Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #12637 Sitting 274 2005-05-31 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru tagħha għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija hawn taħt: Okka ż joni Dol ċerija Ammont 2004 Tnedija tal-Federazzjoni ta’ l-Għaqdiet ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali f’Għawdex Raymond Vella 14.00 Serata ta’ l-Universita’ tat-Tielet Eta’ Raymond Vella 22.00 Riċeviment fl-okkażżjoni ta’ Jum ir-Repubblika Raymond Vella 270.00 2005 Konferenza Stampa fl-okkażjoni ta’ l-iffirmar tal-kuntratt tal-Helicopter Raymond Vella 20.65

Ġustizzja u Intern — Riċevimenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru tiegħu għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #12595 Sitting 273 2005-05-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Pollution Unit

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12507 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex żewġ ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Medserv f'Manoel Island u li kienu mislufa mal-pollution unit - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - ilhom bla xogħol għal dawn l-aħħar sentejn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li meta f'Jannar 2005 l-Oil Pollution Unit waqa' taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura dawn iż-żewġ persuni ma kienux jiffurmaw parti min din il-unit. Minn informazzjoni li għandi jidher li dawn iż-żewġ persuni kienu mpjegati mal-Medserv u tilfu l-impjieg tagħhom meta l-Oil Pollution Unit waqfet tuttilizza is-servizzi tagħhom f'data qabel Jannar ta' din is-sena. Il-Medserv hija kumpannija privata u l-Gvern m'għandux kontroll fuqha.

Kors tal-Piloti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12459 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx korsijiet għal piloti? Jekk iva, fejn iridu japplikaw min hu interessat? Xi kwalifiki jrid ikollhom? Kemm trid tkun l-eta' ta' l-applikanti? Hemm xi ħlas għal dan il-kors?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-korsijiet għal piloti fil-livell ta' liċenzja ta' pilota privat ta' ajruplani huma provduti f'Malta minn żewġ kumpaniji privati. Teżisti wkoll kumpanija privata li tipprovdi taħriġ li jwassal għal liċenzji ta' pilota privat fuq microlights. Bħalissa f'Malta għad m'hawnx skola ta' taħriġ li twassal studenti biex jakkwistaw liċenzja ta' pilota professjonali. L-Air Malta għandha wkoll organiżazzjoni approvata għal taħriġ ta' persuni li għandhom liċenzja ta' pilota professjonali sabiex dawn jakkwistaw it-type rating fuq l-Airbus A320 u l-Boeing 737.
Leg 10 PQ #12597 Sitting 273 2005-05-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti — Bookings

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12498 u jgħid kemm hemm bookings bħalissa ta' turisti għas-sajf 2005 u kemm kien hemm bookings fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 għall-istess perijodu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Indikazzjonijiet juru li s-seat capacities għas-sajf 2005 li jinkludi l-perjodu minn April s'Ottubru żdiedu b'19.3% meta mqabbla ma' dawk tas-sajf 2004. Ninsab infurmat li t-target għas-sena 2005 huwa li nilħqu ċ-ċifra ta' 50,000 turist aktar mis-sena 2004, jiġifieri t-target għas-sena 2005 hu li nattiraw 1.2 miljun turist. Minn dawn 460,000 mistennija li jiġu bejn Lulju u Settembru. Dan in-numru jirrapreżenta żieda ta' 4.5% fuq is-sajf 2004. L-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ma żżomx informazzjoni fuq bookings.

Djar — Talba għal sussidju fuq stair lift

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa każ ta' mara li għandha amputation f'saqajha u li qed tistenna li jinħarġilha s-sussidju fuq stair lift għax għandha post fuq u minħabba f'hekk ma tistax tinżel isfel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li tirċievi dokument li ordnat għan-nom tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Hekk kif l-Awtorita' tirċievi u tivverifika dan id-dokument tinforma lill-persuna ndikata bl-ammont ta' l-għotja.

Persuni b'diżabilita' — Servizz ta' Tagħlim

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern jagħtix servizz ta' tagħlim fid-djar permezz ta' facilitator jew xi servizz ieħor simili lil persuni b'diżabilita' li jkollhom 'il fuq minn 25 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-Domanda lill-Ministru kkonċernat.

Raħal Ġdid — Triq ix-Xewk

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12335 u jgħid xi żviluppi saru mill-mistoqsija parlamentari 10426 - seduta 232?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Kors tal-piloti

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx korsijiet għal piloti? Jekk iva, fejn iridu japplikaw min hu interessat? Xi kwalifiki jrid ikollhom? Kemm trid tkun l-eta' ta' l-applikanti? Hemm xi ħlas għal dan il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ETC ma tipprovdix korsijiet għall-Piloti.

Marsa — Cross Road

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12281 u jgħid jekk Cross Road, fil-Marsa - it-telgħa - hijiex tal-privat jew tal-gvern? Jekk hi tal-privat, jista' il-kunsill jagħmel xogħol ta' patching? Jekk xi ħadd iweġġa' lil min irid ifittex għad-danni, lill-gvern jew lill-privat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma’ jaqgħux taħt ir-responsabbilta tal-Gvern Ċentrali. Il-manutenzjoni ta’ din it-triq hija responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali u b’hekk ix-xogħol ta’ patching għandu jsir mill-Kunsill ikkonċernat. Fl-eventwalita ta’ xi inċident f’din it-triq il-persuni involuti fl-inċident għandhom ifittxu l-awtoritajiet ikkonċernati skond in-natura ta’ l-inċident.
Leg 10 PQ #12498 Sitting 270 2005-05-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti — Bookings

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm bookings bħalissa ta' turisti għas-sajf 2005 u kemm kien hemm bookings fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 għall-istess perijodu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeri governattivi — Riċevimenti

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12286 u jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeri kollha għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq l-istess informazzjoni dwar il-Ministeri kollha, nitolbu jagħmel mistoqsijiet lill-Ministri kkonċernati.

Servizzi soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li tinħareġ xi tip ta' għajnuna soċjali lill-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ta' erbgħa minn nies u li m'għandhom l-ebda dħul? Jistgħu dawn is-sinjuri jiġu informati bl-iżviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-kap tal-familja li għamel refenza għaliha l-Onor. Interpellant ġie nfurmat bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tiegħu.

Pollution Unit

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12355 u jgħid għaliex żewġ ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Medserv f'Manoel Island u li kienu mislufa mal-pollution unit - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - ilhom bla xogħol għal dawn l-aħħar sentejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Oil Pollution Unit m'għadhiex tifforma parti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura iżda taqa' taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat .

Dipartiment tat-taxxi interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li jinħareġ iċ-cheque bl-arretrati ta' l-income tax tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - peress li dan huwa każ ta' mard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jiżvela informazzjoni personali. Nitlob għalhekk lill-persuna kkonċernata biex tiċċekkja mas-sezzjoni tar-Refunds tad-dipartiment matul il-ħin ta’ l-uffiċċju.

Għajnuna soċjali — Benefiċċju tal-mard

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex jinħarġilha l-benefiċċju minħabba l-mard li jinsabu fih? Tista' din il-familja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar l-każ tagħha bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Pollution Unit

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11976 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex żewġ ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Medserv f'Manoel Island u li kienu mislufa mal-pollution unit - id-dettalji ta' wieħed minnhom qed jintbagħtu separatament - ilhom bla xogħol għal dawn l-aħħar sentejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.