Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fabbriki — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37565 u ċioe' jista' jgħid kemm għalqu fabbriki mill-1998 sal-lum u kemm kienu l-ħaddiema li tilfu x-xogħol? Jista' jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda fl-istess żmien u kemm ħadmu ħaddiema magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Anzjani — Servizz ta' home help

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37569 u ċioe' jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tal-home help? Minn liema lokalita' huma u kemm ilhom jieħdu s-servizz u kemm għandhom sigħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li jieħdu s-servizz tal-Home Help hu ta' 2726. Hemm min ilu jieħu s-servizz sa mill-bidu jiġifieri mill-1988. Dan is-servizz ivarja minn sagħtejn (2) fil-ġimgħa għal oħrajn li għandhom bejn tlieta (3) u għaxar (10) siegħat fil-ġimgħa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Lokalitajiet.
Leg 9 PQ #37807 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għandi żewġ drivers personali miegħi, u dawn skond il-Memorandum "Guide Lines on the Engagement of Staff for Private Secretariats".
Leg 9 PQ #37801 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm drivers personali miegħu u mas-Segretarji Parlamentari ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kemm jiena kif ukoll iż-żewġ Segretarji Parlamentari nagħmlu użu mis-servizzi ta' żewġ xufiera kull wieħed.
Leg 9 PQ #37802 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm drivers personali miegħu u mas-Segretarju Parlamentari?

Response (BORG, TONIO)

Fil-preżent hemm żewġ drivers personali miegħi u tnejn mas-Segretarju Parlamentari.
Leg 9 PQ #37804 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Drivers Personali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha drivers personali magħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill­Onorevoli Nterpellant li hemm żewġ Personal Drivers/Security Officers ingaġġati fis­Segretarjat Privat tiegħi.

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghal Memorandum '' Guide Lines on the Engagement of Staff for Private Secretariats'' li tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra fis-16 ta' Gunju 1999 u nassigurah li qed nosservah rigorosament.
Leg 9 PQ #37796 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm drivers personali miegħu u mas-Segretarju Parlamentari?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numur ta' drivers/security hu kif hu stabbilit mid-direttiva dwar drivers/security għall-Ministri / Segretarji Parlamentari.
Leg 9 PQ #37797 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għandi żewġ drivers skond il-linji gwida għall-ingaġġar maħruġa mill-kabinett tal-ministri.

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

In-numru ta' drivers personali hu 2 kif stipulat fid-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru, 1998 .

Raħal Ġdid — Triq Għajn Dwieli

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37542 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa qed tiġi riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tara li Triq Għajn Dwieli, f'Raħal Ġdid titnaddaf regolarment peress li dan l-aħħar daħlu ħafna ilmenti li qiegħda tiġi traskurata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #37753 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni bl-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u kemm kienet l-eta' tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija tiegħu stess PQ 37541.
Leg 9 PQ #37761 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Materjal out of stock

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37547?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għalkemm minn żmien għal żmien ġieli jkollha xi nuqqas ta' xi materjal, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma xorta qiegħda twettaq l-għanijiet u l-proġetti tagħha kif ikun ippjanat. Għaldaqstant jekk hemm xi każ ta' materjal partikulari li jixtieq jkun jaf dwaru, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku.

Fabbriki — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37565 u ċioe' jista' jgħid kemm għalqu fabbriki mill-1998 sal-lum u kemm kienu l-ħaddiema li tilfu x-xogħol? Jista' jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda fl-istess żmien u kemm ħadmu ħaddiema magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Twegiba tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #37789 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Twelid ta' trabi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37564 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom eta' l-ommijiet li welldu t-tfal ġewwa l-Isptar San Luqa fl-2002?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni nazzjonali fuq it-twelid ta' trabi għall-ewwel disa` xhur ta' din is-sena. Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għall-National Obstetric Information System (NOIS). Kienu rreġistrati total ta' 2354 ommijiet (Maltin u mhux Maltin) li welldu 2394-il tarbija fl-Isptar Karen Grech bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena. L-etajiet ta' l-ommijiet li huma maqsuma fi gruppi skond il-klassifikazzjoni stabbilita fl-istatistika, jidhru hawn taħt: Eta (Snin) Numru ta' ommijiet li welldu f'KGH (Jan - Sett 02) <15 4 15-19 151 20-24 474 25-29 950 30-34 517 35-39 204 40-44 49 45+ 1 Mhux Speċifikat 4 TOTAL 2354 L-istatistika miġbura għall-fini tal-Mistoqsija hija għall-ewwel disa` xhur tas-sena (Jannar sa Settembru) 2002 peress li din tinżamm fuq bażi ta' kull tliet xhur.