Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-sussidju fuq it-telephonegħall-anzjani li għandhom il-kartuna r-roża qiegħed jingħata biss għal 5,000 anzjan? Din il-policy kienet minn dejjem jew ġiet imposta issa? Jista' jgħid meta ġiet imposta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni li s-sussidju fuq it-telefon jingħata biss lil 5,000 anzjan ġiet ikkomunikata lid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' fid-19 ta' Mejju 2004 mill-Malta Communications Authority.
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru tal-Kompettivita' u Komunikazzjoni.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6635 u cioe' jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita ma tistax tagħti l-informazzjoni hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Jien infurmat illi qabel ma jkun tlesta x-xogħol ma tkunx tista' tiġi stabilita ċifra eżatta, peress illi wara li jitlesta x-xogħol il-kuntrattur jagħti fattura li tkun tirrifletti x-xogħol kollu li jkun sar u jkun biss wara li din tiġi riveduta min-nies tekniċi ta' l-Awtorita li jkun jista' jiġi kwantifikat il-pagament.
Jista' il-Ministru jara li Triq Leonardu Abela f'Ħal Tarxien tingħata t-tarmac peress li tinsab fi stat ta' abbandun u ma taqax taħt il-kunsill lokali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi fil-preżent l-Awtorita qegħda tevalwa x-xogħolijiet li hemm bżonn sabiex din it-Triq titkompla.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li se jinħarġu l-permessi għat-taxis bojod? Jekk iva, kemm ħarġu u meta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi għalissa l-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta mhux qed tikkunsidra iżżid il-permessi eżistenti tat-taxis. Fil-ġimgħat li ġejjien sejjer ikun studjat l-operat ta-taxis u deċiżjoni dwar żieda lill-permessi tittieħed aktar il-quddiem.
B'riferenza għas-sit indikat separatament, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-permessi neċessarji għal dan l-iżvilupp? X'permessi hemm fuq il-parking u meta nħarġu? Kemm-il applikazzjoni kien hemm quddiem il-MEPA u ma' l-ewwel applikazzjoni oriġinali reġax sar xi tibdil ieħor? Hemm parkingbiżżejjed?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-iżvilupp indikat hu kopert bil-permessi meħtieġa.
Il-permess PA 7622/03 nħareġ fit-13 ta' April 2004 wara li l-applikant ħallas is-somma ta' LM 22,500 bħala kontribuzzjoni għall-Commuted Parking Payment Scheme fit-2 ta' April 2004. Dan l-ammont ikopri n-numru ta' spazji rikjesti mill-iżvilupp il-ġdid inklużi l-estensjonijiet kollha approvati. Saru erba’ applikazzjonijiet lill-MEPA.
Kien hemm permess li nħareġ għal estensjoni fuq il-bejt, kif ukoll estensjoni fuq in-naħa tal-Punent tal-lukanda li tikkonsisti f' fire escape staircase u ħmistax il-kamra oħra.
Permess ieħor ikopri estensjoni ta' zewg sulari fuq il-permess outline. Ghaldaqstant it-total ta' sulari fuq Spinola Road approvati b' dan il-permess huwa ta' tmien sulari.
Sptar San Luqa/SVPR/Sptar Zammit Clapp — Servizz ta' l-ikel
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-servizz ta' l-ikel fl-isptar San Luqa, fir-residenza San Vinċenz de Paule u fl-isptar Zammit Clapp jiġi privatizzat? Jekk iva, meta? X'inhu l-ħsieb tal-gvern li jingħata lil kuntrattur wieħed jew aktar? Jista' il-Ministru jgħid jekk f'Settembru 2004 deherx xi ħaġa fil-Gazzetta tal-Gvern rigward dan? Jekk iva, x'kien hemm?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-sistema ta' l-ikel fl-Isptarijiet tal-Gvern u Djar ta' l-Anzjani qed tiġi riveduta. Hemm diversi possibilitajiet li qed jiġu studjati u għadu kmieni biex wieħed jagħti iżjed dettalji.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6624 u cioe'jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant kif kienet fis-17 ta’ Awissu 2004. Irrid niċċara li l-informazzjoni li qed nipprovdi tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti:
(i) fejn l-invoice tkun diġà waslet fil-Ministeru/Dipartiment konċernat
(ii) fejn il-pagament m’huwiex qed jiġi kkontestat
Lm
Uffiċċju tal-Prim Ministru
82,793.54
Forzi Armati ta’ Malta
78,782.09
Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
18,129.62
Uffiċċju Elettorali
151,452.36
Ministeru tal-Finanzi
Dipartiment tal-
VAT
40,934.68
Dipartiment tad-Dwana
7,100.00
Dipartiment tat-Taxxi Interni
3,169.00
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6632 u cioe' jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6633 u cioe' jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Familja — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6636, tista' il-Ministru tirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba. Irrid niċċara li l-informazzjoni li qed nipprovdi tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti:
(i) fejn l-invoice tkun diġa' waslet fid-Dipartiment/entita' konċernati;
(ii) fejn il-pagament m'huwiex qed jiġi kkontestat.
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6625, jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (BORG, TONIO)
Qed nipprovdi l-informazzjoni li tkopri sa Lulju 2004 mitluba mill-Onorevoli Membru. Irrid niċċara li l-informazzjoni li qed nipprovdi tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti:
(i) fejn l-invoice tkun diġa' waslet fil-Ministeru / Dipartiment konċernat
(ii) fejn il-pagament m'huwiex qed jiġi kkontestat.
Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6730 u cioe' jista' jgħid x'inhuma l-items ta' mediċini out of stock li hemm ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Familja — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6636, tista' il-Ministru tirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6635, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6634, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni li qed nipprovdi hawn taħt tirreferi għal dawk l-pagamenti dovuti fejn l-invoice tkun diġa waslet fil-Ministeru / Dipartiment u fejn il-pagament m' huwiex qed jiġi kkontestat.
Jien informat li l-ammont totali pendenti u dovut għal xogħolijiet u servizzi li saru jew ingħataw lill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent bid-Diviżjonijiet tiegħu kien ta' Lm 15,863.58.
Il-flus pendenti dovuti minn Wasteserv Malta Limited għal xogħlijiet u servizzi li saru / ngħataw jammontaw għal Lm 762,663.89
Minn-naħa l-oħra, l-ammont kollu pendenti, dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru / ngħataw lill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, (MEPA) kif rappurtati sat-30 ta' Ġunju 2004, kien ta’ Lm 138,651.91
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6633, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.