Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Triq ir-Reġina - Containers

Question

Jista' il-Ministru jara li tittieħed azzjoni kontra l-containers li qegħdin jostakolaw residenti fi Triq ir-Reġina, f'Raħal Ġdid kif jidher mir-ritratti li qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija dwar l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant dwar parkeġġ ta` containers fi Triq is-Sultana Raħal Ġdid, irriżulta illi l-lokalita` imsemmija hija regolata b`sinjali tat-traffiku fejn il-parkeġġ ta` vetturi huwa ristrett ħlief għal ħatt ta` merkanzija mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u s-1.00pm u bejn l-4.00pm u s-6.00pm. Madankollu infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tagħmel ronda f`din il-lokalita` sabiex tara li ma jkunx hemm ksur ta` liġi.

Xogħol ta' delivery

Question

Jista' il-Ministru jara li x-xogħol ta' ħatt li qiegħed isir mill-kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma jsirx fil-ħinijiet ta' wara nofsinhar?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3725.
Leg 10 PQ #3409 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Speċjalisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm speċjalisti li jaħdmu mal-gvern li għandhom permess jaħdmu privat ukoll?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ispeċjalisti Maltin kollha għandhom permess jaħdmu privat.
Leg 10 PQ #3411 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Speċjalisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm speċjalisti li jaħdmu mal-gvern u li għandhom permess ta' clinics privati/tagħhom? Dan jikkostitwixxi conflict of interest fix-xogħol tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li hemm sitt speċjalisti li jaħdmu mal-gvern u li għandhom permess ta' klinika privata. Ma naħsibx li hemm kunflitt ta' interess għaliex fil-privat imur min jagħżel li jagħmel hekk.
Leg 10 PQ #3412 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet/kliniċi privati

Question

Peress li pazjent ġeneralment imur għal kura ġewwa sptar jew klinika privata skond fejn jordnalu l-ispeċjalista, jista' il-Ministru jgħid x'salvagwardji għandu l-pazjent sabiex ikun jaf xi kwalita' ta' kura u faċilitajiet jeżistu fit-tali sptarijiet jew kliniċi? Jista' jgħid jekk wasalx iż-żmien li l-isptarijiet u l-kliniċi jiġu graded skond kriterji ċari li jiġu ppubblikati għall-informazzjoni tal-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull sptar jew klinika liċenzjata tfisser li ssodisfat kriterji imposti mid-Diviżjoni. Dan huwa ndikat wkoll fil-liċenzja li tinħareġ kull sena u li kull klinika għandha l-obbligu li tqiegħed f'post prominenti fil-klinika biex ikun jista' jaraha l-pubbliku.
Leg 10 PQ #3414 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet/kliniċi — Apparat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-informazzjoni li nġabret dan l-aħħar mill-bord ta' l-istandards dwar makkinarju li jintuża fl-isptarijiet u kliniċi kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat? Minn dan ir-rapport kemm jirriżulta li hemm apparat substandard u jekk hemm, x'mezzi għandu l-pazjent biex ikun jaf b'liema kwalita' ta' apparat qed jiġi nvestigat u jkollu moħħu mistrieħ li kollox huwa skond l-istandards tal-WHO?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.
Leg 10 PQ #3415 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet/polikliniċi — Servizzi offruti mill-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'mezzi għandu d-dipartiment tas-saħħa biex jassigura li konsulenti, speċjalisti u impjegati fl-isptarijiet u fil-polikliniċi ma jabbużawx mis-servizzi li joffri l-gvern billi jużaw testijiet u investigazzjonijiet li bihom jippromwovu x-xogħol privat tagħhom a skapitu tal-finanzi tal-gvern u pazjenti li jkunu ilhom jistennew għax ma jistgħux iħallsu privatament? Jista' jgħid jekk il-gvern għandux ħjiel ta' abbużi bħal dawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull ċittadin Malti għandu dritt għal kura li joffri d-Dipartiment tas-Saħħa mingħajr ma ssir l-ebda diskriminazzjoni. Pazjenti li jagħżlu li jieħdu kura fil-privat, xorta waħda għandhom id-dritt li jagħmlu testijiet u investigazzjonijiet fl-isptarijiet u polikliniċi tal-Gvern, sakemm dawn jagħmlu appuntament biex b'hekk ma jaqbżux il-queue. Id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jintroduċi sistemi ta' appuntamenti kompjuteriżati biex zgur jiġi eliminat kull lok t'abbuż. Sistema ta' appuntamenti kompjuteriżati diġa' giet introdotta kemm fid-Dipartiment ta' l-Outpatients, kif ukoll fl-investigazzjonijiet tar-Radjoloġija. Id-Dipartiment tas-Saħħa se jibqa' jaħdem bis-sħiħ biex jassigura li ma hemm l-ebda abbuż mill-impjegati tiegħu. Meta d-Dipartiment tas-Saħħa jsir jaf b'xi każ ta' abbuż, jieħu dawk il-passi kollha indikati kontra min ikun abbuża.

