Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li applikaw għall-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li applikaw għall-pensjoni u ġiet irrifjutata: (a) għax ma ħallsux bolol; u (b) għax qabżu l-ammont ta’ flus jew proprjetà li jrid ikollhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-bidu ta’ din is-sena sa issa, kien hemm 810 applikazzjonij għal Pensjoni Kontributorja li ġiet miċħuda, filwaqt li kien hemm 59 applikazzjoni għal Pensjoni Mhux Kontributorja li ġiet miċħuda. Pensjoni kontributorja tingħata lil min ikun ħallas numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u l-Pensjoni mhux Kontributorja titħallas lil min ma jeċċedix it-test tal-mezzi.

Ċentri tas-Saħħa – vista tal-għajnejn – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18158 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu eżami tal-vista tal-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istennija ghall-appuntament ghal-vista tal-ghajnejn fic-Centri tas-Sahha hija medja ta xahrejn.

Ċentri tas-Saħħa – tqassim ta’ siringi minħabba droga

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18155 u jgħid kemm persuni marru ċ-Ċentri tas-Saħħa biex jieħdu siringi minħabba problema tad-droga?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispecifika ghal liema perjodu qed jirreferi.

SVPR – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta’ anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Bdil ta' dentatura — lista ta' stennija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18152 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta' stennija għall-bdil ta' dentatura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni specifika ma tinġabarx.

Marsaskala – Triq is-Salini – problema ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi mibdul il-cable tad-dawl fi Triq is-Salini li tagħmel ma’ Triq il-Melħ ġewwa Marsaskala, peress b’konsegwenza ta’ hekk dawn it-toroq ilhom sigħat bla dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf li l-manutenzjoni meħtieġa kienet saret il-Ġimgħa 23 t’Ottubru 2015, ċioe’ ġurnata qabel daħlet il-mistoqsija parlamentari.

Kartuna Roża – Schedule V

Question

Jista’ l-Ministru jara x’inhu jsir mal- persuni dijabetiċi kollha li suppost għandhom id-dritt għall-kartuna r-roża, peress li numru ta’ persuni qegħdin jilmentaw li minkejja li l-kartuna r-roża ilha għandhom għall-aktar minn għaxar snin, iċ-Ċentri tas-Saħħa qed jaqbdu u jaqtgħu kollox mill-kartuna r-roża u jitfgħu kollox fuq Schedule V minkejja li dawn il-persuni għandhom dritt għal kartuna r-roża?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Ċentri tas-Saħħa ma ghandhom l-ebda poter li jaqtgħu mediċini mill-kartuna r-roża għaliex din taqa’taħt id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.

Tqassim ta’ ikel — introduzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se terġa’ tiġi introdotta mill-ġdid is-sistema tat-tqassim t’ikel għal dawk il-persuni li jinsabu fuq l-għajnuna soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul ix-xahar ta’ Diċembru 2015, dawk kollha intitolati għall-għotja ta’ ikel taħt il-Programm ġdid iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea magħruf aħjar bħala Fund for European Aid to the Most Deprived (FEAD), kienu mgħarrfa b’dan permezz ta’ ittra. Huma kienu mgħarrfa wkoll meta u minn fejn għandhom jiġbru l-pakkett/i tal-ikel tagħhom. Skont il-kriterji stabbiliti fil-Programm Operattiv kif maqbula mal-Kummissjoni Ewropea, it-tqassim tal-ikel taħt dan il-Programm ġdid ser isir biss lil dawk il-familji (households) li huma meqjusa l-aktar fil-bżonn. Se jkun hemm skema oħra “in parallel” dwar tqassim ta’ ikel minn fondi pubbliċi li ser tkun qed tolqot persuni oġra li huma anqas fil-bżonn.

Persuni li applikaw għall-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li applikaw għall-pensjoni wara li daru bil-ġenituri jew b’persuna b’diżabilità u għax kellhom flus il-bank, ma ħadux benefiċċju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li mill-bidu tas-sena 2015 kien hemm 59 –il applikazzjoni għall-Pensjoni tal-Wens li minnhom 36 ġew rifjutati. Applikazzjoni tal-Pensjoni tal-Wens tiġi rifjutata jekk il-mezzi jew il-kapital jaqbżu l-iskala jew jekk il-pazjent ma jkunx kostrett f’sodda jew f’wheelchair. Kien hemm ukoll 79 –il applikazzjoni għall-Għajnuna Soċjali għal Carers li minnhom 26 ġew aċċettati filwaqt li 53 ġew rifjutati, parti għax il-mezzi kienu jeċċedu l-iskala u parti għaliex il-pazjent ma kellux bżonn kura u attenzjoni ta’ carer.

Pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jieħdu pensjoni talli jieħdu ħsieb lill-ġenituri jew persuna b’diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-aħħar pagament li sar fl-14 ta’ Novembru 2015, in-numru ta’ persuni li jieħdu Pensjoni tal-Wens, għaliex jieħdu ħsieb lill-ġenituri jew persuna b’diżabilità li huma kostretti jgħixu f’sodda jew wheelchair, kien ta’ 89. Minbarra dawn, kien hemm ukoll 271 benefiċjarju li qed jieħdu l-Għajnuna Soċjali għal Carers għar-raġuni li qegħdin jieħdu ħsieb pazjent illi mhux bilfors huwa kostrett li jgħix f’sodda jew wheelchair.

Fondi Ewropej mill-Programm Finanzjarju 2007-2013 assorbiti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta’ Fondi Ewropej mill-Programm Finanzjarju tal-2007-2013 li ġew assorbiti mill-Gvern Malti?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18221.

Rimi ta’ tyres ħżiena – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward rimi ta’ tyres ħżiena?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li minn stħarriġ li sar fuq l-ilment imsemmi jirriżulta li d-depożitu jew ir-rimi ta’ tyres ħziena jsiru għand il-kuntrattur imqabbad mill-Wasteserv. Kien hemm ċirkostanzi fejn minħabba nuqqas ta’ spazju, il-kuntrattur ma setax jilqa’ għandu aktar tyres iżda din is-sitwazzjoni ġiet rimedjata u infurmat li l-kuntrattur qed jerġa’ jilqa’ t-tyres ħżiena.

Child benefit – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward child benefit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi l-attendenza tal-istudent matul is-sena skolastika 2014-2015 ma laħqitx il-benchmark ta’ 95%.
Leg 12 PQ #20220 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċint ta’ Għalqa — każ ta’ individwu

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18099, jista’ l-Prim Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li issa għaddew tliet xhur u baqa’ mingħajr ebda kuntatt min-naħa tad-dipartiment ikkonċernat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mid-Dipartiment Proprjeta tal-Gvern li wara t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18099, id-Dipartiment fit-22 t’Ottubru 2015, kien ħa azzjoni billi għamel spezzjoni fl-għalqa fejn hemm dan iċ-ċint fil-prezenza tal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament. L-għalqa in kwistjoni hija mqabbla in solidium lil dan l-individwi flimkien ma’ ħutu u hemm kawża għaddejja fil-Qorti minħabba tilwim li hemm bejn l-istess aħwa fuq il-qsiem ta’ din l-għalqa. Dwar il-ħsara li hemm f’dan iċ-ċint, ninforma lill-Onor. membru li skont kundizzjoni 8 tal-ftehim tal-kirja, t-tiswijiet kollha li hemm meħtieġa jew li għad ikunu meħtieġa f’din ir-raba inkluż il-ħitan jew ilqugħ ieħor iridu jsiru kollha għas-spejjeż tal-gabilott.

Double Yellow Line – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18132, jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jiġi nfurmat meta se jibdew ix-xogħlijiet, għaliex minkejja li t-talba ġiet approvata min-naħa ta’ Transport Malta, għaddew tliet xhur u għadhom ma sarux ix-xogħlijiet ta’ żebgħa ta’ yellow line u għalhekk qed jiġu kkawżati ħafna problemi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-approvazzjoni maħruġa minn Transport Malta għal dawn ix-xogħlijiet hija suġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi u tali xogħol irid isir mill-Kunsill Lokali rispettiv.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa bħal kull każ ieħor.

ETC — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ wettqet il-ħlas lill-persuna kkonċernata.

Sigurtà Soċjali — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' sigurtà soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-bonus addizzjonali ta’ €35 li kienet waħda mill-miżuri tal-Budget 2015, ingħata lil dawk kollha li kienu fuq l-Għajnuna Soċjali fl-ewwel Sibt ta’ Jannar, 2015.

Suldati — liċenzji għas-sewqan ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-suldati li jsuqu l-coaches bin-nies u t-trakkijiet bis-suldati għandhomx liċenza biex isuqu dawn il-vetturi minn Transport Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li kif kien isir fil-passat, is-suldati li jsuqu t-trakkijiet u coaches jagħmlu dan wara li jġibu kwalifika speċjalizzata maħruġa mill-Forzi Armati ta’ Malta. Reċentement sar ftehim mat-Transport Malta sabiex is-suldati li jagħtu taħriġ fuq sewqan jiġu mħarġa wkoll bħala “driving instructors” mit-Transport Malta.

Addolorata — art li mhux tal-Gvern

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-art li suppost jinbnew l-oqbra fl-Addolorata, hemm art li mhux tal-Gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art li fuqha hemm l-applikazzjoni mall-MEPA għall-estensjoni l-ġdida sabiex jinbnew l-Oqbra fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata hija kollha propjeta tal-Gvern.