Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1165 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Kunsilli Lokali — Self ta' flus - Bini ta' uffiċini ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli li talbu li ssir laqgħa biex isir self ta' flus biex ikunu jistgħu jibnu uffiċini tal-Kunsilli ġodda?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta Kunsill ikun irid jieħu xi self mill-bank, il-Kunsill ikun irid jikseb l-awtorita` bil-miktub tal-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi. Dan skond artikolu 3(2)(a) ta` l-Att dwar Kunsill Lokali (Kap. 363). Meta Kunsill jagħmel din it-talba hemm proċedura sħiħa xi jsegwi, fosthom li jippreżenta lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, Cash Flow biex juri li dan is-self ma jkunx ser jeffettwa ħażin l-operat tal-Kunsill. Bħalissa hemm applikazzjoni waħda pendenti u din hija tal-Kunsill Lokali Paola. Jiena ninsab infurmat li l-approvazzjoni għas-self għandha toħroġ fil-ġranet li ġejjien.
Leg 10 PQ #1145 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Rapporti dwar attakki sesswali

Question

Jista' il-Minstru jgħid kemm kien hemm attakki sesswali fuq individwi mil-bidu tas-sena 2003 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena kien hemm 31 każ ta` offiżi sesswali rrapurtati lill-Pulizija.
Leg 10 PQ #1146 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Kunsilli lokali — Żbilanċ finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1059 u cioe' b'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 687 u 857, jista' jgħid kemm huma u liema huma l-kunsilli li jinsabu fi żbilanċ finanzjarju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta` Mejju 2003, tlett (3) Kunsilli Lokali kienu jinsabu f`deficit finanzjarju. Dawn huma: Birgu Lm23,550 Rabat (Għawdex) Lm23,728 u Birkirkara Lm25,260 Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali diġa` kiteb lill-Kunsilli konċernati biex jagħtu spjegazzjoni ta` kif ser jeliminaw dan id-deficit fl-iqsar żmien possibli.

Servizzi Soċjali — Għajnuna għall-inkontinenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-faċilitajiet li jingħataw lil min ibati minn inkontinenza u mil-liema lokalita' huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' talbiet pendenti ghas-servizz ta' inkontinenza hu ta' 7. Tnejn huma mill-lokalita' ta' Marsaskala u talba minn kull wahda minn dawn il-lokalitajiet: Tarxien Safi Qormi Balzan Sta Lucia

Djar ta' l-anzjani — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa d-djar ta' l-anzjani u x'inhuwa l-grad tagħhom? Kemm hemm persuni li huma bil-kuntratt u x'inhuwa xogħolhom u kemm jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Ninsa infurmat li fid-Djar ta' l-Anzjani m'hemmx haddiema impjegati fuq kuntratt.

Persuni b'diżabilita' — Homes

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' jistennew biex jidħlu f'xi home għall dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi ghad-Djar Residenzjali ghal Persuni b’Di¿abilita’ mmexxija mill-Agenzija Sapport, ninsab infurmat li hemm 21 persuna b’dizabilita’ li t-talba taghhom biex jidhlu f’xi wahda minn dawn id-Djar ghadha pendenti. Ninsab infurmat ukoll li 15 minn dawn it-talbiet ghad iridu jigu riferuti lis-Service Allocation Committee mahtur apposta biex jikkunsidra talbiet bhal dawn.

St Vincent De Paule — Pazjenti - Air Conditioner

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali f'St Vincent De Paule li pazjenti fihom talbu għal air conditioner?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li m’hemm ebda talba pendenti minn pazjenti ghal installar ta’ air conditioning fis-swali fir-Residenza San Vincenz. Ta min jghid li kull refurbishment fis-swali li sar jew li hemm mahsub li jsir f’din ir-Residenza minn dan il-Gvern dejjem jinkludi l-installar tas-sistema ta’ air conditioning.
Leg 10 PQ #1141 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Transfers

Question

No question text.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1142 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Marda tal-Cancer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-cancer fis-sena 2003 sal-lum u kemm kellhom eta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kif hemm 332 persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul l-ewwel ħames xhur ta' 2003 f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet ta' dawn il-persuni hija kif ġej: Eta` Numru ta' Mwiet 0-14 0 15-24 1 25-34 3 35-44 10 45-54 22 55-64 58 65-74 112 75 and over 126 TOTAL 332
Leg 10 PQ #1143 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Suwiċidji — 2002

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji mil-bidu tas-sena 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 684, sat-30 ta` Ġunju 2003 ġie irrappurtat lill-Pulizija każ ieħor ta` suwiċidju.

