Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Sussidju fuq l-enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għadda flus il-gvern bħala sussidju fuq l-enerġija elettrika sena b'sena mill-1993 sas-sena preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li mis-sena 1993 sas-sena preżenti, l-Gvern qatt ma għadda flus lill-Enemalta bħala sussidju fuq l-Enerġija elettrika. Madankollu, l-Korporazzjoni Enemalta assorbiet Lm115 miljun f'telf ta' l-elettriku fuq l-istess perjodu.

WSC — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Billi jidher li hemm il-ħsieb li t-tariffi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma jkunu relatati mad-daqs tal-household, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm households: a) b'membru wieħed; b) bi tnejn; c) bi tlieta; d) b'erbgħa; e) b'ħamsa; f) b'sitta; g) b'sebgħa; h) bi tmienja; u i) b'iżjed minn tmienja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Sistema elettrika

Question

Jista' il-Ministru jespandi b'mod iżjed konkret dak li qal dan l-aħħar kif rappurtat fil-Media li għandu ħsieb u tama li s-sistema elettrika f'pajjiżna xi darba tingħaqad mal-grid Ewropew?

Response (GATT, AUSTIN)

Fl' 1995 kien sar studju fuq il-possibilita ta' konessjoni elettrika bejn is-sistemi ta' l-elettriku ta' Malta u tal-Italja u jirrizulta li teknikament dan huwa possibli. Jekk fil-futur jirriżulta wkoll li l-elettriku jista' jinxtara minn għand xi ħadd fl-Ewropa bi prezz li jikkonveni meta wieħed jieħu ukoll in konsiderazzjoni l-ispiża tal-konnessjoni, allura il-proġett ikun jista' jitwettaq, naturalment wara' li jittieħdu in konsiderazzjoni l-aspetti kollha tal-proġett.

Enemalta — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-ibliet u l-irħula relattivi li sofrew minn qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku matul ix-xahar ta' Ottubru? Liema kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari? Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Impjanti tar-reverse osmosis — Enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tiġi wżata enerġija elettrika mill-impjanti tar-reverse osmosis fuq bażi annwali? Xi proporzjon jittieħed mit-total ta' l-enerġija li qegħda tiġi ġenerata mill-power stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Inerpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Produzzjoni ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif u minn liema sorsi ġejja l-produzzjoni ta' l-ilma bħalissa? Kemm hu l-proporzjon ta' l-ilma li qiegħda tiġi minn sorsi tar-reverse osmosis? Kemm minn din ġejja mit-tlett impjanti rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta kienet l-ogħla domanda għall-enerġija elettrika (maximum peak demand)? Jista' jgħid kemm kienet id-domanda f'din l-okkażjoni? Jista' jgħid f'liema ħin kienet din id-domanda? Kemm kienet is-surplus capacity dakinhar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Użu ta' l-enerġija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għandux xi forma ta' politika dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna? Jista' jagħti rendikont tal-politika tal-gvern dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Solar water heaters

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-każi fejn households għamlu użu mill-offerta fil-budget tal-gvern preċedenti dwar użu ta' solar water heaters?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti tagħrif dwar liema offerta qed jirreferi ħalli nkun nista' ntih l-informazzjoni mitluba. Jekk pero' l-Onor. Interpellant qed jirreferi għar-refund li jingħata fuq il-ħlas ta' l-istallazzjoni tal-meter tad-dawl wara li daħħlu s-sistema tas-"solar water heater", in-numru ta' dawk li bbenefikaw kien ta' 124.

Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar il-monopolju li jeżisti bħalissa f'pajjiżna fil-qasam tas-cellular telephones (mobile phones)? Kemm iqis il-gvern li dan il-monopolju jservi tajjeb jew ħażin lill-konsumatur kemm fil-kwalita' u anke fir-rati li jitħallsu? Jaf il-Ministru li dawn ir-rati huma ogħla sew mill-istess rati f'pajjiżi Ewropej? Kemm hu konformi dan il-monopolju mat-talba tal-gvern preżenti li applika biex pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

WSC — Qtugħ fil-provvista ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' liema kienu l-ibliet u l-irħula relattivi li sofrew minn qtugħ fil-provvista ta' l-ilma matul ix-xhar ta' Ottubru? Liema kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari? Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazjzoni mitluba.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tispjega lill-anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - huwiex minnu li din qed tirċievi pensjoni anqas milli ħaqqha? Tista' l-anzjana tiġi nfurmata bl-aħħar żvilupppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Marsa — Power station

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-amministrazzjoni preżenti għandix il-ħsieb li l-power station tal-Marsa tingħalaq? Jekk iva, x'inhu t-timeframe ta' din id-deċiżjoni? Jekk le, x'inhuma l-ħsibijiet jew pjanijiet tal-gvern dwar il-futur tal-power station tal-Marsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Power stations — Produzzjoni ta' enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-potenzjal tal-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika fiż-żewġ power stations eżistenti? X'inhu l-ħsieb tal-gvern u xi projections għandu dwar kemm dan il-potenzjal huwa biżżejjed għall-pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Settur domestiku — Enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika fis-settur domestiku, industrijali u kummerċjali rispettivament? X'kienu r-riżultati ta' dan l-istudju ġdid li sar? Meta sar? Minn min sar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda studju speċifiku dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika. Pero' t-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant kif miġbura mill-"billing" tal-Korporazzjoni.

Qasam domestiku — Enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi forma ta' studju dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika fil-qasam domestiku skond id-diversi bżonnijiet li jkun hemm, eżempju tisħin ta' ilma, fran domestiċi, dwarl, arja kondizzjonata, tisħin tad-djar fix-xitwa, eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.