Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tat-taxxi interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li jinħareġ iċ-cheque bl-arretrati ta' l-income tax tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - peress li dan huwa każ ta' mard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

WSC — Unaccounted for Water

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11204 u cioe' jgħid x'qiegħed jippjana ġdid il-ministeru biex il-proporzjon ta' ilma li m'hemmx kont tiegħu (unaccounted for water) jitnaqqas?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jirreferi għall-Annual Reports tal-aħħar ftit snin tal-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma, fejn hemm ħafna informazzjoni dwar x'qed isir mill-Korproazzjoni biex jitnaqqas l-ilma li m'hemmx kont tiegħu (unaccounted for) .

Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11202 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u cioe' jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar il-monopolju li jeżisti bħalissa f'pajjiżna fil-qasam tas-cellular telephones (mobile phones)? Kemm iqis il-gvern li dan il-monopolju jservi tajjeb jew ħażin lill-konsumatur kemm fil-kwalita' u anke fir-rati li jitħallsu? Jaf il-Ministru li dawn ir-rati huma ogħla sew mill-istess rati f'pajjiżi Ewropej? Kemm hu konformi dan il-monopolju mat-talba tal-gvern preżenti li applika biex pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, ĊENSU)

Niskanta kif l-Onor. Interpellant jistaqsi dwar monopolji li ma jeżistux.

Użu ta' l-Enerġija

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11199 li oriġinarjmaent saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u cioe' jgħid jekk il-gvern preżenti għandux xi forma ta' politika dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna? Jista' jagħti rendikont tal-politika tal-gvern dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Enemalta — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11206 u cioe' jgħid liema kienu l-ibliet u l-irħula relattivi li sofrew minn qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku matul ix-xahar ta' Ottubru?Liema kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari? Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Impjant tar-Reverse osmosis — Enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11208 u cioe' jgħid kemm tiġi wżata enerġija elettrika mill-impjanti tar-reverse osmosis fuq bażi annwali? Xi proporzjon jittieħed mit-total ta' l-enerġija li qiegħda tiġi ġenerata mill-power stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-konsum ta' l-elettriku li ġie utiliżżat mill-impjanti tar-Reverse Osmosis bejn Ottubru 2003 u Settembru 2004 hu ta' 111,059,771 units. Dan hu 5.32% tat-'Total Energy Output'.

WSC — Produzzjoni ta' l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11209 u cioe' jgħid kif u minn liema sorsi ġejja l-produzzjoni ta' l-ilma bħalissa?Kemm hu l-proporzjon ta' l-ilma li qiegħda tiġi minn sorsi tar-reverse osmosis? Kemm minn din ġejja mit-tliet impjanti rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ilma li tipproduċi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija taħlita ta' ilma ippumpjat minn taħt l-art (ground Water) u ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis. Fl-4 ta' Marzu, l-ilma distribwit fil-gżira ta' Malta kien hekk: Ground Water 33,434 m3 jew 45% RO Cirkewwa 6,779 m3 jew 9% RO Lapsi 10,336 m3 jew 14% RO Pembroke 23,590 m3 jew 32% Fil-gżira ta' Għawdex, l-ilma distribwit hu normalment kollu ġej minn ground water li parti minnu tkun imsaffija fil-polishing plant (low pressure RO). Ġieli jkun il-każ -speċjalment fis-sajf - li parti mill-ilma distribwit f'Għawdex ikun ġej mill-RO taċ-Ċirkewwa.

Ħamrija fuq biċċa art

Question

Jista' il-Ministru jara għaliex fil-biċċa art - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - kellha terġa' titpoġġa l-ħamrija u s'issa għadu ma sar xejn? Jista' jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministru responsabbli miod-Dipartiment tal-Mużewijiet, li huma responsabbli mill-proġett fuq l-art imsemmija.

Qasam Domestiku — Enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11198 u cioe' jista' jgħid jekk sarx xi forma ta' studju dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika fil-qasam domestiku skond id-diversi bżonnijiet li jkun hemm, eżempju tisħin ta' ilma, fran domestiċi, dwarl, arja kondizzjonata, tisħin tad-djar fix-xitwa, eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ma jirriżultax li l-Enemalta qatt għamlet studju ta' din in-natura.

