Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min-naħa tal-Awtorità tad-Djar ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward benefiċċju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi huwa magħluq u l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet infurmata bl-eżitu.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min-naħa tal-Awtorità tad-Djar dwar persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet fuq tromba u saqaf?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet infurmata bl-eżitu.
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward bżonn ta' servizz mill-Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Enemalta plc tkellmet mal-persuna indikata u spjegatlu l-proċeduri meħtieġa biex jirċievi s-servizzi li jeħtieġ.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar se tagħti l-attenzjoni kollha meħtieġa għall-ilment imressaq. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi, għandha ssir manutenzjoni b’mod regolari min-naħa tal-inkwilini infushom ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-estensjoni fuq l-oqbra? Jista' jagħti d-dettalji dwar meta se jibda t-tħaffir u meta hu ppjanat li se jitqassmu lil dawk li diġà ħallsu €2,500?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-granet li gejjin l-individwi li ghandhom konvenji ffirmati fuq oqbra fl-estensjoni tal-Addolorata ser ikunu qed jircievu invit sabiex jigedded il-konvenju.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl u l-ilma li minkejja li tħallas, għadu jidher fil-kont?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat l-każ huwa solvut.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' frodi fuq żewġ anzjani?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-snin id-Dipartiment tat-Taxxi Nterni kellu diversi talbiet simili biex id-dipartiment jeżenta mill-ħlas tal-boll fil-kaz ta’ Inter Vivos, jew mit-taxxa dovuta fil-Causa Mortis, wara li skont kif ikun allegat persuna/i jkunu għaddew il-pagament lin-nutar u dan minn naħa tiegħu qatt ma rreġistra l-kuntratt/dikjarazzjoni mad-dipartiment.
Id-dipartiment minn naħa tiegħu dejjem esiġa li f’kull każ it-taxxa dovuta dejjem trid titħallas biex ikun jista’ jiġi reġistrat il-kuntratt/dikjarazzjoni. L-individwu ikun imħeġġeġ biex jagħmel rapport dwar il-każ tiegħu lit-Taqsima tal-Frodi tal-Pulizija.
Kull darba li d-dipartiment intalab xi nformazzjoni mill-Pulizija dwar xi każ partikolari, dejjem taha l-koperazzjoni kollha tiegħu biex jgħin fl-investigazzjoni.
Jista’ l-Ministru, permezz ta’ Transport Malta, jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema fuq tag?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament u infurmat li l-problema ta’ din il-persuna ġiet solvuta.
Jista’ l-Ministru jivverifika każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward mediċini mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz qieghed jigi segwit.