Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzji tas-sewqan

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' nies li kellhom liċenzja biex isuqu vettura fl-1994 u kemm kien fl-2004? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel f'kull każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-numru ta' rġiel u nisa li kellhom liċenzja biex isuqu vettura fl-1994 u fl-2004 huma :- TOTAL RĠIEL NISA 1994 176,578 133,181 43,397 2004 212,422 132,100 80,322

Single parent families — Għajnuna soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hawn single parent families reġistrati fl-1994 u kemm fl-2004? X'kienet is-somma totali ta' għajnuna li ngħatat lil dawn il-każijiet f'kull sena u x'forma ta' għajnuna ħadu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Single parent families — Djar tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm djar tal-gvern ingħataw lil single parent families kull sena mill-1994 sa l-aħħar ta' Diċembru 2004? Kemm hu kkalkolat li tlaħħaq l-ispiża totali ta' dawn il-flats?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel ta' l-Istat/tal-Knisja — Facilitators

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm facilitators fl-iskejjel tal-gvern u tal-Knisja tul is-snin 1994 sa Diċembru 2004? Kemm kienet l-ispiża totali ta' dawn il-facilitators kull sena? Kemm hemm tfal fl-iskejjel governattivi u tal-Knisja li għandhom facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Mediċini — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jelenka x'inhuma s-sistemi preżenti biex jiġu mpurtati l-mediċini fil-pajjiż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li prodotti mediċinali jistgħu jiġu mpurtati wara li jkollhom awtoriżżazjoni fuq is-suq Malti. Is-sistemi preżenti għall-awtoriżżazjoni huma s-sistema ċentraliżżata ta' l-Unjoni Ewropeja, is-sistema ta' Mutual Recognition, is-sistema nazzjonali u s-sistema parallela. Jekk prodott ma jkollux awtoriżżazjoni jista' jiġi approvat biex jinxtara għal pazjent individwali. F'ċirkostanzi ta' salvagward tas-saħħa pubblika, is-Supretendent tas-saħħa pubblika huwa awtoriżżat mill-liġi li jagħti permess biex mediċini jintużaw mingħajr ma jkollhom l-ebda awtoriżżazjoni.

Mediċini — Importaturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tinbidel il-liġi li tirregola l-profit margin ta' l-importaturi tal-mediċini biex tiġi nkoraġġita l-kompetizzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Servizzi Soċjali — Kartuna r-Roża

Question

Jista' il-Ministru jara għaliex l-anzjana - isimha qed jintbagħat separatament - inqatgħalha l-benefiċċju tal-kartuna r-roża?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-Dipartiment konċernat.

Skola Primarja ta' Santa Luċija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm il-ħsieb li l-iskola primarja ta' Santa Luċija tingħalaq u tiġi trasferita għall-iskola primarja li tinsab in-naħa l-oħra ta' fuq ta' Ħal Tarxien?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultali l-ebda ħsieb li tingħalaq il-Kindergarten Centre li hemm f'Santa Lucija. Ta min jgħid li din mhix skola Primarja iżda Annex tal-Kindergarten ta' l-iskola Primarja ta' Ħal Tarxien.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li jiġi nvestigat jekk il-persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - hix qed tirċievi l-ammont korrett ta' benefiċċju ta' reġistrar li fil-preżent huwa ta' Lm40.38c fil-ġimgħa? Jista' dan l-individwu jiġi nformat bil-miktub jekk hux jirċievi l-ammont korrett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-Dipartiment konċernat.

MEPA — Permess għal ftuħ ta' bieb

Question

Jista' il-Ministru jara li jinħareġ il-permess ta' persuna b'diżabilita' li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li mhemmx applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq dan is-sit.

Każ dwar kont

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 9470 u 9538 u cioe' jista' il-Ministru jara li jiġi nvestigat kont ta' familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qabel kien ikun Lm80 u issa tela' għal Lm379?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9815.