Power Station — Produzzjoni ta' Enerġija Elettrika

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11196 u cioe' jgħid kemm hu l-potenzjal tal-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika fiż-żewġ power stations eżistenti? X'inhu l-ħsieb tal-gvern u xi projections għandu dwar kemm dan il-potenzjal huwa biżżejjed għal pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-potenżjal nominali tal-impjanti tal-ġenerazzjoni eżistenti fil-Power Stations ta' Malta huwa ta' 571 MW. Fis-sajf minħabba it-temperatura dan jonqos. Barra min dan normalment ikun hemm tnaqqis minħabba manutenzjoni u ħsarat għall-arrieda u normalment il-medja tal-kapaċita tal-ġenerazzjoni disponnibli tkun madwar 450MW. Sa issa l-akbar domanda li ġiet irreġistrata kienet ta' 402MW. Huwa antiċipat li minħabba proġetti ta' żviluppi li qed jinbnew bħalissa id-domanda ser tkompli tizdied minn sena għall-oħra u għalhekk u wkoll biex ikunu jistgħu jibdew jinbidlu xi mpjanti qodma qed issir ħidma biex tiżdied il-kapaċita tal-ġenerazzjoni. Għal dan il-għan qed issir applikazzjoni mal-MRA u mal-MEPA biex jinħarġu l-permessi meħtieġa biex issir estenzjoni tal-Power Station ta' Delimara għal bejn wieħed u ieħor 50MW li jiddependi fuq id-daqs tal-magni li jintgħazlu fis-sejħa għall-offerta li trid toħroġ.

Marsa — Power station

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11194 u cioe' jista' jgħid jekk l-amministrazzjoni preżenti għandix il-ħsieb li l-power station tal-Marsa tingħalaq? Jekk iva, x'inhu t-timeframe ta' din id-deċiżjoni? Jekk le, x'inhuma l-ħsiebihjiet jew pjanijiet tal-gvern dwar il-futur tal-power station? tal-Marsa?

Response (GATT, AUSTIN)

S'issa m'hemmx il-ħsieb li l-Power Station tal-Marsa tingħalaq. Il-ħsieb huwa li meta jkun il-waqt l-impjanti l-qodma tal-ġenerazzjoni tal-Marsa bil-mod il-mod jinbidlu ma' mpjanti iktar effiċjenti u li jgħamlu inqas tniġġis għalavolja diġa sar ħafna f'dan ir-rigward meta beda jintuża żejt b'1% sulphur u reġgħu tħaddmu l-precipitators.

Dipartiment tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10812 u cioe' jista' jara fiex wasal il-file dwar drenaġġ - in-numru tiegħu qed jintbagħat separatament - u li jinsab il-legal office tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Jista' jara jekk hux se jiġi approvat u meta, peress li l-familja li applikat ma tistax tidħol f'din ir-residenza mingħajr dan is-servizz u tinsab fl-aħħar ġranet li jagħlaq il-kuntratt ta' fejn toqgħod?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet it-talba lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex issir servitu' (easement) ħalli jkun jista' jsir ix-xogħol.

Enemalta — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11017 u cioe' jista' jagħti spjegazzjoni għaliex anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tneħħilha s-sussidju fuq id-dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-kont imsemmi kien u għadu jinħadem bir-rati ta' l-assistenza soċjali. Is-sussidju tad-dawl kif ukoll ta' l-ilma qatt ma tneħħa.

Enemalta — Kont tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11016 u cioe' jista' jara għaliex iż-żewġ pensjonanti li joqogħdu fl-indirizz - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - irċevew kont tad-dawl li jammonta għal Lm207, fejn qabel il-kontijiet tad-dawl ma kenux jaqbżu l-Lm25?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li wara nvestigazzjoni li saret, ġie stabbilit li l-kont minn Ġunju '04 sa Novembru '04 huwa riżultat ta' konsum akkumulat. Fil-fatt, il-post qatt ma nqara mill-meter reader bejn Jannar '99 sa Ġunju '04. Matul dawn il-ħames snin, il-kontijiet kienu bażati fuq stimi li kienu relattivament baxxi. Matul dan il-perjodu l-konsumaturi ġew mitluba jħallsu Lm251.51 li jinkludu konsum tad-dawl u ilma kif ukoll kirjiet ta' l-arloġġi. Għaldaqstant, id-differenza fil-konsum ħarġet fl-aħħar kont skond il-qari li ġie meħud mill-meter reader fil-25 ta' Novembru 2004.

Saħħa — Pilloli ġodda permezz tal-kartuna safra

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10814 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy li l-gvern ma japprovax pilloli ġodda fuq il-karta safra skeda V jew roża li qabel qatt ma kien iġibhom il-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda policy tan-natura deskritta fil-mistoqsija.

Dipartiment tat-toroq — Talba għal yellow lines

Question

Tista' il-Ministru tara li jsiru yellow lines quddiem ir-residenza ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Korrispondenza dwar il-każ qiegħda wkoll tintbagħat separatament.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

WSC — Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir stħarriġ fuq il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - minħabba li qed tirċievi kontijiet esaġerati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li fil-fond imsemmi jgħixu 7 persuni. Wara spezzjoni li saret irriżulta li f'da il-post hemm tlett airconditioners li jintużaw regolari. Għaldaqstant il-kont huwa meqjus bħala wieħed raġonevoli.