Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li jinħareġ iċ-ċekk taċ-children allowance lil single mother li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fi problemi kbar finanzjarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Teżor — Arretrati ta' pensjonant

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13387 u jara jekk humiex se joħorġu xi arretrati ta' persuna - illum mejta - li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li l-mara tiegħu tixtieq tkun taf jekk hijiex intitolata għal xi arretrati f'ismu? Tista' l-armla ta' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-individwu indikat qatt ma kien pensjonant tat-Teżor u għaldaqstant m’hemm l-ebda arretrati li jridu jinħarġu fir-rigward ta’ dan l-individwu minn dan id-dipartiment.

WSC — Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jara li l-problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma ta' anzjan li qed jirċevieh bħala Estimate tiġi solvuta? Jista' dan l-anzjan jiġi nformat bl-aħħar żviluppi? Id-dokumenti relevanti qed jintbagħtu separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pensjoni taż-żmien

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li t-talba ta' l-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qiegħda titlob tiex tieħu l-pensjoni taż-żmien li ħadmet, tiġi milqugħa? Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Teżor — Arretrati ta' pensjonant

Question

Jista' il-Prim Ministru jara jekk humiex se joħorġu xi arretrati ta' persuna - illum mejta - li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li l-mara tiegħu tixtieq tkun taf jekk hijiex intitolata għal xi arretrati f'ismu? Tista' l-armla ta' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

SCBU — Imwiet ta' trabi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx li uffiċjal tad-dipartiment li huwa kap ta' l-SCBU stqarr fuq it-television fil-programm immexxi minn Lou Bondi li trabi fl-SCBU qed imutu bħad-dubbien? Jista' jordna inkjesta biex il-poplu Malti jsir jaf x'inhu jiġri fl-SCBU, jiġifieri jekk huwiex veru li trabi qed imutu bħad-dubbien u fil-każ minn fejn ġejjien it-trabi li qed imutu bħad-dubbien? Jidhirlu l-Ministru li tali statement hu serjissimu u l-poplu jeħtieġ li jkun jaf il-verita' kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru huwa konxju mill-istqarrijiet li ħarġu mil-programm Bondi Plus. Għal din ir-raġuni l-uffiċjal konċernat intalab jissostanzja l-kummenti tiegħu u jispjega r-raġunijiet għaliex wasal għal din il-konklużjoni.

SCBU

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm ġew ammessi trabi fl-SCBU, sena b'sena? Kemm minnhom kienu multiple births u x'tip ta' multiple births (twins, triplets, quads , etc)? Kemm minn dawn kienu riżultat ta' kura b'pilloli jew injections? Kemm kienu minn ommijiet li kienu qed jieħdu l-kura fl-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar għaxar snin in-numru tat-trabi li ġew ammessi fl-SCBU kienu kif ġej: Sena No. Direct Admission Transfer In Total Admission to SCBU 1998 Not available Not available 318 1999 Not available Not available 327 2000 294 50 344 2001 282 69 351 2002 273 41 314 2003 306 27 333 2004 321 31 352 Minnhom kien hemm numru ta' multiple births. Sena Twins Triplets Quads/Oħrajn 1999 103 4 0 2000 64 1 0 2001 35 1 0 2002 50 2 0 2003 53 3 0 2004 50 4 2 M'hemm l-ebda informazzjoni qabel is-sena 1999. Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija numru 13225.

SCBU

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-aħħar 14-il sena kemm-il tarbija ddaħħlet fl-SCBU b'riżultat ta' l-intervent IVF?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mod kif l-omm tinqabad tqila hija xi ħaġa personali u kunfidenzjali u jekk l-individwa ma tagħtix din l-informazzjoni, aħna ma għandna l-ebda mod kif niverifikaw jekk kien hemmx IVF jew le.

Servizz tal-homehelp

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qiegħda tistenna l-homehelp minħabba l-bżonn kbir ta' dan is-servizz?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni ta' l-anzjana msemmija qed tkun proċessata.
Leg 10 PQ #13062 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Raħal Ġdid — Palazz Perellos

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi restawrat il-Palazz Perellos li jinsab f'Arcade Str, Raħal Ġdid li qiegħed jaqa' biċċiet u hija ħasra li wirt storiku bħal dan jiġi mitluq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Palazzo Perellos hija dar storika tas-Seklu Tmintax li tinstab ġewwa l-Urban Conservation Area ta’ Raħal Ġdid. Ninsab infurmat li Palazzo Perellos illum tinsab maqsuma f’varji propjetajiet privati, skond informazzjoni miġbura mis-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali. Is-Sovrintendenza qed tħares mill-qrib lejn din il-proprjeta kulturali bl-iskop li tiġi skedata u protetta bl-aħjar mod possibli.

Sptar San Luqa — Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' informazzjoni qed tinġabar mingħand l-impjegati ta' l-isptar San Luqa li biex jipparkjaw qegħdin jużaw identity card? Jista' jassigura li mhix qed tinkiser il-liġi tad-data protection?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema ta' parkeġġ fl-Isptar San Luqa ma tużax il-Karta ta' l-Identita uffiċjali tal-persuna imma Proximity Card li tintuża ukoll bħala Identification Badge tal-impjegat. Fuq din il-card hemm numru amministrattiv li m'huwiex in-numru tal-karta ta' l-Indentita tal-persuna. Din il-card tagħti aċċess għall-parkeġġ lill-individwi li huma awtoriżżati li jipparkjaw ġewwa fih. L-informazzjoni li tiġġenera din is-sistema tintuża għal skopijiet li għalija inġabret fl-ambitu amministrattiv u għalhekk mhux qed tinkiser il-liġi tad-Data Protection Act.

