Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-prezz taż-żejt li huwa jixtri, xi kwalita' u xi kwantita' jixtri u minn liema pajjiż? Jista' jgħid jekk iż-żejt li jixtri jixtrihx huwa dirett? Jista' jgħid jekk hemmx xi ftehim ma' xi gvern barrani biex jixtri żejt bi prezz issussidjat? Jekk iva, ma' liema gvern issir id-deal? Hemm ħsieb li l-gvern jibda joħroġ b'tender ix-xiri taż-żejt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11242 u cioe' jgħid x'kien il-proporzjon ta' konsumaturi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u tal-korporazzjoni Enemalta rispettivament, li minkejja l-miżuri fil-budget ta' l-1998 irriżultalhom li ma kellhom l-ebda żieda fil-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li din l-informazzjoni ma tistax tiġi estratta mis-sistema tal-billing tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11243 u cioe' jgħid kemm pensjonanti bbenefikaw minn roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma minn l-aħħar budget 'il hawn?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pilloli out of stock taħt special items fl-isptar tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn żewġ kwalitajiet ta' pilloli taħt special item li huma out of stock:-
Trimetazidine 20mg tabs (Jaslu din il-ġimgħa)
Gabapentin 100mg caps (Hemm dewmien minħabba li inbidel l-aġent lokali)
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-cancer fis-sena 2005, u kemm kellhom eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li kien hemm 134 persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul l-ewwel xahrejn tas-sena 2005 f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet tagħhom hija kif ġej:
Etajiet
Numru ta' mwiet
0-14
0
15-24
0
25-34
0
35-44
1
45-54
6
55-64
27
65-74
38
75-84
46
85+
16
Total
134
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11264 u cioe' jista' jgħid kemm kien il-prezz taż-żejt użat mill-korporazzjoni Enemalta f'Novembru 1997 qabel il-budget? Kemm kien il-prezz taż-żejt użat mill-korporazzjoni Enemalta f'Novembru 1998? Kemm iffrankat il-korporazzjoni bħala riżultat imprevidibbli tar-roħs fil-prezz taż-żejt?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-prezz tal-Fuel Oil 3.5% f'Novembru 1997 kien USD 99.85 waqt dak tal-Gas Oil 0.2% kien USD 176.90.
Il-prezz tal-Fuel Oil 3.5% f'Novembru 1998 kien USD 56.00 waqt dak tal-Gas Oil 0.2% kien USD 101.00.
Għas-sena finanzarja 01/10/97 - 30/09/98 il-Korporazzjoni Enemalta kienet proġettat infiq ta' LM26,139,000 waqt li l-infiq attwali kien ta' LM18,214,000.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11261 u cioe' jista' jgħid kif it-taxxa tal-VAT se taffettwa lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u l-korporazzjoni Enemalta u kif se taffettwa lill-konsumatur? Jista' jgħid kif se tiġi affettwata l-Maltacom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taxxa tal-VAT taffettwa lill-kumpaniji msemmija skond ir-regoli tal-Liġi tal-VAT.
Jista' il-Minsitru jara li jiġi investigat il-każ ta' tifel ta' tmien snin - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ħalli jiġi deċiż jekk għandux bżonn ta' facilitator fl-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tabib ta' l-iskola informa lill-omm biex tibda l-proċess permezz tal-C.D.A.U.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11238 u cioe' jgħid kemm inbidlu jew saru ġodda distribution mains u trunk mains sena b'sena mill-1995 sas-sena 1998?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li biex tkun tista' tingħata risposta l-Onorevoli Membru u ġentilment mitlub jippreċiza għal liema parti mis-sistema tad-distribuzzjoni jew liema sistema ta' vultaġġ qed jirreferi meta jsemmi distribution mains u trunk mains.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11232 u cioe' jgħid jekk hemmx ħsieb li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tissellef mill-banek kummerċjali din is-sena finanzjarja? X'inhuma r-rati ta' interess li se tissellef bihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Fl-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma approvati mill-Parlament, għas-sena li tagħlaq f'Settembru 2005, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha pjan kapitali li jlaħħaq LM3.602 miljun. Dan il-pjan jirrigwarda l-operat ta' l-Ilma u jeskludi d-Drenaġġ.
