Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bjar

Question

Fil-gżejjer ta' Malta u Għawdex u Kemmuna kemm hawn bjar skond ir-raħal, belt, jew taqsima u kemm hawn bjar li jintużaw mill-familji? Jistax ikun hawn reġistru bin-numru ta' bjar u l-qisin tagħhom u dan meta skond il-liġi Maltija kull dar suppost ikollha bir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi jeżistu records antiki fuq bjar pubbliċi fl-irħula u fl-ibliet ta' Malta u Għawdex. Dawn ir-records qegħdin għand il-Water Services Corporation. Ninsab infurmat ukoll li ma jeżistux records ta' bjar fi djar privati.

Raħal Ġdid — Wied Blandun

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura jitnaddaf jew jiġi żviluppat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Hu maħsub li l-parti li baqa' mhux żviluppata minn Wied Blandun tiġi riabilitata u ntegrata mal-Park Reġjonali tal-Kottonera, liema proposti jestendu mad-dawra tal-fortifikazzjonijiet ta' barra l-Kottonera kollha.
Leg 9 PQ #38068 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi il-mistoqsijiet parlamentari numri 37753 u 37541?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tal-Health Information iżomm statistika dwar mwiet ikkawżati minn inċidenti iżda ma jkollux informazzjoni dwar il-post ta' l-inċident. Din l-informazzjoni hija disponibbli mill-Occupational Health and Safety Department fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #38072 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġnien pubbliku hawn ġo Malta, Għawdex u Kemmuna? Liema huma l-ġonna f'idejn il-gvern ċentrali? Liema huma l-bliet u l-irħula u nħawi li m'għandhomx ġnien fejn ir-residenti jistgħu igawdu l-arja pura 'l bogħod mis-sewqan tal-karozzi?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi din: a) Il-ġonna f'Malta jammontaw għal 106. b) Dwar il-ġonna t'Għawdex u Kemmuna l-Onor Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex. c) Il-ġonna f'idejn il-Gvern ċentrali huma dawn: Floriana: The Mall, il-Ġonna ta' l-Argotti u San Filippu, il-Ġnien ta' Sa Maison, Ġnien Herbert Ganado u Ġnien il-Mistrieħ. Valletta: Il-Barrrakka ta' Fuq u l-Barrakka t' Isfel. Attard: Il-Ġonna ta' San Anton. Dingli: Il-Ġonna tal-Buskett. d) Ftit huma dawk l-irħula, jekk jeżistu, li m'għadhomx fejn jistgħu jgawdu l-arja pura mis-sewqan tal-karrozzi. Jekk jeżisti xi nuqqas, l-arja pura tista' titgawda f'postijçt fejn il-Gvern qçgħed jçħu ħsçb bçx igawdi l-pubbliku ġenerali bħal Ta' Qali, il-Ġonna tal-Buskett, San Anton u postijçt oħra.

SVPR

Question

Jista' il-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37743?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' persuni li mietu fir-Residenza San Vinċenz de Paule mill-1990. Biex tinġabar l-informazzjoni dwar l-eta' fid-data tal-mewt ta' dawn il-persuni jrid isir eżerċizzju manwali li jirrikjedi ħafna ħin u ħela ta' riżorsi li ma nħossx li huma ġustifikati.

Triq ta' Burmarrad

Question

Hemm data meta t-Triq ta' Burmarrad se tkun lesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant wasal fl-aħħar fażi tiegħu u għalhekk hu mistenni li x-xogħol jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Faxxi bojod — Toroq

Question

Kemm iħoss li hjawn faxxi bojod tat-traffiku skond raħal, belt, jew taqsima? Humiex dawn kollha mdawla u biċ-ċrieki żgħar ileqqu qabilhom u kull kemm jinżebgħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Inħoss illi kif jaf l-Onor. Interpellant, in-numru ta' faxxi bojod tant hu vast li mhux possibbli li tingħata stima tagħhom fil-pajjiż kollu, kif ukoll ta' kull meta jinżebgħu.

Manoel Island Yacht Yard

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi trattattivi sabiex tinbieh Manoel Island Yatch Yard u jekk fl-affermattiv ma' min qed isiru dawn it-trattativi u jekk hemmx Maltin jew barranin involuti f' dawn it-trattativi? Saret xi sejħa biex tinbieh Manoel Island Yatch Yard? Qatt irċieva xi offerti minn imprendituri Maltin li wrew interessi li jixtru xi sehem minn Manoel Island Yatch Yard?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #38039 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Posta — Pustiera

Question

Minnu jew le l-pustiera qegħdin jintbagħtu f'postijiet differenti b'mod li jdumu ma jidraw is-sistema ta' xogħol u jġib qtigħ ta' qalb u tbatija żejda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Maltapost tutilizza l-impjegati kollha tagħha bil-għan uniku li tagħti lill-pubbliku l-aħjar servizz bl-aktar mod effiċjenti.
Leg 9 PQ #38040 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Polyclinics — Tobba

Question

Jarax il-Ministru l-ħtieġa li l-Polyclinics fl-inħawi ta' malta u Għawdex ikunu miftuħa matul il-lejl ukoll bħal per eżempju dik ta' Bormla? X'inhu n-numru ta' tobba li jrid ikun hemm kull ħin fil-Polyclinics?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 36957 u 34787. Peress illi n-numru ta' tobba għadu l-istess mhux possibbli li ċ-Ċentri tas-Saħħa jerġgħu jiftħu kollha bil-lejl. In-numru ta' tobba preżenti fiċ-Ċentri tas-Saħħa ivarja skond il-lokalita` u skond il-ħin tal-ġurnata, kif ukoll skond kemm hemm viżti fid-djar mitluba dak il-ħin. Idealment, bħalissa matul il-ġurnata n-numru ta` tobba preżenti fiċ-Ċentri tas-Saħħa ivarja bejn tnejn u ħames tobba, iżda dan in-numru jiġi affetwat minn ħafna fatturi bħal: preżenti fil-Qorti, sick leave, vacation leave, jew viżti urġenti.

Venda tal-linja — Arloġġ u Kaxxa tat-telefon

Question

Jaħsibx il-Ministru li ħdejn kull venda tal-karozzi tal-linja għandu jitwaħħal arloġġ għal ġid tal-passiġġieri u qrib żewġ metri bogħod kaxxa tat-telefon?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parti l-kbira tal-vened għandhom arloġġ pubbliku, fil-fatt, b'kollox hawn 42 arloġġ f'Malta u 3 f'Għawdex. Fejn tikkonċerna kaxxa tat-telefon, din ma taqax taħt ir-responsabbilta' tad-Direttorat għat-Trasport Pubbliku.

Raħal Ġdid — Riq Għajn Dwieli

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37752?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid hija fuq arterja u għalhekk ma taqax fil-kompetenza tal-kunsill Lokali, Paola. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni li taħtu jaqa` d-Direttorat tat-toroq.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37535 u ċioe' jista' jgħid kemm-il persuna nqatgħet mir-Reġistru mill-1998 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistru (strike offs) f'Malta u f'Għawdex minn Jannar 1998 sa Novembru 2002 kien ta' 5,603 persuni.