Sigurta' soċjali — Każ dwar omm separata

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' omm separata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' din l-omm tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.

SVPR — Ikel tal-pazjenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2898 u cioe kemm tiswa ikla kuljum fir-residenza San Vinċenz de Paule għal kull anzjan/a?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ikel, inkluż breakfast, ikla f’nofsinhar u oħra filgħaxija, għal kull persuna residenti f’San Vinċenz de Paule jiswa madwar Lm2.13 kuljum.

Marsa — Kunsill lokali

Question

Jista' il-Ministru jara jekk jistax jgħin lill-kunsill lokali tal-Marsa għar-rigward ta' l-uffiċini amministrattivi minħabba li għal diversi drabi l-kunsill ġie miżmum mill-MEPA milli jiżviluppa uffiċini ġodda li jkunu addattati għal persuni b'diżabilita' u għal anzjani u anke biex issir librerija pubblika fil-lokalita' peress li m'hemmx?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern huwa lest, permezz tal-proċess ta` devoluzzjoni, igħin lill-Kunsilli Lokali biex jieħdu proprjeta` pubblika biex jamministrawha għal skopijiet ta` fejda fil-lokal skond u fil-mod stabbilit fid-domanda parlamentari nru. 2115. Nistiednu għalhekk li l-Kunsill Lokali Marsa jsegwi din il-proċedura għall-skopijiet indikati mill-Onorevoli Interpellant. Naturalment kull żvilupp irid ikun kopert mill-permessi kollha ta` l-awtoritajiet kompetenti.

Marsa — Area tal-Menqa

Question

Jista' il-Ministru jara li l-area tal-Menqa fil-Marsa u l-akkwati tiġi mnaddfa u mibdula peress li ilha għal dawn l-aħħar snin fi stat ta' telqa u abbandun?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal dak li huwa tindif, dan ser isir. Dwar is-suġġeriment biex l-akkwati jiġu mibdula, nitlob lill-Onor. Membru jkun iżjed speċifiku.
Leg 10 PQ #3167 Sitting 67 2003-12-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li laħqu l-eta' ta' 100 sena

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 3058 li ġiet indirizzata lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lill-Prim Ministru u cioe' jista' jekk jogħġbu jgħid kemm hawn persuni f'Malta li għandhom 100 sena u aktar u f'liema lokalita' joqogħdu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li n-numru ta’ persuni f’Malta li għandhom mitt sena u aktar huwa ta’ 15. Hemm persuna waħda rreġistrata f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet: Balzan, Birkirkara, Dingli, Floriana, Luqa, Mosta, Nadur, Naxxar, Qormi, Rabat, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Sliema, Żabbar u Żebbuġ (Malta).

Sigurta' Soċjali — Każ dwar terminal benefit

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk anzjan - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - għandux id-dritt li jieħu terminal benefit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għall-liema terminal benefit qed jirreferi li jista’ jkollu dritt għalih il-pensjonant indikat.

Sigurta' soċjali — Każ dwar terminal benefit

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk anzjan - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - għandux id-dritt li jieħu terminal benefit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għall-liema terminal benefit qed jirreferi li jista’ jkollu dritt għalih il-pensjonant indikat.