Jista' il-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar flus b'lura li kellha tieħu persuna li għaddiet bord u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' dan is-sinjur jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn persuni biex jixtru qabar fiċ-ċimiterju ta' Marija Addolorata Paola? Jista' jgħid ukoll kemm ser jitħaffru oqbra u meta ser jibdew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 277.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 674 u cioe' jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal servizz ta' telecare u mil-liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bit-talbiet pendenti ghas-servizz tat-Telecare skond il-lokalita’ ta’ fejn joqghodu l-applikanti.
Jista' il-Minstru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 675 u cioe' jgħid kemm hemm persuni li għandhom is-servizz tat-telecare u mil-liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella b’lista tal-persuni li ghandhom is-servizz tat-Telecare skond il-lokalita’ ta’ fejn joqghodu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 677 u cioe' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-menu li jingħata lir-residenti fir-residenza St Vincent De Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-menu li jinghata lir-residenti ta’ San Vincenz de Paule.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jisirqu mill-bidu tas-sena 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Mejju 2003 il-Pulizija irnexxielha issolvi 394 każ ta` serq li fihom 226 persuna inqabdu jisirqu. Uħud minnhom inqabdu iżjed minn darba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-Gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pilloli out of stock mill-ispiżeriji tal-gvern huwa ta' 33. Ir-raġunijiet ewlenin għal dan in-nuqqas huma:-
Problemi ta' manifattura - qed ikun hemm każi dejjem jiżdiedu fejn il-prodotti li jkunu ordnati ma jiġux provduti minħabba problemi ta' manifattura. Dan iwassal għal nuqqas fis-suq internazzjonali tal-mediċina. L-effett ta' dan malajr jinħass f'Malta peress li l-mediċini jiġu mportati minn barra u peress li Malta hija suq żgħir komparat mal-bqija ta' l-Ewropa.
Dewmien għall-wasla tal-konsenji - għalkemm il-mediċini jkunu ġew ordnati mill-GPS diversi fatturi min-naħa ta' l-aġenti qed jirriżultaw f'dewmien biex dawn il-mediċini jiġu pprovduti.
Żieda fil-konsum - qed jiġi nnotat li l-konsum ta' ċerti mediċini qed jiżdied f'daqqa f'temp qasir. Dan jirriżulta f'nuqqas ta' mediċini speċjalment f'dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-perjodu biex titwassal il-mediċina mill-aġent jkun wieħed twil. Għalkemm il-GPS jiftaħ ordnijiet urġenti biex itaffi dan in-nuqqas mhux dejjem ikun possibbli li tinstab il-mediċina u titwassal fi żmien qasir ħafna. Wieħed irid jiftakar li r-regolamenti finanzjarji ma jippermettux li kwantita kbira ta' mediċini li jqumu ħafna flus tiġi mixtrija b'
direct order
minnflok b'kuntratt.
Jista' il-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li jinfetħu day centres għall-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-pre¿ent qed isir ix-xoghol fuq Day Centre gdid f’Sta. Venera u qieghed f’diskussjonijiet ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali ghal ftuh ta’ Day Centres ohra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qegħdin jingħataw flus f'sussidju għall-djar ta' privat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sussidji mhallsa din is-sena mill-Awtorita’ tad-Djar jammontaw ghall-Lm266,600 kif jidher hawn taht:
Taht Skema R (Sussidju fuq il-kera ta’ postijiet mikrija mill-privat) jammonta ghall-Lm60,863;
Taht Skema Y (Sussidju ta’ Imghax fuq Self ghad-Djar Settur Privat) jammonta ghall-Lm5,123;
Taht Skema X (Sussidju Ghax-Xiri u Ghax-Xogholijiet Ta’ Irrangar u Titjib Ta’ Djar Privati) jammonta ghall-Lm7,715;
Taht Skema 5 (Sussidju Fuq Xogholijiet Ta’ Irrangar fi Djar Privati li huma Okkupati Minn Inkwilini Jew Censwalisti) jammonta ghall-Lm118,277;
Taht Skema Z (Sussidju Fuq Xogholijiet Ta’ Irrangar u Titjib f’Residenzi Privati Okkupati minn Sidien) jammonta ghall-Lm74,622.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa r-Residenza St Vincent de Paule u x' inhuwa l-grad tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'risposta ghal din il-Mistoqsija qed inpoggi fuq il-Mejda tal Kamra lista ta' ammonti ta' mpjegati gewwa San Vincenz de Paule u l-grad taghhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu fir-Residenza St Vincent De Paule u fid-djar ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n -numru ta' anzjani li bhal issa qed jistennew biex jidhlu fir-Residenza San Vincenz de Paule huwa 734 u biex jidhlu fid-djar ta' l-anzjani huwa 912.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali f'St Vincent De Paule li ma għandhomx air condition?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-swali f'San Vincenz li m'ghandhomx air-condition installat huma kif jidher hawn taht:
Ward 11/12 Female - Fil-Main Corridor
RB1
RB2A
RB2B
Ward 9/10 Female
Ward 13 Female - Temporanjament il-ward gie trasferit ghat-teatru minhabba xoghol fuq il-blocks godda tan-nisa u rgiel.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni b'overdose mis-sena 2003 sal-lum u kemm kellhom żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija żewġ każijiet ta` overdose li l-eżitu tagħhom kien fatali. Wieħed mill-vittmi kellu 21 sena filwaqt li l-ieħor kellu 24 sena.
Jista' il-Minstru jgħid kemm saru suwiċidji mil-bidu tas-sena 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 ġew irrapurtati lill-Pulizija 15-il każ ta` persuni li ikkommettew suwiċidju. Rigward il-każi li seħħew din is-sena, bejn Jannar u Mejju, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 140 f`Seduta Nru. 8.
Sigurta' Soċjali — Persuna li qed titlob qed jiġi boarded out
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u li applika biex jiġi boarded out? Jista' dan il-persuna jiġi nformat bl-aħħar żviluppi?