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni mietu bl-AIDS mill-ewwel tas-sena 2002 sal-lum u kemm hemm persuni infettati bl-istess marda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' persuni li mietu bl-AIDS mill-ewwel tas-sena 2002 sa llum huwa numru zgħir u biex niggarantixxi l-kunfidenzjalita' lest li ngħaddihom lill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #37564 Sitting 836 2002-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom eta' l-ommijiet li welldu t-tfal ġewwa l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu li għalih qed jitlob l-informazzjoni.

Fabbriki — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għalqu fabbriki mill-1998 sal-lum u kemm kienu l-ħaddiema li tilfu xogħol? Jista' jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda fl-istess żmien u kemm ħadmu ħaddiema magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Kunsilli lokali — Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani lokali jaħdmu mal-kunsilli lokali u f'liema kunsilli qegħdin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-gwardjani lokali huma mjpegati ta` żewg ditti privati u mhux tal-Kunsilli Lokali.

Djar tal-privat — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn djar tal-privat għall-anzjani? Kemm hemm anzjani fihom? Kemm jagħti sussidju l-gvern mill-aħħar skema ta' l-aħħar budget u lil liema djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hawn 28 dar liċenzjati li joperaw bħala djar ta' l-anzjani. B'kollox dawn jakkomodaw 1317 sodda. 9 minnhom huma privati filwaqt li l-kumplament huma tal-Knisja. Is-sussidju tal-gvern mill-aħħar skema ta' l-aħħar budget hu l-istess ta' kif inhu għad-djar residenzjali governattivi. Id-djar privati li l-Gvern laħaq ftehim magħhom huma dawk immexxija mill-Care Services Ltd. u mill-Care Malta Ltd.

Anzjani — Karta roża

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li nqatgħatilhom il-kartuna r-roża u fuq liema kriterju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li din is-sena, sad-9 ta' Diċembru, kien hemm 243 applikazzjoni għall-Karta r-Roża li ma ġewx milqugħa. F'kull każ l-applikanti ma kienux jissodisfaw it-test tal-meżżi għal dak li hu dħul u/jew kapital kif stabbilit fit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.

Anzjani — Servizz ta' home help

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tal-home help? Minn liema lokalita' huma u kemm ilhom jieħdu s-servizz u kemm għandhom sigħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Benefiċċju tal-wens

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' persuni li applikaw biex jieħdu benefiċċju tal-wens?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li b'kollox hemm tmin applikazzjonijiet pendenti għall-Pensjoni tal-Wens. Tlett applikazzjonijiet qed jiġu mistħarġa jekk jikkwalifikawx mill-aspett ta' mezzi filwaqt li l-ħamsa l-oħra jonqoshom jiġu riferuti lill-Bord Mediku.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Malta u Għawdex li jieħdu l-benefiċċju tal-mard? Kemm ilhom jieħduh?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li hemm 13,068 persuna f'Malta u Għawdex li bħalissa qed jirċievu l-Għajnuna għall-Mard. Ninsab informat ukoll li d-Dipartiment ma jżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija u dan għar-raġuni li din l-informazzjoni hi marbuta speċifikament ma' kull wieħed mit-13,068 każ imsemmija.

Day centres — Trasport għall-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li jagħtu sussidju fuq trasport għall-anzjani għal day centres u liema huma l-kunsilli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli jħallas għat-trasport ta' l-anzjani minn Ħad-Dingli u r-Rabat li jattendu ċ-Ċentru ta' Ħad-Dingli. Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara jħallas għat-trasport ta' l-anzjani minn dak il-lokal li jattendu ċ-Ċentru ta' Birkirkara. Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar iħallas għat-trasport ta' l-anzjani mill-lokalitajiet kollha li jaqgħu taħtu li jattendu ċ-Ċentru ta' San Pawl il-Baħar. Il-Kunsilli Lokali tal-Qrendi, Ħal-Safi u Ħal-Kirkop iħallsu parti mit-trasport ta' l-anzjani li jattendu ċ-Ċentru taż-Żurrieq.
Leg 9 PQ #37561 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri/segretarji parlamentari — Xufiera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom drivers personali il-ministri u segretarji parlamentari?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien ghandi zewg “drivers” personali fil-Ministeru tieghi. Dwar il-Ministeri l-ohra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministri responsabbli.

Persuni b'diżabilita' — Assistent personali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet il-wegħda ta' l-aħħar elezzjoni ġenerali li jiġi introdott assistent personali għall-persuni b'diżabilita'? Kemm hemm persuni li qegħdin jibbenefikaw minn din il-miżura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif diġa kelli okkażjoni li ngħid pubblikament, f'Awissu tas-sena l-oħra twaqqfet it-Taqsima għall-Għajxien Issapportjat fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali bl-iskop li toffri servizzi ta' djar żgħar residenzjali fil-komunita', skema ta' assistenza personali u servizzi oħra ta' sapport fil-komunita' lill-persuni b'diżabilita'. L-għan aħħari ta' din il-ħidma mill-Ministeru għall-Politika Soċjali hu li persuni b'diżabilita' jkomplu jgħixu mal-familji tagħhom bis-sapport meħtieġ u, meta dan ma jkunx possibbli għal diversi raġunijiet, jibqgħu jgħixu fil-komunita' f'ambjent kemm jista' jkun viċin bħal dak li jgħixu fiħ f'darhom. Bis-saħħa ta' l-Awtorita' tad-Djar ġew akkwistati żewġ appartamenti, wieħed fil-Fgura u l-ieħor f'Ħal-Kirkop li ġew irranġati biex jilqgħu fihom persuni b'diżabilita'. Qed isir xogħol ukoll għall-istess skop fil-kumpless ta' Vajrita f'Wied il-Għajn. Barra minn dawn it-tlett proġetti qed titlesta dar oħra fl-Imtarfa biex tipprovdi servizz residenzjali fil-komunita' għal dawn il-persuni. Għal dak li jirrigwarda l-iskema ta' assistenza personali, it-Taqsima msemmija ħadmet biex tipprepara l-qafas amministrattiv meħtieġ biex tkun tista' tibda tħaddem l-iskema fil-futur qarib.

SVPR — Trasport għall-familjari ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk qatt sarux diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet konċernati biex jiġi introdott trasport dirett għall-familjari ta' l-anzjani li għandhom familjari in-naħa ta' fuq ta' SVPR RB1 u RB2?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi kkunsidrat xi forma ta' trasport intern fir-Residenza ta' San Vinċenz.
Leg 9 PQ #37553 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jintemm il-proġett ta' estenzjoni taċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid u kemm ġej jiswa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-intenzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid hija stmata li ser tiġi tiswa LM500,000. Dan il-proġett jiġi mniedi skond il-prijoritajiet tas-servizzi tas-Saħħa. Fil-preżent mhux possibbli li tingħata d-data meta ser jintemm.

Raħal Ġdid — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl li hemm mar-roundabout ta' ħdejn il-Paola Wolves, aħna u deħlin ħdejn Sare' ta' l-irħam?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-unika dawl li hemm fil-parti tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant huwa street lightning li ġa jixgħel.