Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tiswa lill-gvern anzjan/a residenti fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li persuna residenti f’xi waħda mid-djar għall-anzjani mmexxija mill-Gvern, fl-2002 kienet tiswa madwar Lm11 kuljum. Ir-rata għas-sena kurrenti tinħadem wara li tingħalaq is-sena finanzjarja.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi gradi ta' impjegati hemm nieqsa fir-residenza San Vinċenz de Paule u fi djar ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fir-Residenza San Vinċenz u fid-Djar ta’ l-Anzjani hemm vakanzi fil-grad ta’ deputy nursing officer, enrolled nurse u engineer u li d-Dipartiment konċernat qed jieħu l-passi biex jimla dawn il-vakanzi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm għandhom eta' u minn liema pajjiż ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fis-17 ta` Novembru 2003 in-numru ta` priġunieri fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 265. It-tagħrif mitlub dwarhom hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-addolorata u kemm hemm permessi għal oqbra ġodda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata hemm 16,000 qabar privat u 1,000 qabar fil-parti komuni.
L-applikazzjoni li għamel id-Dipartiment għal estensjoni taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata hija għal 1,500 qabar ġdid.
Sigurta' soċjali — Persuni li jirċievu servizz ta' inkontinenza
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu s-servizz ta' inkontinenza, kemm għandhom eta' u minn liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawk li jgawdu mis-servizz indikat jgħixu fid-diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.
Jista' il-Ministru jara li anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - u li ma għamilx donation minn fuq it-telephone tiegħu titħassarlu minn fuq il-kont tat-telefon peress li kull darba jgħidulu li se titħassar imma dejjem tidher mal-kont li jirċievi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlanentari Nru.1130.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa mill-aktar fis possibbli l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċċju inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Minstru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għas-servizz ta' inkontinenza mill-1 ta' Awwissu 2003 u mil-liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm erba’ talbiet pendenti għas-servizz ta’ inkontinenza li huma dawk li daħlu mill-bidu ta’ Novembru 2003. Tnejn saru mill-lokalita’ ta’ Birkirkara, waħda mill-Furjana u oħra minn tas-Sliema.
Jista' il-Ministru jara li anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - u li ma għamilx donation minn fuq it-telephone tiegħu titħassarlu minn fuq il-kont tat-telefon peress li kull darba jgħidulu li se titħassar imma dejjem tidher mal-kont li jirċievi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jkun lest il-lift li ġie żarmat fil-floor ta' ENT out-patient meta dan kien imwiegħed li jkun lest fit-3 ta' Ġunju, 2003? Jista' jinformani x'ġara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-container bl-'ispare parts' ghall-lift kellu jasal fl-ewwel ta' Novembru 2003. Għal xi raġuni mhux magħrufa ser jasal tard. Għaldaqstant għandha ssir laqgħa mal-fornitur għal aktar tagħrif.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2426 u cioe' jgħid kemm saru transfers mill-ewwel tas-sena 2002 sal-lum fid-dipartimenti tal-Gvern kollha?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li n-numru ta’ trasferimenti bejn ministeru u ieħor kif approvat mill-“Management and Personnel Office” mill-1 ta’ Jannar 2002 sas-27 ta’ Ottubru 2003 huwa ta’ 535.
Trasferimenti bejn dipartiment u ieħor fid-dekasteru tiegħi fl-istess żmien kienu 57.
Dwar it-trasferimenti interni f’ministeri oħra, nitlob l-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministri responsabbli billi dawn it-trasferiment jiġu approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeri rispettivi.