Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani — Servizz ta' home help

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37569 u ċioe' jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tal-home help? Minn liema lokalita' huma u kemm ilhom jieħdu s-servizz u kemm għandhom sigħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Twegiba tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #37744 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37545 u ċioe' jista' jgħid kemm persuni nqatgħatalhom is-servizz tad-dawl u ilma mill-1 ta' Jannar, 2002 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Jannar u d-29 ta' Novembru ta' din is-sena, il-provvista ta' l-elettriku ġiet sospiża lil 2,766 servizz. Il-provvista ta' l-ilma ma tiġix sospiża.
Leg 9 PQ #37745 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontijiet tad-dawl u l-ilma — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37546 u ċioe' jista' jgħid kemm kien hemm ilmenti dwar kontijiet għolja tad-dawl u l-ilma minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tkun ippubblikata kull sena fir-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37535 u ċioe' jista' jgħid kemm-il persuna nqatgħet mir-Reġistru mill-1998 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37749 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Promozzjonijiet fl-Armata

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37537 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-OPM biex joħroġ il-promozzjonijiet fl-Armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-promozzjoijiet fl-Armata johorgu skond il-Att dwar il-Forzi Armati u r-Regolamenti ta’ l-1970 dwar il-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Membri fil-Forzi Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta. Ninforma lill-Onorevoli Membru li f’dawn l-ahhar sentejn inhargu mhux inqas minn 459 promozzjoni u li l-Gvern mhux ser jibqa’ lura milli japprova l-ghoti ta’ aktar promozzjonijiet fl-Armata skond il-ligi u r-regolamenti msemmija hawn fuq.
Leg 9 PQ #37750 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tarxien — Ipoġew

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37538 u ċioe' jista' jgħid kemm persuni żaru l-hypogeum min kemm ilu li reġa' fetaħ sal-lum u minn liema pajjiżi kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi 128,880 presuna żaru l-Hypogeum minn meta infetaħ 'l hawn. Ma jinżammux records tan-nies mil-liema pajjiżi kienu.
Leg 9 PQ #37751 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vista għamlu t-tobba ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid sew f'dak li huwa home visits kif ukoll dawk li huma visti fl-istess ċentru mill-1990 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37582 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Tilqima ta' l-influwenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabet injection ta' l-influwenza? Kemm ingħatat u kemm baqa' fiċ-ċentri tas-saħħa u sptarijiet tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37270.

SVPR — Proġett tas-swali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa s'issa l-proġett tas-swali 1, 2, 3 u 4 tan-nisa u l-irġiel li qed isir f'San Vinċenz de Paule? Meta se jitlesta u kemm se jiġi jiswa? Kemm tħallas s'issa l-kuntrattur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tas-swali l/2/3/4 irġiel u nisa fir-Residenza ta' San Vinċenz s'issa sewa Lm649,198. Dan il-proġett ser jitlesta s-sena d-dieħla u ser jiġi jiswa Lm3,556,142. Il-kuntratturi s'issa tħallsu Lm649,198.

SVPR — Proġett tas-swali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi jaħdmu fuq il-proġett tas-swali 1, 2, 3 u 4 irġiel f'San Vinċenz de Paule u min huma u x'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq il-proġett tas-Swali l/2/3/4 irġiel u nisa fir-Residenza ta' San Vinċenz hemm żewġ (2) kuntratturi: 1. Schembri & Sons Ltd. - Construction and Finishing Works 2. Central Power Installations Ltd. - Mechanical and Electrical Works
Leg 9 PQ #37687 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Social Workers — Ħaddiema mal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistosija parlamentari numru 37532?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi hemm tmienja u tletin “Social Worker” fis-Servizz Pubbliku. Dawn huma mqassmin kif muri fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.

SVPR

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 36544 u ċioe' jista' jgħid kemm mietu anzjani ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule sena b'sena mill-1990 u kemm kienet tvarja l-eta' tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

SVPR — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani fir-residenza SVPR, kemm minnhom huma irġiel, kemm nisa u x'inhi l-eta' tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm l,010 resident, li minnhom 335 huma rġiel u 675 huma nisa. L-etajiet ivarjaw bejn l-20 u l-103 snin.
Leg 9 PQ #37577 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Casualty department

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li daħlu l-casualty department u mietu b'xokk elettriku matul l-2002?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nies li daħlu l-Casualty b'xokk elettriku ma jinżammx iżda ninsab infurmat, minn tagħrif miġbur mir-reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet, li n-numru ta' persuni li kienu rreġistrati li mietu kawża ta' xokk elettriku mill-bidu tas-sena 2002 s'issa kien ta' tnejn.

Raħal Ġdid — Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pelican lights li qatt ma twaħħlu fejn il-lights taċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata ġewwa Raħal Ġdid jitwaħħlu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fi triq imsemmija mill-Onor. Interellant hemm maħsub li jitwaħħlu l-Belisha Lights. Id-direttorat għat-Toroq ħa jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-lights jiġu nstallati u attwati fl-inqas żmien possbili.
Leg 9 PQ #37579 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Fanali

Question

Jista' l-Ministru jara li l-fanali li hemm ma jixgħelux fid-daħla taċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata jiġu rranġati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fanali li jinsabu fid-daħla taċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata jaqgħu taħt responsabilita` tal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid u mhux ta' l-Amministrazzjoni taċ-Ċimiterju.

Toroq — Xogħol f'ħitan tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta' toroq sar f'ħitan tas-sejjiegħ madwar Malta u Għawdex u f'liema lokalita' saru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Iċ-ċifri t'hawn taħt huma kemm tiswijiet ta' ħitan kif ukoll ħitan ġodda. Lokalita' Tul f'Kilometri Attard (Ta' Qali) 0.1115 Attard 0.029 Birzebbugia 0.945 Dingli 0.1244 Gharghur 0.5203 Kalkara 0.00474 Marsascala 0.1146 Mdina 0.0326 Mellieha 0.008 Mgarr (Malta) 0.0462 Mosta 0.5973 Rabat (Malta) 0.18325 San Giljan 0.195 San Gwann 0.575 Siggiewi 0.132 Swieqi 0.8594 Xghajra 0.05 Zabbar 0.745 Zejtun 0.37 Zurrieq 0.322 TOTAL 5.966
Leg 9 PQ #37581 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq il-Palma - Arblu

Question

Jista' l-Ministru jara li arblu li hemm quddiem ir-residenza 13, Triq il-Palma, f'Ħal Tarxien jiġi rranġat peress li waqt il-maltemp ikun ħafna perikoluż?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.