Jista' il-Ministru jara għaliex iż-żewġ pensjonanti li joqogħdu fl-indirizz indikat separatament irċevew kont tad-dawl li jammonta għal Lm207, fejn qabel il-kontijiet tad-dawl ma kenux jaqbżu l-Lm25?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tara fiex waslet it-talba sabiex jiġu stallati l-lifts fil-flats indikati separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istallazzjoni ta' lifts mill-Awtorita' tad-Djar, fi blokki eżistenti tal-Gvern, taħt Skema V hi suġġetta għall-kundizzjoni li xi ħadd mill-inkwilini jew sidien ikun ibgħati jew tbgħati minn diżabilita' ta' mobilita'.
Ninsab infurmata li skond rapport ta' l-occupational therapist imqabbad mill-Awtorita', ma rriżultax li fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant kien hemm persuni li jsofru minn tali diżabilita' u għalhekk il-Panel tad-Diżabilita' ta' l-Awtorita' ma rrakkomandax li jiġi stallat lift fil-blokk. L-applikanti ġew infurmati b'dan fit-3 ta' Diċembru 2003.
Tista' il-Ministru tispjega għaliex l-anzjan - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ma rċeviex arretrati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ħadet flus nieqsa skond id-dettalji annessi mibgħuta separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tara li ssir serratura mal-bieb ta' barra tal-komun ta' flat - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - peress li ma hemm l-ebda sigurta' u f'dan il-flatjoqogħdu ħafna anzjani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpallant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10725 u cioe' jgħid liema pilloli kienu out of stock f'dawn l-aħħar xahrejn fl-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm żieda sostanzjali fil-konsum fuq numru ta' mediċini aktar minn normal. Grazzi għax-xogħol li jsir mit-taqsima tax-xiri u l-kuntratti, kif ukoll mill-istores tal-mediċina tad-Dipartiment tas-Saħħa, is-sitwazzjoni ta' nuqqas artifiċjali fuq dawn il-mediċini ġiet irrimedjata f'qasir żmien bil-wasliet konsistenti ta' ħażniet ġodda li twasslu permezz ta' kuntratti rispettivi.
Huwa ttamat li l-Onorevoli Interpellant jaqbel li jkun biss telf ta' żmien prezzjuz li wieħed jikkomplika lista artifiċjali. Mill-banda l-oħra s-sitwazzjoni reali hija kif ġej:
Pilloli
Raġuni
Atenolol 25mg tabs
Agent late in delivery-delivered 15/02/05
Trifluoperazine 2mg tabs
Overseas manufacturing problems
Trifluoperazine 10 mg tabs
Expected delivery next week
Trifluoperazine 15mg tabs
Trifluperazine 1mg and 5mg in stock
Haloperidol 0.5mg tabs
Received-being distributed
Benztropine 2mg tabs
Manufacturing problems-expected delivery in the coming weeks
Chloramphenicol 250 mg caps
Agent late in delivery due to raw material problem-delivery expected later on this month
Mesalazine 400mg tabs
Agent late in delivery-at Customs
Mianserin 10mg tabs
Regulatory problems in adjudicating tender
Jista' il-Ministru jara fiex wasal il-file dwar drenaġġ li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament u li jinsab il-legal office tal-Water services corporation? Jista' jara jekk hux se jiġi approvat u meta, peress li l-familja li applikat ma tistax tidħol f'din ir-residenza mingħajr dan is-servizz u tinsab fl-aħħar ġranet li jagħlaq il-kuntratt ta' fejn toqgħod?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Sigurta' Soċjali — Pilloli permezz tal-kartuna s-safra
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi policy li l-gvern ma japprovax pilloli ġodda fuq il-kartuna safra skeda V jew roża li qabel qatt ma kien iġibhom il-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
President/Ministri/Segretarji Parlamentari — Safar
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali fis-safar li sar minn ministri, segretarji parlamentari u l-entourage li ħadu magħhom matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Kemm kienet l-ispiża totali fis-safar li sar mill-President tar-Repubblika u l-entourage li ħa miegħu fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġà tajt lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Numru 10034.