Normalment il-KSI tuża self mill-banek biex tiffinanzja il-pjan ta' investiment kapitali. Madankollu billi fl-istess ħin il-KSI konsistentament tħallas lura self pendenti skond 'repayment programme' l-ammont nett ta' self mill-banek ma jiżdiedx anzi jonqos xi ftit.
It-rati ta' l-interessi li l-KSI preżentament tħallas huma ta' l.4% fuq il-'base rate' ta' 3%; total ta' 4.4%. Il-KSI tinsab f'negozjati avvanzati biex tnaqqas dawn ir-rati.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11217, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid kemm hemm boreholes reġistrati f'Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn ġew reġistrati minn meta ħarġu r-regolamenti ġodda tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-numru ta' Boreholes reġistrati f'Malta huwa ta' 3,485 u dak f'Għawdex huwa ta' 1,859.
Dawn il-Boreholes ġew reġistrati skond l-Avviż Legali 120/97 tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali f'St Vincent de Paule li hemm talba mill-pazjenti għal air condition?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhix il-policy tad-Dipartiment li ssir sistema ta' air-conditioning fuq talba tal-pazjenti iżda d-Dipartiment jara l-prijoritajiet ta' fejn hemm bżonn li jsiru sistemi bħal dawn. Fil-fatt il-proċess tal-installazzjoni tas-sistemi tal-air-conditioning huwa wieħed kontinwu.
L-installar ta' l-
air-conditioning
ġewwa SVPR beda fl-1988 sal-1996 u kompla biss wara l-1998.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers fis-sena 2005 fid-dipartimenti tal-gvern kollha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ transfers li saru mill-1 ta’ Jannar, 2005 sal-11 ta’ April, 2005 bejn Ministeru u ieħor u li ġew approvati mill-Management and Personnel Office huwa 52. Kien hemm ukoll tlett impjegati li kienu f’Segretarjat Privat ta’ Ministru li ġew trasferiti mill-Management and Personnel Office biex jagħmlu xogħol f’Segretarjat Privat ieħor.
Barra minn hekk, kien hemm tlett
transfers
li ġew approvati bejn dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Transfers
bejn dipartimenti ta’ l-istess Ministeru, jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti rispettiv.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11210 u cioe' jgħid meta kienet l-ogħla domanda għall-enerġija elettrika (maximum peak demand)? Jista' jgħid kemm kienet id-domanda f'din l-okkażjoni? Jista' jgħid f'liema ħin kienet din id-domanda? Kemm kienet is-surplus capacity dakinhar?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ikbar domanda għall-elettriku reġistrata sa' issa kienet ta' 402 MW nhar il-Ħamis 17 ta' Frar fit-tmienja ta' fil-għaxija. Dak il-ħin il-kapaċita tal-impajnt jaħdem kienet ta' 418 MW u l-kapaċita' tal-impjant kollu disponibbli kienet ta' 493 MW.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11216 u cioe': Billi jidher li hemm il-ħsieb li t-tariffi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma jkunu relatati mad-daqs tal-household, jista' jgħid kemm hemm households b'membru wieħed; bi tnejn; bi tlieta; b'erbgħa; b'ħamsa; b'sitta; b'sebgħa; bi tmienja; u b'iżjed minn tmienja?
Response (GATT, AUSTIN)
Jekk l-Onor. Interpellant huwa nteressat fin-numru ta' households li fil-preżent għandhom kont tad-dawl u l-ilma, l-informazzjoni hija miġbura fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jekk pero', l-Onor. Interpellant jixtieq ikun jaf in-numru ta' households, skond il-kategoriji mitluba minnu, irrispettivament jekk għandhomx kont tad-dawl u l-ilma, allura nitolbu jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jaf il-Viċi Prim Ministru x'diffikultajiet se jkollhom persuni li ġew addottati u se jinbidlilhom l-ID card number? Jistgħu jingħataw struzzjonijiet sabiex meta jsir dan it-tibdil fl-ID card number il-gvern jieħu ħsieb jinforma uffiċjalment lid-dipartimenti kollha tal-gvern, entitajiet parastatali u fejn hu possibbli lill-privat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Uffiċċju Elettorali, li jamministra l-proċess ta' ħruġ u tibdil tal-Karta ta' l-Identita', ser jieħu ħsieb li fil-każi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, il-Common Database ikun aġġornat skond it-tibdil li jsir, kif ukoll ser jinħareġ ċertifikat lill-persuni konċernati li jikkonferma t-tibdil.