Sptar Mater Dei — Tender - Kċina

Question

Jista' il-Ministru jgħid min ħa t-tender biex tiġi stallata l-kċina u l-equipment ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sa issa l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ma ħarġet l-ebda tender biex tiġi stallata l-kċina u l-equipment ta' l-isptar il-ġdid f' Tal-Qroqq.

Enemalta — Kont tad-Dawl

Question

Jista’ il-Ministru jara li jiġi nvestigat il-każ ta’ kont tad-dawl għoli ta’ familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-arloġġ tad-dawl tal-kont imsemmi ġie mibdul u ttestjat fit-12 ta' Mejju 2004. Mit-test instab li l-arloġġ kien qed jaħdem bil-mod. Għalhekk wara li ġew ikkunsidrati l-qari fuq l-arloġġ il-ġdid, l-Enemalta ddeċidew li l-kontijiet tad-dawl minn Jannar 2001 sa Mejju 2004, jiġu riveduti bir-rata ta' 19 units kuljum, bażat fuq il-konsum ta' l-arloġġ il-ġdid. Wara din ir-reviżjoni l-kont ġie miżjud b'Lm226.91. Għalhekk il-bilanċ tela' għall-Lm379.50 (Lm226.91 + Lm152.59 kont li jkopri mit-12 ta' Mejju 2003 sat 28 t'Awwissu 2003). Il-konsumatur ġie nfurmat b'din ir-reviżjoni fis-16 t'Ottubru 2004. Ma dan kollu l-konsumatur jista' jiddiskuti din ir-reviżjoni direttament ma' uffiċċjal ta' l-Enemalta ħalli flimkien jaslu għal ftehim aħjar dwar konsum iżjed realistiku.

ADT — Reserved Parking Space

Question

Jista’ il-Ministru jara li jiġi awtorizzat reserved parking space għal koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-applikazzjoni tal-koppja anzjana kellha xi dokumenti nieqsa u għalhekk id-Direttorat tal-Immaniġġjar tat-Traffiku talab li tali dokumenti jkunu sottomessi sabiex il-proċessar ta' l-applikazzjoni jkun jista' jitkompla. Tali dokumenti twasslu l-Awtorita' Dwar it-Trasport fil-ħmistax ta' Diċembru, 2004. Dawn id-dokumenti jiġu mgħoddija lill-Bord dwar ir-Reserved Parking għal Persuna b'Diżabilita' sabiex tkun analiżżata tali applikazzjoni. Id-deċiżjoni dwar jekk l-applikant huwiex eliġubbli għal "Reserved Parking" tittieħed minn dan il-Bord

ADT — Reserved Parking Space

Question

Jista’ il-Ministru jara li jiġi awtorizzat ir-reserved parking space għal persuna b’diżabilita’ li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttorat tal-Immaniġġar tat-Traffiku għadda l-applikazzjoni tal-persuna b'diżabilita' lit-Tabiba ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport sabiex jiġi mħejji r-rapport mediku li jservi ta' bażi għal-Bord dwar ir-Reserved Parking għal Persuna b'Diżabilita' sabiex tkun analiżżata tali appliakzzjoni. Id-deċiżjoni dwar jekk l-applikazzjoni huwiex eliġibbli għal Reserved Parking ttieħed minn dan il-Bord.

Awtorita' tad-Djar — Sussidju

Question

Tista’ il-Ministru tara li jiġi nvestigat il-każ ta’ koppja anzjana – id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament – minħabba li tnaqqsilha s-sussidju mill-housing authority minn Lm70 għal Lm50? .

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-każ tal-koppja ndikata mill-Onor. Interpellant ġie nvestigat u rriżulta li s-sussidju preżenti fuq il-kera ta' Lm50 fis-sena hu korrett.

Sigurta' Soċjali — Cheque ta' sick leave

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex cheque tas-sick leave tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadu ma nħariġx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Għajnuna Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li tinħareġ xi tip ta' għajnuna soċjali lill-familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ma għandha l-ebda dħul u tinsab bi problemi kbar finanzjarji u ta' faqar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali dwar il-każ tagħha.