Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Xogħol ta' asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir it-tarmac fit-Triq tax-Xewk u fi Triq Maria Addolorata f'Raħal Ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi dawn it-toroq ġew inklużi fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Raħal Ġdid — Triq tax-Xewk/Triq Maria Addolorata

Question

Jista' il-Ministru jara li jittella' ħajt fejn hemm ħamrija mikxufa u bla support fit-Triq tax-Xewk ma' Triq Maria Addolorata ġewwa Raħal Ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport sabiex tispezzjona l-lokalita msemmija mill-Onor. Interpellant sabiex jara x'l-aħjar li jsir.

Awtorita' tad-djar — Każ dwar kuntratt

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-kuntratt mill-housing authority tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar ma tistax tipproċedi bil-kuntratt finali qabel ma l-art li fuqha hemm mibni l-appartament in kwistjoni tiġi trasferita lill-Awtorita’.
Leg 10 PQ #2975 Sitting 65 2003-11-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Applikazzjoni għal xiri ta' qabar

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn qiegħda fil-waiting list il-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jixtri qabar? Jista' jgħid kemm se jitħaffru oqbra u għal kemm ħarġu permessi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema ċimiterju tal-Gvern qiegħed jirreferi u l-acknowledgement number ta' l-applikazzjoni tal-persuna indikata.

Anzjani li għandhom 'il fuq minn 100 sena

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2892 u cioe' kemm hemm anzjani li għandhom 'il fuq minn 100 sena fir-residenza San Vinċenz de Paule u fid-djar ta' l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fid-djar ta’ l-anzjani tal-Gvern m’hemmx residenti li għalqu l-100 sena filwaqt li fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm żewġ residenti li għandhom ‘il fuq minn mitt sena.
Leg 10 PQ #2911 Sitting 64 2003-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, Sta. Luċija u l-Gudja u kemm għandhom eta'?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

SVPR — Tqassim ta' gazzetti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema gazzetti jitqassmu kuljum fil-wards tar-residenza ta' San Vinċenz de Paule u fid-djar ta' l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul il-ġimgħa fir-Residenza San Vinċenz de Paule jitqassmu l-gażżetti n-Nazzjoni u l-Oriżżont filwaqt li l-Ħadd jitqassmu l-Mument, it-Torċa u l-Kulħadd.

PTA — Char-a-bancs ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn char-a-bancs ġodda li qegħdin joperaw fit-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hawn 122 char-a-bancs ġodda li ġew importati jew mibnija Malta u li minnhom 117 qegħdin joperaw fit-toroq tagħna.

PTA — Char-a-bancs

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn char-a-bancs li jagħtu s-servizz fil-gżejjer Maltin u Għawdxin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm 508 permess ta' char-a-bancs li joperaw fuq xogħol bi skeda f'Malta, u 78 f'Għawdex.

Djar ta' l-anzjani — Ikel tal-pazjenti

Question

Jistaż il-Viċi Prim Ministru jgħid kif jiġi provdut l-ikel fid-djar tal-gvern ta' l-anzjani, mill-istess gvern jew mill-privat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ikel fid-djar għall-anzjani tal-Furjana u l-Imtarfa jiġi mħejji mill-impjegati f’dawn id-djar stess. L-ikel għad-djar tal-Mosta, Msida u l-Gżira jiġi fornut minn kuntrattur privat.

Sigurta' soċjali — Persuni li qed jistennew li jgħaddu board

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li qegħdin jistennew li jgħaddu board u kemm għandhom eta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-bord mediku konness mal-Pensjoni għall-Invalidita’ mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, ninsab infurmat li hemm 205 persuna tistenna biex tersaq quddiem dan il-bord. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Toroq — Xogħol ta' asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali li jridu jingħataw it-tarmac fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, il-Gudja u Sta. Luċija?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x'nżid mar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari numru 691.

Kunsilli lokali — Talba għal twaħħil ta' bozoz

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn hemm talbiet mill-kunsilli lokali ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, Sta. Luċija u l-Gudja biex isiru bozoz ġodda fil-lokalita' tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilta ta' twaħħil ta' lampi ġodda ġiet delegata lill-Kunsilli Lokali.

Enemalta — Twaħħil ta' bozoz ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li fihom twaħħlu bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, Sta. Luċija u l-Gudja?

Response (GATT, AUSTIN)

It-toroq li fihom twaħħlu bozoz ġodda fl-irħula msemmija f'dawn l-aħħar tliet snin huma dawk murija fid-dokument anness li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Barra minnhekk ninforma lill-Onorevoli Membru illi it-tidwil tat-toroq fil-lokalitajiet msemmija ġie delegat lill-Kunsilli Lokali rispettivi f'Marzu ta l-2003.

Djar ta' l-anzjani — Ikel tal-pazjenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tiswa ikla kuljum fid-djar ta' l -anzjani tal-gvern għal kull anzjan/a?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ikel għal kull persuna fid-Djar ta’ l-Anzjani tal-Gvern jiswa madwar Lm2.30 kuljum. Dan l-ammont jinkludi l-breakfast, u l-ikla ta’ nofsinhar u filgħaxija.