Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kliniċi privati liċenzjati f'Għawdex? Kemm minn dawn għandhom: 1) permess biex jieħdu x-rays u x'tip ta' x-rays; 2) permess biex jagħmlu endoscopic interventions; 3) permess għal-laboratorju; 4) permess għal stress ECG; 5) permess għal operazzjonijiet taħt anestesija? Dawn il-kliniċi għandhom: 1) aċċessibilita; 2) waste disposal policy; 3) Radiation protection policy; 4) makkinarju bil-CE mark; 5) maintenance certificates?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-faċilitajiet mediċi privati liċenzjati f'Għawdex huma kif ġej:-
1. St James Hospital, Għajnsielem - liċenzjat bħala "Day Care Clinic," bil-permess li jsiru fost l-oħrajn "endoscopic interventions" u operazzjonijiet taħt anestesija. Din il-Klinika għandha wkoll permess għal laboratorju.
2. Klinika Farruġia, Victoria - liċenzjata biex topera bħala X-ray Department bil-permess ta' X-rays ġenerali, CT Scan u mammography.
3. 1st Floor, Pisani Pharmacy, Sannat - permess għal mammography.
"Stress ECG" ma jinħtieġx liċenzja speċifika.
Dawn il-faċilitajiet għandhom aċċessibilita', "waste disposal policy," u makkinarju bis-"CE mark," kif ukoll iżommu "maintenance records" dwar l-apparat. Kull klinika tar-radjoloġija għandha l-obbligu li ssegwi n-"Nuclear Safety and Radiation Protection Regulations."
Jista' il-Ministru jara li wire li hemm imqaċċat quddiem ir-residenza li d-dettalji qed jintbagħtu separatament jiġi rranġat minħabba l-periklu li hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-wire imsemmi ma jaqax taht ir-responsabilita' ta' l-Enemalta ghax ma huwiex wire tal-elettriku.
Jista' il-Ministru jara li l-każ ta' l-anzjana biex tidħol SVPR li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħatu separatament jitmexxa peress li din il-persuna tgħix waħedha? Tista' tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet eżaminata mill-Admission Board u ser tingħata priorita’ meta jkun hemm post battal fir-Residenza San Vinċenz de Paule.
BOV — Ġbir ta' donazzjonijiet għall-marda tal-kanċer
Question
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inġabru flus f'donazzjonijiet miġbura fl-uffiċċju tal-Mortgages (self għad-djar) fil-BOV Palace Square, Valletta b'risq l-hekk imsejjaħ studju xjentifiku li sar jew qiegħed isir jew li kellu jsir dwar il-marda tal-kanċer? Jista' jingħata breakdown tal-ġbir tul dawn l-aħħar snin u kif u fejn intnefqu? Sar xi forma ta' kontroll u ta' awditjar, u ingħatat irċevuta għal kull donazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-avukati li jiċċekkjaw il-files tal-home loans, BOV, Palace Square, Valletta qabel ma jsiru l-kuntratti? Meta ġew ingaġġati u taħt liema kondizzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-każ tar-relief ta' mara b'żewġt itfal li m'għandha l-ebda dħul ieħor jitmexxa mill-aktar fis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kliniċi privati liċenzjati f'Għawdex? Kemm minn dawn għandhom: 1) permess biex jieħdu x-rays u x'tip ta' x-rays; 2) permess biex jagħmlu endoscopic interventions; 3) permess għal-laboratorju; 4) permess għal stress ECG; 5) permess għal operazzjonijiet taħt anestesija? Dawn il-kliniċi għandhom: 1) aċċessibilita; 2) waste disposal policy; 3) Radiation protection policy; 4) makkinarju bil-CE mark; 5) maintenance certificates?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lillOnor Interpellant sabiex jagħmel ilmistoqsija lillMinistru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1268 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' jekk jogħġbok tara li jsir mill-aktar fis ir-reserved parking għal anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minħabba d-diżabilita' li għandha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku qed jevalwa l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata.
Jista' il-Ministru jintervjeni fil-każ ta' missier li għandu bżonn trasport għall-ġuvni b'diżabilita' biex imur iċ-ċentru tal-Birgu jew missieru jsirlu arranġament biex ikun jista' jwassal lit-tifel li l-partikularitajiet tiegħu jidhru separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment konċernat jista’ jipprovdi b’trasport lit-tifel tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex jattendi fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ta’ Ħal-Far. Dan peress li t-tifel hu residenti fil-catchment area ta’ dan iċ-Ċentru għal dak li jirrigwarda trasport provdut mid-Dipartiment.
B’dan kollu jistgħu isiru arranġamenti biex it-tifel ikun jista’ jattendi ċ-Ċentru tal-Birgu jekk il-missier jipprovdi trasport hu.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1141 u cioe' kemm saru transfers mill-ewwel tas-sena 2002 sal-lum fid-dipartimenti tal-gvern kollha?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ trasferimenti bejn ministeru u ieħor kif approvat mill-“Management and Personnel Office” mill-1 ta’ Jannar, 2002 sat-8 ta’ Lulju, 2003 huwa ta’ 456.
Dwar it-trasferiment fi ħdan l-istess ministeru u mhux fl-Uffiċċju tiegħi, nitlob l-Onorevoli Interpellant jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat billi dawn it-trasferimenti jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv.
Trasferimenti bejn dipartiment u ieħor fid-dekasteru tiegħi fl-istess żmien kienu 32.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tinħareġ il-pensjoni ta' l-armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-air conditioners fis-swali 7/8 ta' l-irġiel fir-residenza San Vinċenz de Paule humiex bil-ħsara? Jekk iva, jistgħu jittieħdu passi biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-air conditioners fis-swali ndikati mill-Onor. Interpellant kienu jaħdmu regolarment iżda peress li wieħed mill-kompressuri kien jeħtieġ tiswija, l-air conditioners ma kienux qed ilaħħqu mas-sħana li għamlet f’dawn l-aħħar ġranet.
Ninsab infurmat ukoll li t-tiswijiet fuq il-kompressur issa tlestew u qed isiru t-testijiet meħtieġa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jsir mill-aktar fis ir-reserved parking għal anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minħabba d-diżabilita' li għandha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li jinfetħu day centres għall-persuni b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f'Ottubru ta' din is-sena mistenni jinfetah Centru ta' Rizorsi gdid ghall-persuni b'dizabilita' fis-Swatar. Suggett ghar-rizorsi disponibbli, hemm il-hsieb li fil-futur jinfethu centri ohra simili f'inhawi ohra ta' Malta.