Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal iċ-charter tal-konsumatur li kien qiegħed jiġi preparat u inizzjat mill-amministrazzjoni preċedenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-proċess biex isir Quality Charter fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni, inbeda fl-2004. L-ewwel ma mbdiet il-proċedura kienet fid-Direttorat ta' l-operations u f'dak ta' l-informazzjoni u Servizz għall-klijent.
Dan il-Quality Service Charter hu mistenni li jibda jiġi attwat lejn l-aħħar ta' Ġunju, jew għal bidu ta' Lulju 2005.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi reali l-problema ta' vultaġġ baxx fir-raħal ta' Wied il-Għajn? X'qiegħed isir biex din il-problema tiġi solvuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-problema ta' vultaġġ baxx diġa' ġiet mistħarrġa u għalhekk ġew proposti substations fi Triq is-Sajjieda / Triq il-Gandoffli, Triq is-Silla kantuniera ma' Triq il-Ħamrija, Triq il-Gidwet, Triq il-Buttar, St. Thomas Bay u xogħol ieħor ta' infurzar tas-sistema ta' vultaġġ baxx. Substation waħda diġa ġiet ikkummissjonata, waħda qed tinbena waqt li tnejn oħra jkunu jistgħu jitlestew hekk kif ikunu solvuti xi problemi konnessi ma' l-art fejn iridu jinbnew. Hemm pjanijiet għall-bini ta' substation oħra iżjed il-quddiem.
Jista' il-Ministru jgħid x'talbiet pendenti mill-kunsilli lokali hemm biex jitwaħħlu bozoz fit-toroq tal-lokal tagħhom? Jista' jagħti risposta, raħal b'raħal u jagħti l-isem tat-triq f'kull każ? Kemm hu n-numru totali ta' dawn il-każi? Kemm minn dawn it-talbiet ġew sodisfatti mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba ser tingħata separatament fi tliet dokumenti li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra meta jerġa' jiltaqa' l-Parlament:
Wieħed juri t-talbiet magħmula mill-Kunsilli Lokali biex l-Enemata tapprova x-xogħol li jkun sejjer jagħmel il-Kunsill Lokali.
It-tieni juri l-lampi nstallati sal-1999.
It-tielet juri dawk li ma kinux saru minħabba d-devoluzzjoni u huma mmarkati bħala cancelled.
Billi m'aħna nisimgħu xejn fuq it-tiftix għaż-żejt, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra fuq l-iżviluppi kollha importanti li kien hemm dan l-aħħar f'dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-funzjoni regolatorja tad-Dipartiment tat-Tiftix taż-Żejt fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura riċentiment ippermettiet ħidma għal promozzjoni biex jinġibu f'Malta aktar investimenti f'dan il-qasam, u liċenzji ġodda għat-tiftix taż-żejt mistennija jingħataw fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-proporzjon ta' konsumaturi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u tal-korporazzjoni Enemalta rispettivament, li minkejja l-miżuri fil-budget ta' l-1998 irriżultalhom li ma kellhom l-ebda żieda fil-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' l-enerġija mit-total ġenerat fil-pajjiż użata mill-impjanti tar-reverse osmosis sena b'sena, mill-1993 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-persentaġġ ta' l-enerġija li ġie uzat mill-impjanti tar-reverse osmosis mis-sena 1993 lil hawn huwa kif ġej:
1993 13.24%
1994 14.97%
1995 14.45%
1996 12.53%
1997 9.98%
1998 8.82%
1999 7.02%
2000 6.15%
2001 5.67%
2002 5.59%
2003 5.20%
2004 5.32%
Jista' il-Ministru jispjega lil din il-Kamra r-raġuni wara deċiżjoni li ttieħdet mill-elezzjoni 'il hawn biex surprise inspections fuq il-meters tad-dawl fid-djar ma jsirux bejn il-5.00 p.m. u d-9.00 p.m.?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fl-aħħar tad-disgħajnijiet ġie deċiz li l-ispezzjonijiet fid-djar normalment ma jsirux wara l-5.00.pm biex tonqos l-ispiża ta' l-overtime waqt li l-għan biex jinstagħbu miftuhin id-djar jkun jista' jintlaħaq xorta waħda.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm boreholes reġistrati f'Malta u kemm hemm f'Għawdex? Kemm minn dawn ġew reġistrati minn meta ħarġu r-regolamenti ġodda tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Awtorita' Maltija tar-Riżorsi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tissellef mill-banek kummerċjali din is-sena finanzjarja? X'inhuma r-rati ta' interess li se tissellef bihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qiegħed isir bħalissa fid-dar il-ġdida ta' l-anzjani f'Bormla? Jista' jinforma lill-Kamra meta hemm il-ħsieb li din titlesta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Gvern ta' Bormla, mhu qed isir l-ebda tip ta' xogħol strutturali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex jaraw li ma jsirx serq ta' ilma b'dannu għall-korporazzjoni fl-1997 u fl-1998? Kemm kien hemm każi ta' serq ta' ilma suspettat jew provat fil-perjodu msemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fl-1997 saru 4849 spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fil-kors ta' investigazzjonijiet dwar serq ta' ilma. Minn dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw 78 suspett li minnhom ġew ipprovati 14 il-każ.
Fl-1998 in-numru ta' spezzjonijiet kien 2207 u minnhom irriżultaw 214 suspett li minnhom ġew ipprovati 14 il-każ.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kien proġettat mill-Gvern Laburista biex jinbena ġibjun f'Ta' Xwieki?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ġibjun f'Ta Xwieki kien pproġettat meta sar l-impjant tar-Reverse Osmosis f'Pembroke, proprju biex l-ilma prodott minn dan l-impjant ikun imqassam permezz tal-gravita'. Għaldaqstant mhux korrett li wieħed jgħid li dan kien proġettat mill-gvern Laburista.
Fil-preżent dan il-proġett mhux fil-lista ta' prijoritajiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma billi l-benefiċċju li jinkiseb permezz tiegħu ma jiġġustifikax l-ispiża kbira li trid issir.
Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati ġew imqaqilqa minn posthom (transferred or redeployed) fil-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u fil-korporazzjoni Enemalta? Minn fejn ġew imċaqilqa u fejn ġew trasferiti? X'kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-sena 2005.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jittella' ground water mill-impjanti differenti tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Kemm hi s-salinita' medja f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli li fihom hemm indikati l-produzzjoni u l-kwalita' ta' l-ilma f'termini ta' salinita (conductivity) għas-sorsi kollha tal-groundwater tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li jinkludu boreholes u pumping stations. L-informazzjoni hi xahar b'xahar għas-sena 2004.
Jista' il-Ministru jelenka dak kollu li qiegħed isir mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex jitnaqqas l-ilma li jintilef mis-sistema tal-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jirreferi għall-Annual Reports tal-aħħar ftit snin tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma, fejn hemm ħafna informazzjoni dwar x'qed isir mill-Korporazzjoni biex jitnaqqas l-ilma li jintilef mis-sistema.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għadda flus il-gvern bħala sussidju fuq l-ilma lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sena b'sena, mill-1993 sas-sena preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingaħata f'xi seduta oħra.