Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali ta' l-Universita' għax-xiri ta' kotba/periodicals matul is-sena 2004?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ispiża totali ta' l-Universita' ta' Malta għax-xiri ta' kotba/periodicals matul is-sena 2004 kienet ta' Lm542,578 li kienu maqsuma hekk :-
Spiża Totali f'Lm
Prodott Universita' Junior Programmi ta' Żvilupp ta'
ta' Malta College Riċerka Riżorsi Personali
Kotba 62758 6021 52055 133848
Periodicals' 260606 1103 10753 15434
Informat ukoll li Lm60,114 intefqu f'kotba u Lm252,306 intefqu f'periodicals għall-Librerija.
Tista' il-Ministru tara x'sar mill-każ dwar benefiċċju tal-mard ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn riċerka li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma rriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi talba pendenti għall-benefiċċju tal-mard.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ex membri parlamentari qegħdin attwalment jieħdu l-pensjoni tas-servizz li taw bħala prim ministri, ministri, segretarji parlamentari u membri tal-Parlament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li jitmexxa 'il quddiem każ ta' anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tgħix waħedha u hemm bżonn urġenti li tidħol fl-SVPR?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riferenza tal-applikazzjoni u l-isem li ingħataw bħala dettalji fil-mistoqsija ma jaqblux. Ir-riferenza hi ta' persuna oħra.
Tista' il-Ministru tara li jiġi stallat il-lift fil-flat tal-gvern fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tender għall-istallazzjoni ta' lifts fil-blokki ġodda fi Triq Dun Karm Sant, Tarxien, ingħatat, il-lifts ġew ordnati u l-makkinarju kollu wasal Malta aktar kmieni dax-xahar.
Ninsab infurmata wkoll li x-xogħol għall-istallar ta' dawn il-lifts mistenni jinbeda fil-bidu ta' Frar.
Ministeru tas-Saħħa — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati fil-ministeru siefru fuq xogħol matul is-sena 2004? F'liema pajjiżi marru? Kemm minnhom siefru economy class u kemm business class/club class? Kemm kienu l-allowances li ħadu? Kemm minnhom siefru darba, darbtejn, tliet darbiet, erba' darbiet, ħames darbiet, sitt darbiet u aktar? Kemm kienet l-ispiża totali għad-dipartiment? Kemm total ta' ġranet damu msiefra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministri/segretarji parlamentari — Safar fuq xogħol
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefru fuq xogħol ministri u segretarji parlamentari matul is-sena 2004? Kemm minnhom siefru economy class u kemm minnhom business class/club class? X'kienet l-ispiża ta' l-entourage li ħadu magħhom? Kemm ġranet għamlu msiefrin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-safar tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat f’ċertu dettal mill-Kodiċi ta’ Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti ħarsa lejn din il-Kodiċi.
F’dan il-kuntest ma nħoss li hemm ebda ġustifikazzjoni li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Membru. Però, jekk l-Onorevoli Membru għandu xi mistoqsija dwar xi safra partikolari, huwa fil-liberta li jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9991 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tinbidel il-liġi li tirregola l-profit margin ta' l-importaturi tal-mediċini biex tiġi nkoraġġita l-kompetizzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa għadu m'hemmx il-ħsieb li l-profit margins fuq il-mediċina jitneħħew jew jinbidlu. Madankollu l-Uffiċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qed iħares lejn dan is-settur biex jara kif tista' tiġi nkoraġita l-kompetizzjoni speċjalment f'dawk il-mediċini li jinbiegħu mingħajr riċetta ta-tabib.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9989 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Minsitru jispjega x'mekkaniżmi se jintużaw biex il-prezzijiet tal-mediċini ma jogħlewx peress li diġa' jidher li se jkun hawn inqas mediċini fis-suq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta ser jibqa jsegwi l-prezzijiet tal-mediċina u fejn jinħass il-bżonn issir l-investigazzjoni biex jara li l-prezz ikun ġustifikat.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Statementing board
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta ġie ffurmat u beda jiffunzjona l-istatementing board? Kemm tfal ġew statemented kull sena sa Diċembru 2004?
Kemm sewa lid-dipartiment l-istatementing board kull sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Istatementing Board beda jaħdem fl-1998. Informat ukoll li minn meta ġie ffurmat u beda jiffunzjona , in-numru ta' tfal li ġew 'statemented' hu kif indikat hwan taħt :-
Sena Numru ta' tfal 'statemented'
1998 58
1999 127
2000 153
2001 113
2002 215
2003 343
2004 302
Rigward it-tielet parti tal-Mistoqsija l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm hu n-numru totali ta' nurses impjegati fid-dipartiment tas-saħħa? Kemm minn dawn huma ta' nazzjonalita' barranija u ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru totali ta' Nurses impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa huwa 1393. Barra minn hekk hemm 93 li huma mpjegati bħala Casual Nurses, kif ukoll 78 li huma mpjegati bħala Part-Timers.
In-numru ta' Nurses li huma ta' nazzjonilita barranija huwa 42. Dawn ġejjin mill-pajjiżi kif ġej:
Maċedonja
1
Polonja
4
Serbia Montenegro
5
Albanija
3
Filippini
5
Repubblika Slovakka
1
Ġermanja
2
Indja
2
Bosnia
2
Russja
1
Pakistan
1
Bulgarija
2
Ingilterra
4
Niġerja
8
Finlandja
1
Total
42
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jagħti lill-kuntratturi għax-xogħol ta' bini, manutenzjoni, xiri ta' mediċini, makni u instrumenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jiġbor ta' l-użu ta' l-elettriku u ilma minn: 1) intrapriżi privati; 2) Dockyard u Malta Shipbuilding; 3) dipartimenti tal-gvern; 4) dipartimenti parastatali u l-awtoritajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Il-gvern huwa konxju mill-fatt li speċjalisti Taljani qed jipprovaw jintroduċu miżuri fil-kura ta' l-infertilita' li ġew iddikjarati lleċiti fl-Italja riċentement?
Fl-assenza ta' regolamenti li jirregolaw dawn it-tip ta' każi u interventi, x'miżuri qed jieħu d-dipartiment biex trattamenti ta' natura kontroversjali u mhux stabbiliti li ġew imwaqqfa fl-Italja ma jsirux hawn Malta/
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-diskussjonijiet li għaddejjin fil-preżent f'wieħed mill-Kumitati tal-Kamra u nħeġġu jattendi u jipparteċipa f'dan l-istadju bikri.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema ta' l-Universita', inklużi heads of department, professuri, lecturers, etc. siefru fuq xogħol matul is-sena 2004?
Kemm minnhom siefru economy class, kemm club/business class?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma nifhimx l-utilita' tat-tagħrif li jirrikjedi ċertu ħin biex jinġabar u għaldaqstant nitlob l-Onor. Membru jkun speċifiku jekk hemm xi kontroll li jaħseb li għandu jsir.