Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar ta' l-anzjani — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qegħdin jingħataw flus f'sussidju għal djar ta' l-anzjani tal-privat dar dar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta' flus li ħallas id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena huwa kif ġej: Care Malta Ltd. Lm195,750.22 (Jannar-Settembru 2004) Casa Serena Lm 80,535.00 (Jannar-Awissu 2004)

Kunsilli lokali — Uffiċini

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli li talbu li ssir laqgħa biex isir self ta' flus biex ikunu jistgħu jibnu uffiċini tal-kunsilli ġodda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu żewġ talbiet minn Kunsilli Lokali biex jieħdu self. Dawn huma l-Kunsill taż-Żejtun u dak ta' Ħad Dingli.

Dipartiment tas-saħħa — Servizz ta' inkontinenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal ħteġijiet marbuta ma' inkontinenza mill-1 ta' Lulju, 2004 sal-lum u minn liema lokalita' huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qiegħed jirreferi għal ħrieqi biss it-talbiet pendenti għal ħtiġijiet marbuta' ma inkontinenza hemm: Lokalita' Kwantita' Attard 1 Floriana 1 Isla 1 Għargħur 1 Qrendi 1 Sliema 1 Żurrieq 1 Dawn it-talbiet da]lu matul ix-xahar ta' Settembru u Ottubru.

SVPR — Manutenzjoni tas-swali

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fir-residenza San Vinċenz de Paule li talbu li ssirilhom maintenance tas-sala u x'kienet ir-risposta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni fis-swali ssir b'mod regolari kull fejn u meta jkun hemm bżonn u ssir skond il-kundizzjoni ta' l-istess swali. Tingħata priorita lil dawk is-swali li jkunu l-aktar fi bżonn ta' xogħol simili. Tingħata wkoll kunsiderazzjoni jekk f'xi sala partikolari jkunx hemm ippjanat xi xogħol ieħor fil-futur qrib.

Dipartiment tas-Saħħa — Persuni li mietu bil-kanċer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-kanċer mill-1 ta' Lulju, 2004 sal-lum u kemm kellhom eta'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kien hemm 123 persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul Lulju u Awwissu tas-sena 2004, f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet tagħhom hija kif ġej: Etajiet Numru ta' Mwiet 0-14 0 15-24 0 25-34 1 35-44 2 45-54 11 55-64 24 65-74 40 75-84 37 85+ 8 Total 123

Anzjani — Day centres

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma u liema huma l-kunsilli li għamlu talba għall-ftuħ ta' day centres għall-anzjani fis-sena 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Dipartiment rċieva talba mill-Kunsill tar-Rabat għall-ftuħ ta' Day Centre għall-Anzjani fis-sena 2004.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa każ ta' ħruġ ta' children's allowance lil single mother li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment konċernat dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Arretrati ta' N.S.A.

Question

Tista' il-Ministru tara li jinħarġu l-arretrati ta' N.S.A. tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment konċernat dwar il-każ tagħha.

Djar — Każ ta' housing

Question

Tista' il-Ministru tara fiex wasal il-każ ta' housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' il-Ministru tara li tittieħed azzjoni mill-aktar fis possibbli peress li ilha li saret applikazzjoni xi għaxar snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li applikaw biex jidħlu f'xi homeminn Lulju 2004 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk b' "home" l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-servizz residenzjali offrut mill-Aġenzija Sapport, ninsab infurmata li bejn Lulju u t-13 ta' Ottubru 2004 kien hemm 4 talbiet minn persuni b'dizabilita' biex jidħlu f'dawn ir-residenzi.

SVPR — Air condition

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fir-residenza San Vinċenz de Paule li dwarhom hemm talba mill-pazjenti għall-airconditioning?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mhix il-policy tad-Dipartiment li ssir sistema ta' air-conditioning fuq talba tal-pazjenti iżda d-Dipartiment jara l-prioritajiet ta' fejn hemm bżonn li jsiru sistemi bħal dawn. F'dawn l-aħħar ġimgħat tlestiet sistema ġdida ta' air-conditioning fis-sala tan-nisa 3/4 filwaqt li hemm proċess ta' għoti ta' tender biex jibda x-xogħol fuq sistema oħra ġdida fis-sala tan-nisa 9/10.

Dipartimenti tal-gvern — Transfers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers mill-ewwel ta' Lulju, 2004 sal-lum fid-dipartimenti kollha tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ transfers li saru mill-1 ta’ Lulju, 2004 sal-11 ta’ Ottubru, 2004 bejn Ministeru u ieħor u li ġew approvati mill-Management and Personnel Office huwa 23. Kien hemm ukoll sitt impjegati li kienu f’Segretarjat Privat ta’ Ministru u li ġew trasferiti mill-Management and Personnel Office biex jagħmlu xogħol f’dipartiment ta’ l-istess Ministeru. Barra minn hekk, kien hemm transfer wieħed li ġie approvat bejn dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Transfers bejn dipartimenti ta’ l-istess Ministeru, jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti rispettiv. Għall-informazzjoni dwar dawn it-transfers l-Onorevoli Interpellant huwa mistieden jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati.

Ministeru tas-Saħħa — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6632 u 7476 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ħal Tarxien — Triq l-Iskola - Emblema tal-Ġebel

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir restawr ta' Fuq l-Emblema tal-Ġebel ta' żmien l-1800 li tinsab fi Triq l-Iskola Ħal Tarxien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li t-Taqsima tar-Restawr ser tinvestiga l-Emblema msemmija bil-għan li jiġi determinat ix-xogħol ta' restawr neċessarju.

Ħal Ferh Complex — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi laqgħat dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Ħal Ferh Complex f'Għajn Tuffieħa? Jekk iva, ma min saru l-laqgħat u x'inhu l-futur tal-ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. kollega jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat responsabbli għall-investiment.