Sigurta' Soċjali — Anzjana li nbidlitilha l-helper
Question
Tista' il-Ministru tara l-problema li hemm ta' anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tbidlitilha l-helper biex forsi terġa' tieħu l-istess helper li kellha peress li kienu draw lil xulxin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tara li mara armla - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatment - li qed tistenna sussidju mill-awtorita' tad-djar tingħata risposta minħabba l-bżonn urġenti ta' dan is-sussidju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni pendenti minn xi persuna li toqgħod fl-indirizz indikat mill-Onor. Interpellant. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili, anki b'mod kunfidenzjali, aktar dettalji tal-persuna konċernata biex inkun nista' ninvestiga aktar.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jagħti lill-kuntratturi għax-xogħol ta' bini, manutenzjoni, xiri ta' mediċini, makni u instrumenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartimenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandhom jagħtu total ta’ Lm213,523, kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
Lm
Uffiċċju tal-Prim Ministru
2,428
Forzi Armati ta’ Malta
26,617
Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
567
Stamperija tal-Gvern
160,017
Awtorità tax-Xandir
26,322
Nagħmel kjarifika dwar l-ammont ta’ Lm160,017 li jrid jitħallas mill-iStamperija tal-Gvern. Dan l-ammont huwa parti minn investiment f’xiri ta’ magna għall-istess stamperija liema nvestiment ġie mixtri bi ftehim, mas-supplier li l-ħlas isir fuq perjodu ta’ tlett snin bl-aħħar pagament jiġi affettwat f’Marzu 2006.
Għar-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi r-risposta hija fin-negattiv.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10029 u cioe' jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jagħti lill-kuntratturi għax-xogħol ta' bini, manutenzjoni, xiri ta' mediċini, makni u instrumenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10029 u cioe' jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern għandu jagħti lill-kuntratturi għax-xogħol ta' bini, manutenzjoni, xiri ta' mediċini, makni u instrumenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10029.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet tal-gvern? Liema huma? Kemm swiet lill-gvern kull awtorita' fl-2003 u fl-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-entijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jidhru fir-Rapport Finanzjarju tat-Teżor u fl-Estimi Finanzjarji mill-Ministeru tal-Finanzi taħt il-Kategorija “Kontribuzzjonijiet lill-Entijiet Pubbliċi” fil-Voti Rikorrenti tad-diversi Ministeri.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10027 u cioe' jgħid kemm hemm awtoritajiet tal-gvern? Liema huma? Kemm swiet lill-gvern kull awtorita' fl-2003 u fl-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10027.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ex membri parlamentari qegħdin attwalment jieħdu l-pensjoni tas-servizz li taw bħala prim ministri, ministri, segretarji parlamentari u membri tal-Parlament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-31 ta’ Diċembru 2004 kien hemm dawn l-ex membri parlamentari li kienu qed jirċievu Pensjoni taħt il-Members of Parliament Pensions Act (Kap. 280) skond il-kariga/i li kellhom:
Prim Ministri 2
Parti mis-servizz bħala
Prim Ministru u
Kap ta’ l-Oppożizzjoni 1
Ministri 14
Segretarju Parlamentari 1
Parti mis-servizz bħala Speaker,
Ministru u Membru 10
Membri tal-Parlament 19
Barra hekk hemm ukoll żewġ (2) ex-ministri u ex-segretarju parlamentari (1) li fil-preżent għadhom iservu bħala membri tal-parlament u qed jirċievu l-pensjoni taħt l-Att imsemmi.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata tarmak il-parti l-ġdida ta' Triq ix-Xewk, Paola?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-tender għall-bini tat-triq imsemmija ġiet ppublikata fil-gazzetta tal-gvern tas-27 ta’ Lulju 2004. Madakollu, ma ntefgħet l-ebda offerta għal dan ix-xogħol. Hu ppjanat li dan it-tender jerga’ jinħareġ aktar il quddiem.