Jista' il-Ministru jgħid għaliex se jinqata' is-servizz tad-dawl fil-flat - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - meta fl-istess flat hemm persuna b'diżabilita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jissuplixxi l-account number tal-persuna konċernata ħalli l-Enemalta tkun tista' tagħmel iżjed riċerki dwar il-każ peress illi mit-tagħrif mogħti ma setgħetx tindividwa l-post preċiż.
Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar xi survey jew studju minn xi esperti Griegi dwar gassijiet tossiċi li jista' ikun hemm fejn il-Magħtab? Jekk iva, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dan ir-rapport?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li la l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u l-anqas il-kumpanija WasteServ Malta Limited qatt ma kkummmisjonaw xi survey jew studju lil xi esperti Griegi dwar gassijiet tossiċi li jista' ikun hemm fejn il-Magħtab.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10068 u cioe' jgħid kemm ex membri parlamentari qegħdin attwalment jieħdu l-pensjoni tas-servizz li taw bħala prim ministri, ministri, segretarji parlamentari u membri tal-Parlament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10068.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' xiri ta' proprjeta' ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proprjeta' li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant fil-fatt mhix mikrija għal skop residenzjali u għalhekk ma tistax tinbiegħ taħt xi skema stabbilita'.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10185 u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta tad-Domanda numru 10185.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10033 u cioe' jgħid kemm impjegati tal-gvern siefru fuq xogħol matul is-sena 2004? F'liema pajjiż marru? Kemm minnhom ivvjaġġaw economy class u kemm minnhom business class/club class? Kemm siefru aktar minn darba, darbtejn, tliet darbiet, erba' darbiet u aktar? Kemm ħadu allowances? Kemm kienet l-ispiża totali għall-Gvern Malti? Kemm total ta' ġranet damu msiefra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10032 u cioe' jgħid kemm impjegati fil-ministeru siefru fuq xogħol matul is-sena 2004? F'liema pajjiżi marru? Kemm minnhom siefru economy class u kemm business class/club class? Kemm kienu l-allowances li ħadu? Kemm minnhom siefru darba, darbtejn, tliet darbiet, erba' darbiet, ħames darbiet, sitt darbiet u aktar? Kemm kienet l-ispiża totali għad-dipartiment? Kemm total ta' ġranet damu msiefra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji relatati ma' safar fuq xogħol minn impjegati fil-Ministeru tiegħi matul is-sena 2004.
Jista' il-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-anzjan - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li la ħa s-somma mingħand il-gvern u lanqas il-pensjoni tat-Teżor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi skond ir-records tat-Taqsima Pensjonijiet tat-Teżor, il-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, m’hijiex pensjonant tat-Teżor.
Biex persuna tkun pensjonant tat-Teżor trid tkun eliġibbli taħt il-provvedimenti ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93). Tnejn minn dawn il-provvedimenti jistabbilixxu li persuna mpjegata tal-Gvern;
· Trid tkun ġiet appuntata mal-Gvern qabel il-15 ta’ Jannar 1979, u
· Ikollha minimu ta’ servizz ta’ għaxar (10) snin fil-każ ta’ non-industrial u ħmistax (15) –il sena għal min hu fi grad industrijali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10020, ladarba skond ir-risposta li ta l-Ministru ma jagħrafx l-importanza tad-domanda, li l-għan tagħha kien li wieħed jara kif qed jintnefqu flus il-poplu u jekk humiex jintnefqu fl-aħjar mod, jista' jagħti l-figuri globali tal-flus li ntnefqu f'safar mill-universita' fis-snin 2002, 2003 u 2004?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Sussidju fuq Kera
