Jista' il-Ministru jara li anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tidħol fl-SVPR peress li tinsab fi stat li ma tistax tkompli tgħix waħedha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isem tal-pazjenta ġie nnotat u l-każ tagħha sejjer jitressaq quddiem l-Admissions Board.
Tista' il-Ministru tara li jinħareġ iċ-ċekk ta' single mother - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li twaqqaf peress li kien hemm żball mid-dipartiment meta din il-persuna m'għandha l-ebda dħul finanzjarju? Tista' il-Ministru tara li dan il-każ jiġi rimedjat mill-aktar fis possibbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tara li appartament - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li għandu bżonn żebgħa u rranġar ta' turġien u manutenzjoni tal-bieb ta' barra għax jinsab bi ħġieġ imkisser?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għall-azzjoni meħtieġa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8053 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali u cioe' peress li ġejt informat li l-plot huwa tal-privat, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-kunsill lokali jieħu passi sabiex is-sid ta' dan il-plot ma jħallihx fl-istat li hu?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' il-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li isem il-persuna msemmija fil-Mistoqsija jinsab imniżżel fil-lista ma' l-applikanti l-oħra li kienu applikaw u ġew magħżula wara intervista għall-post ta' Part-Time Social Assistant.
Id-Dipartiment jibgħat għal din il-persuna biex tibda taħdem bħala Part-Time Social Assistant fil-komunita' meta jkun hemm bżonn u skond l-order of merit.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8264 u cioe' jgħid meta se jsir it-tarmac fi Triq il-Kurunell Mass u Triq 25 ta' Marzu ġewwa Ħal Tarxien peress li jinsabu fi stat diżastruż?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8165 u cioe' jirrispondi mistoqsija parlamentari 7727 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarux xi laqgħat dwar il-futur tal-ħaddiema ta' Ħal Ferħ Complex f'Għajn Tuffieħa? Jekk iva, ma' min saru l-laqgħat u x'inhu l-futur tal-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 8463.
Jista' il-Ministru jara li żewġ anzjani - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - li jinsabu fi stat li ma jistgħux ikomplu jgħixu waħedhom id-dar minħabba l-mard, jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paule?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni ta' l-imsemmija koppja waslet fit-2 ta' Lulju 2004. L-applikazzjoni qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir it-tarmac fi Triq il-Kurunell Mass u Triq 25 ta' Marzu ġewwa Ħal Tarxien peress li jinsabu fi stat diżastruż?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Naqbel ma' l-Onorevoli Interpellant li Triq il-Kurunell Mass u Triq 25 ta' Marzu ġewwa Ħal Tarxien huma fi stat diżastruż u għalhekk il-Ministru ħa ħsieb sabiex jinbeda l-proċess sabiex isiru x-xogħolijiet meħtieġa f'dawn it-toroq. Minħabba illi is-sejħa għall-offerti għadha mhux pubblikata, mhuwiex possibli tingħata data għax-xogħolijiet li jinkludu ħafna aktar mit-tarmac imsemmi fil-mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' transfers li ngħataw fil-Ministeru tiegħi u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sallum kienu b'kollox erbgħa u għoxrin (24), maqsumin hekk: sbatax (17) fid-Diviżjoni tas-Saħħa, li minnhom erbatax (14) intalbu mill-impjegati nfushom u l-bqija (3) saru skond l-esiġenza tas-servizz, kif ukoll sebgħa (7) fid-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita', li minnhom sitta (6) ingħataw fuq talba tagħhom stess, filwaqt li transfer l-ieħor (1) ingħata minħabba promozzjoni fil-grad.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Lulju 2004 sa llum ingħataw sitt (6) transfers mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u mid-Dipartimenti li jaqgħu taħtu għal Ministeri u Dipartimenti oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Mill-1 ta' Lulju sal-lum, ingħataw (6) transfers fil-Minsteru għall-Iżvilupp Urban u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu skond kif jidrhu hawn taħt.
Isem u Kunjom
Minn
Għal
Grad
Crocifisso Grima
Ministry for Urban Development & Roads
Education Department
Assistant Principal
Joan Gabriele
Ministry for Urban Development & Roads
Health Division
Senior Clerk
Gordon Meli
Network Infrastructure Directorate
Ministry for Urban Development & Roads
Quantity Surveyor
Joseph Busuttil
Agriculture Department
Network Infrastructure Directorate
Quantity Surveyor
Joseph Micallef
Agriculture Department
Network Infrastructure Directorate
Quantity Surveyor
Denis Schembri
Agriculture Department
Network Infrastructure Directorate
Quantity Surveyor
Felix Farrugia
Works Division
Public Transport Directorate
Vehicle Evaluator
Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tagħha u d-dipartimenti li jaqgħu taħtha mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant kien hemm tlett impjegati li ġew re-allokati xogħol barra mill-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu. Fl-istess perijodu kien hemm żewġ impjegati oħra li ġew re-allokati xogħol minn Dipartiment għal ieħor taħt l-istess Ministeru.