Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2427 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Persuni li mietu kawża tal-cancer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-cancer mill-1 ta' Awwissu 2003 sal-lum u kemm kellhom eta'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet ta' mwiet bil-marda tal-kanċer irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet matul ix-xhur ta' Awissu u Settembru 2003 fiż-żewġ sessi huwa ta' 99 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex. L-etajiet tagħhom hija kif ġej: Age groups Male Female Total 0-14 0 0 0 15-24 0 1 1 25-34 1 0 1 35-44 0 0 0 45-54 4 7 11 55-64 11 6 17 65-74 19 11 30 75-84 9 16 25 85+ 9 5 14 Total 53 46 99 Din l-istatistika hija waħda proviżorja, filwaqt li għax-xahar ta' Ottubru 2003, din għad trid tinġabar.

Pulizija — Suwiċidji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji mill-1 ta' Awwissu 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Awissu u s-27 ta` Ottubru 2003, ġew irrapurtati lill-Pulizija erba` każi ta` suwiċidju.

Pulizija — Rapporti ta' attakki sesswali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati attakki sesswali fuq individwi mill-1 ta' Awwissu 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Awissu u s-27 ta` Ottubru 2003 kien hemm 26 każ ta` offiżi sesswali rrapurtati lill-Pulizija.

Kunsilli Lokali — Talbiet għall-ftuħ ta' day centres

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma u liema huma l-Kunsilli li għamlu talba għall-ftuħ ta' day centres għall-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm erba’ Kunsilli Lokali li qed jikkunsidraw il-possibbilta’ li jinfetaħ Day Centre għall-Anzjani ġdid fil-lokalita’ tagħhom. Dawn huma Marsa, Pieta’, Rabat u Santa Lucia.

Bini ta' uffiċini ġodda tal-Kunsilli Lokali — Self ta' flus

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli li talbu li ssir laqgħa biex isir self ta' flus biex ikunu jistgħu jibnu uffiċini tal-kunsilli ġodda?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba numru 1165 fejn ġie indikat u spjegat il-proċess li għandu jiġi esegwit fil-każ ta` talba minn Kunsill Lokali għal self. Preżentement għad ma hemm ebda kunsill li qiegħed fl-aħħar fażi ta` dan.
Leg 10 PQ #2421 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Kors ta' pharmacist technicican

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna pharmacist technician li għamlet il-kors u irriżenjat tistax terġa tidħol mal-Gvern? Jekk iva hemm il-ħsieb li tiftaħ din l-vakanza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull persuna biex tidħol taħdem fis-Servizz Pubbliku trid tapplika meta s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet f'dak il-grad toħroġ mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC) fil-Gażżetta tal-Gvern. Ninsab infurmat li f'dan l-istadju m'hemm l-ebda ħsieb li d-Diviżjoni tas-Saħħa tirrakkomanda li tinħareġ sejħa għall-mili ta' postijiet fil-grad ta' Pharmacy Technician.
Leg 10 PQ #2394 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Talbiet Pendenti — Servizz ta' inkontinenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għas-servizz ta' inkontinenza mill-1 ta' Awwissu 2003 u mil-liema lokalita' huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lil Ministru kkonċernat.

St Vincent De Paule — Maintenance

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali ġewwa St Vincent De Paule li talbu li ssirilhom maintenance tas-sala u x'kienet ir-risposta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li talbiet biex isir xogħol ta’ maintenance fis-swali fir-Residenza San Vinċenz de Paule jsiru regolarment u kull talba tiġi kkunsidrata fuq il-merti tagħha u l-urġenza tax-xogħol meħtieġ.

Djar ta' l-anzjani — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa id-djar ta' l-anzjani u x'inhuwa l-grad tagħhom, kemm hemm persuni li huma bil-kuntratt, x'inhuwa xogħolhom u kemm jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija. Ninsab infurmat li fid-Djar ta’ l-Anzjani m’hemmx impjegati fuq kuntratt..

Persuna b'diżabilita' — Benefiċċju soċjali

Question

Jista' il-Ministru jinforma bil-miktub lill-persuna b'diżabilita' li d-dettalji tagħha jidhru separatament għaliex mhux tieħu l-full amount tal-Benefiċċju Soċjali bħala Boarded out?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Leg 10 PQ #2414 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar tal-Gvern — Pilloli out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pilloli out of stock taħt special items fl-isptar tal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birżebbugia — Problema tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi nvestigata u rimedjata l-problema ta' drenaġġ quddiem ir-residenza ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ħsara msemmija qiegħdha fil-'private connection' tad-dar li tmiss ma' dik tal-persuna msemmija. Għalhekk m'hix fil-kompetenza tal-Korporazzjoni Għas-Servizzi ta' Ilma li ssolvi dil-problema. Dan diġa kien spjegat lil din il-persuna minn uffiċċjali tal-Korporazzjoni.

Ħal Tarxien — Wire tat-telephone

Question

Jista' il-Ministru jara li l-wire li hemm imqaċċat quddiem ir-residenza - id-dettalji qed jintbagħtu separatament - jiġi rranġat minħabba l-periklu li hemm?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onorevili Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Raħal Ġdid — Anzjan li qed jistenna biex jidħol fl-SVPR

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-anzjan - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - jidħol fl-SVPR minħabba l-importanza tal-każ tiegħu? Tista' il-familja tiegħu tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz mill-Isptar San Luqa fit-3 ta’ Settembru, 2003. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet dwar persuni li jkunu l-Isptar San Luqa, il-prassi hi li s-Supretendent Mediku ta’ l-Isptar jipprijoritiżża l-applikazzjonijiet ta’ pazjenti biex jiġu trasferiti fir-Residenza meta jkun hemm il-post.