Marsa — Żebgħa tat-triq

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir mill-ġdid iż-żebgħa tat-triq quddiem is-super one u l-Marsa ta' l-ingliżi peress li ż-żebgħa m'għadhiex tidher?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qed tagħmel dan it-tip ta' xogħol u xogħol ieħor relatat ma' street furniture fil-lokalitajiet kollha u x-xogħol indikat mill-Onorevoli Interpellant isir skond il-programm adottat għal dan ix-xogħol.
Leg 10 PQ #1064 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta għall-kura barra minn Malta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 873 u cioe' jgħid kemm pazjenti ntbagħtu għall-kura barra minn Malta taħt ir-reciprocal agreement bejn il-gvern Malti u dak Ingliż f'dawn l-aħħar sitt snin, sena b'sena? X'kien it-tip ta' mard u operazzjonijiet li kienu jeħtieġu kura barra minn Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'dawn l-aħħar sitt snin, intbagħtu 180 pazjent kull sena għall-kura barra minn Malta taħt ir-Reciprocal Agreement bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż. Dawn il-pazjenti ntbagħtu għal investigazzjonijiet u operazzjonijiet speċjalizzati fil-moħħ u fid-dahar, fl-għadam, fl-għajnejn, fil-widnejn, fl-imsaren, fil-kliewi. Intbagħtu wkoll pazjenti għal trapjanti tal-fwied u tal-mudullun u tfal għal operazzjoni fuq il-qalb.
Leg 10 PQ #1065 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern — Operazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 874 u cioe' jgħid kemm hu n-numru totali ta' operazzjonijiet li saru fl-isptarijiet tal-gvern f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni mis-Surgical Operations Register ta' l-isptarijiet ta' San Luqa u Karin Grech (SLH-KGH) għal dawn l-aħħar tmien snin. It-tabella hawn taħt turi n-numru ta' episodji kirurġiċi li saru sena b'sena. Rigward l-informazzjoni fuq Għawdex, l-Onor Membru għandu jitlob l-informazzjoni mill-Ministru kkonċernat. Sena Numru ta' Episodji Kirurġ iċ i 1995 22037 1996 22708 1997 23316 1998 24453 1999 24364 2000 24599 2001 26606 2002 27692
Leg 10 PQ #1066 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern/Privat — Inductions

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' inductions fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Numru 868.
Leg 10 PQ #1067 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern — Ċesarji

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 869 u cioe' jgħid x'kienet ir-rata taċ-ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni nazzjonali dwar ir-rata taċ-ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat mis-sena 1995 sa 2002. L-istatistika għal dawn l-aħħar tmien snin hija: 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001 2002 Numru totali ta' ċ esarji 838 867 918 960 998 1045 957 956 % ta' ċ esarji li saru fis-settur pubbliku 98% 92% 89% 87% 89% 86% 83% 88% % ta' ċ esarji li saru fis-settur privat 2% 8% 11% 13% 11% 14% 17% 12%
Leg 10 PQ #865 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Kliniċi f' Malta u Għawdex — Permessi

Question

Liema huma l-isptarijiet u kliniċi f' Malta u f'Għawdex li għandhom permess biex jagħtu servizz ta' emerġenza jew ta' dianjosija bħal x-ray, laboratorji, operazzjonijiet,etc?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-isptarijiet pubbliċi li joffru servizzi ta' emerġenza huma l-Isptar San Luqa, u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex filwaqt li l-Isptar Monte Carmeli jammetti pazjenti psikjatriċi b'urġenza fejn meħtieġ. Sptarijiet privati ma jinħtieġux permess speċjali sabiex joffru servizzi ta' emerġenza. Dawn jistgħu joffru servizzi għall-emerġenzi fil-parametri li għalihom huma liċenzjati.

Anzjan — Tnaqqis mill-pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex qed tinqatgħalu parti mil-pensjoni ta' anzjan li l-partikularitajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament u li kien weħel sentenza ta' ħabs? Jista' dan l-anzjan jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali li jkopri l-lokalita’ taghha.
Leg 10 PQ #1059 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Kunsilli lokali — Żbilanċ finanzjarju

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 687 u 857 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm huma u liema huma l-kunsilli li jinsabu fi żbilanċ finanzjarju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.