Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38637 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival Kanzunetta għall-Ewropa/Ħlasijiet — Chairman tal-ġurija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa ċ-chairman tal-ġurija?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38638 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Spejjes ta' dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa f' dak li għandu x'jaqsam ma' dawl?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38639 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Spejjes ta' Audio

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa f' dak li għandu x'jaqsam ma' audio?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38640 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Spejjes taż Projection

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa f' dak li għandu x'jaqsam ma' projection?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38641 Sitting 875 2003-02-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Spejjes ta' disinn ta' sett

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa f' dak li għandu x'jaqsam ma' disinn tas-sett?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba lii tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38630 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival kanzunetta għall-Ewropa — Executive Producer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa l-Executive Producer?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Membru illi r-risposti għal Mistoqsijiet tiegħu dwar il-ħlas dovut għal servizzi partikolari li twettqu għal jew matul il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa 2003 jinsabu elenkati fit-tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #38631 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival għall-Kanzunetta Maltija — Ko-ordinatur Ġenerali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa l-Ko-ordinatur Ġenerali?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38632 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival għall-Kanzunetta għall-Ewropa — Direttur Artistiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa d-Direttur Artistiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38633 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival għall-Kanzunetta għall-Ewropa — Direttur Tekniku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa d-Direttur tekniku?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38634 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Direttur tal-palk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa d-Direttur tal-palk?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38635 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival għall-kanzunetta għall-Ewropa — Direttur tal-Backstage

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa d-Direttur tal-Backstage?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38415 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab f’diversi listi, wahda ghal kull Ministeru, li qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-listi ma jinkludux impjegati fis-Servizz Pubbliku li qeghdin ma’ Korporazzjonijiet/Entitajiet Pubblici.
Leg 9 PQ #38608 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta' inġustizzja

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' inġustizzja tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-kaz li ghalih qieghed jirreferi l-Onorevoli Interpellant gie deciz mit-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta’ l-Ingustizzji fl-10 ta’ Dicembru 2002, u qieghed jigi pprocessat.
Leg 9 PQ #38596 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Paola — Qtugħ tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li titranġa s-sistema tad-dawl viċin ir-residenza ta' familja li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament minn din il-mistoqsija u kważi ta' kuljum qiegħed jinqata' d-dawl bil-konsegwenza li f'dan iż-żmien tax-xitwa ma jistgħux jużaw appliances daqshekk bżonjużi għall dan iż-żmien tax-xitwa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #38597 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Paola — Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni tad-dawl għar-residenza li l-partikularijiet tagħha jidrhu separatament minn din il-mistoqsija peress li d-dawl qed jinqata' spiss u ma jistgħux jinxtegħlu l-appliances?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.

Paola — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li tissewwa toqba li hemm taħt cable tal-Maltacom li jinsab quddiem ir-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-misotqsija peress li qed jidħol ilma minn din it-toqba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #38605 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal ta' l-inġustizzji — Kumpens

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li naqtgħtilhom is-sentenza mit-tribunal ta' l-inġustizzji u għadhom ma ħadux il-kumpens?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat minn total ta’ 677 kazi decizi, bhalissa hemm 50 kaz li jinvolvu 56 persuna, li nqatghatilhom is-sentenza mit-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta’ l-Ingustizzji u li ghadhom ma hadux il-kumpens. Minn dawn hemm 8 kazi li qeghdin jigu kkontestati mill-Awtoritajiet jew Dipartimenti koncernati, u 42 kaz li ghadhom qeghdin jigu pprocessati.

Servizz tat-telecare

Question

Jista' il-Ministru jara li l-armla li tgħix weħidha u li l-partikularijiet jidhru separatament minn din il-mistoqsija tingħata s-servizz tat-telecare?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għas-servizz tat-Telecare mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant waslet fid-Dipartiment konċernat fis-16 ta' Jannar 2003 u fit-3 ta' Frar 2003, id-dokumenti meħtieġa ntbagħtu lil Maltacom.

Reserved Parking — Koppja anzjana

Question

Jista' il-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' koppja anzjana ta' 90 sena li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li qegħdin jitolbu reserved parking?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li minn riċerka li saret fid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma nstabet l-ebda' rakkomandazzjoni mill-Kimmissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' rigward xi reserved parking għas-sinjuri riferuti f'din il-Mistoqsija Parlamentari.