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-kera għal postijiet li jalloka d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lil single families hijiex kera sussidjarja? Jekk fl-affermattiv, kemm kien it-total ta' sussidju li ta d-dipartiment tul is-snin 1994-2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kirjiet ta' postijiet mikrija mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali huma regolati mill-Avviżi Legali 202 tal-1987 u 523 tal-1998. Il-kera tinħadem fuq id-dħul tal-kerrej matul is-sena ta' qabel. Id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar dan għaliex is-sussidju jinħadem għad-Dipartiment tal-artijiet u l-kera titħallas id-Dipartiment ta' l-Artijiet stess.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10030 u cioe' jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jiġbor ta' l-użu ta' l-elettriku u ilma minn: 1) intrapriżi privati; 2) Dockyard u Malta Shipbuilding; 3) dipartimenti tal-gvern; 4) dipartimenti parastatali u l-awtoritajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10029 u cioe' jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jagħti lill-kuntratturi għax-xogħol ta' bini, manutenzjoni, xiri ta' mediċini, makni u instrumenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10027 u cioe' jgħid kemm hemm awtoritajiet tal-gvern? Liema huma? Kemm swiet lill-gvern kull awtorita' fl-2003 u fl-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Statementing Board
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb it-tielet parti ta' mistoqsija parlamentari 10026 u cioe' kemm sewa lid-dipartiment dan il-board kull sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħlas kollu li l-Membri tal-'Istatementing Board' irċevew matul is-snin huwa dan li ġej :-
Sena Ammont
Totali
2001 Lm1,526.34
2002 Lm5,702.24
2003 Lm6,217.10
2004 Lm 842.10
Għas-snin mill-1998 sal-2001, il-Membri tal-istess Bord ma rċevew l-ebda ħlas.
Jista' il-Ministru jara li jsir main tad-drenaġġ kif rikjest minn koppja żagħżugħa li minħabba dan in-nuqqas ta' servizz ma jistgħux imorru joqogħdu fir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li biex jingħata dan is-servizz irid jgħaddi mejn tad-drenaġġ minn għelieqi li huma proprjeta' privata. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma diġa għamlet talba lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex isir servitu' (easement) biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir. Din it-talba għadha pendenti.
Qabel ma' l-KSI jkollha d-dritt tgħaddi minn din il-proprjeta' privata, ix-xogħol li hemm bżonn isir ma jistax isir.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 10023 u cioe' tista' tgħid kemm kien hawn single parent families reġistrati fl-1994 u kemm fl-2004? X'kienet is-somma totali ta' għajnuna li ngħatat lil dawn il-każijiet f'kull sena u x'forma ta' għajnuna ħadu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Single Parents reġistrati mad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali bħala applikanti għad-diversi benefiċċji mħallsa mid-Dipartiment.
Jekk dan hu l-każ, ninsab infurmata li fl-1994 id-Dipartiment ma kienx iżomm statistika dwar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, minnbarra għal dak li jirrigwarda n-numru ta' l-applikazzjonijiet għall-Allowance tat-Tfal minn single parents, li matul dik is-sena kien ta' 2190.
Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta' single parent families li kienu qed jirċievu d-diversi benefiċċji, pensjonijiet u allowances taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali fl-2004 kien ta' 3815 u l-ammont imħallas kien ta' Lm973,994.155.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10025 u cioe' jgħid kemm kien hemm facilitators fl-iskejjel tal-gvern u tal-Knisja tul is-snin 1994 sa Diċembru 2004? Kemm kienet l-ispiża totali ta' dawn il-facilitators kull sena? Kemm hemm tfal fl-iskejjel governattivi u tal-knisja li għandhom facilitator?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :-
Fi Skejjel tal-Gvern Fi Skejjel tal-Knisja
Numru ta' Personnel fuq
xogħol ta' Facilitator 809 300
Numru ta' Tfal li qed
jingħataw dan is-servizz 1044 389
Spiża Totali (Gross)
2000 Lm145,621.528
2001 Lm164,419.526
2002 Lm170,613.637
2003 Lm997,487.847
2004 Lm1,539,638.852
Informazzjoni dwar l-ispejjeż totali fi Skejjel tal-Knisja għadu qed jinġabar u jingħata f'xi Seduta oħra.