Enemalta — Talba għal servizz ta' dawl u ilma

Question

Jista' il-Ministru jara li jingħata s-servizz tad-dawl lil single parent - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - minħabba t-tbatija li qed jgħixu fiha?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li s-servizz tad-dawl ma' jistax jingħata lura lil persuna msemmija fl-interpellanza għax għandha kontijiet pendenti ta' aktar minn Lm8000 fuq post ieħor li huwa rreġistrat fuq isimha.

Xogħol ta' manutenzjoni f'dar privata

Question

Tista' il-Ministru tara li jsir il-kuntratt ta' sussidju fuq xogħlijiet ta' titjib fir-residenza ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħalli dan ix-xogħol ikun jista' isir fil-ġranet tas-sajf?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qiegħda fil-proċess li tiġbor l-informazzjoni meħtieġa minn diversi entitajiet biex jiġi verifikat jekk il-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant tissodisfax it-test tal-mezzi biex tibbenefika taħt Skema 5. Ninsab infurmata wkoll li hekk kif jitlesta dan il-proċess, il-persuna konċernata tiġi nfurmata jekk tikkwalifikax u l-ammont li tkun ser tingħata, skond il-każ.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru tiegħu għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12640 u jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru tiegħu għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dulċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma saru l-ebda riċevimenti formali fil-Ministeru fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12765 u jara kif il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha qiegħda tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma bl-indirizz l-antik tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kontijiet baqgħu jinħarġu f'isem il-persuna indikata minħabba li l-Korporazzjoni qatt ma ġiet infurmata li dan l-individwu kien biegħ il-propjeta lil terzi persuni. Il-propjeta' bidlet l-idejn tlett darbiet mill-1997 l'hawn. Fl-24 ta' Ġunju 2003, it-tlett partijiet, imlew bejnithom il-formola li tirreġistra l-bidla fl-isem tal-konsumatur. Kien hawnhekk illi l-Korporazzjoni saret taf u ħadet ħsieb taqsam il-kontijiet kif kien meħtieġ, jiġifieri mid-data tal-kuntratt li kienet is-26 ta' Marzu 1997. Il-persuna ndikata mhux ser tibqa' tirċievi aktar il-kont ta' dan il-post, peress illi dan ġie rreġistrat fuq ix-xerrej.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' mara armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qiegħda tistenna risposta mill-housing authority peress li qiegħda tgħix f'kundizzjonijiet xejn umani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata mill-Awtorita' tad-Djar bl-ammont li ser tirċievi bħala għajnuna. Meta jsiru x-xogħlijiet din il-persuna tkun trid tippreżenta l-irċevuti fiskali biex l-Awtorita' tkun tista' tħallas l-ammont stabbilit.

MCA — Stazzjon tat-television

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12769 u jgħid għaliex stazzjon tat-television li l-partikolaritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament, qiegħed jitlob li jingħata repeaters biex jiġi konformi mal-liċenzja u l-awtorita' dwar il-komunikazzjoni, speċjalment il-persuna li isimha qed jintbagħat separtament, qed tagħmilha diffiċli biex tingħata? Jista' jara li tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni mill-aktar fis?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni f'diversi drabi kemm bil-kitba kif ukoll bil-fomm talbet tagħrif ta' natura teknika u operativa mill-kumpanija li għaliha l-Onor. Membru qed jagħmel referenza. Dan it-tagħrif hu meħtieġ biex l-Awtorita' tkun tista' tagħmel r-rakomandazzjonijiet tagħha għall-amministrazzjoni aħħarija ta' frekwenzi għar-repeaters. Sa llum t-tagħrif meħtieġ għadu ma ġiex fornut kollu lill-Awtorita' u dan minkejja diversi talbiet minn naħa ta' l-istess Awtorita'. Jiġi klarifikat li l-ħidma minn naħa ta' l-Awtorita' fir-rigward tal-frekwenzi hi waħda kollettiva u ċertament kwalunkwe deċiżjoni f'dan ir-rigward mhiex ir-responsabilita ta' xi uffiċjal partikolari, inkluż il-persuna mmsemmija mill-Onor. membru. L-Awtorita' kemm il-darba stiednet l-uffiċjali tal-kumpanija konċernata biex wkoll tiltaqa magħhom biex isir progress f'dan ir-rigward. Iżda s'issa l-kumpanija konċernata naqset milli tilqa' din l-istedina. L-awtorita' offriet wkoll l-għajnuna tagħha permezz tal-Frequency Investigation Unit. Hekk kif il-kumpanija konċernata tkun f'qagħda li tagħti t-tagħrif mitlub, l-Awtorita' tkun tista' tipproċedi bil-ħidma tagħha u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet għal frekwenzi tar-repeaters.