Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13582 u jgħid kemm mit-trabi li daħlu fl-SCBU b'riżultat ta' multiple births minn 1999 'il hawn mietu u x'kienu l-kawżi ta' l-imwiet?
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm impjegati tal-gvern siefru fuq xogħol matul is-sena 2004? F'liema pajjiż marru? Kemm minnhom ivvjaġġaw economy class u kemm minnhom business class/club class? Kemm siefru aktar minn darba, darbtejn, tliet darbiet, erba' darbiet u aktar? Kemm ħadu allowances? Kemm kienet l-ispiża totali għall-Gvern Malti? Kemm total ta' ġranet damu msiefra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tiegħi.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ħafna mit-tagħrif mitlub sa Novembru 2004 fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9153.
Għall-perjodu ta’ Diċembru 2004, inħoss li l-interess li jista’ jkun hemm fit-tagħrif addizzjonali ma jiġġustifikax ix-xogħol involut fil-ġbir tiegħu. Ninsab assigurat li s-safar kollu li sar, ġie awtorizzat skond il-proċeduri tal-gvern.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10033 u cioe' jgħid kemm impjegati tal-gvern siefru fuq xogħol matul is-sena 2004? F'liema pajjiż marru? Kemm minnhom ivvjaġġaw economy class u kemm minnhom business class/club class? Kemm siefru aktar minn darba, darbtejn, tliet darbiet, erba' darbiet u aktar? Kemm ħadu allowances? Kemm kienet l-ispiża totali għall-Gvern Malti? Kemm total ta' ġranet damu msiefra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10033.
Jista' il-Prim Ministru jara li t-talba ta' l-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qiegħda titlob tiex tieħu l-pensjoni taż-żmien li ħadmet, tiġi milqugħa? Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-persuna ndikata qatt ma kienet pensjonanta tat-Teżor.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13456 u jara li t-talba ta' l-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qiegħda titlob tiex tieħu l-pensjoni taż-żmien li ħadmet, tiġi milqugħa? Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13456.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fid-dipartiment tas-saħħa hemmx nuqqas ta' Radiographers? Jekk iva, kemm hu dan in-nuqqas? Kemm hemm Radiographers li ggradwaw u għadhom ma daħlux jaħdmu? Kemm se jiggradwaw f'Novembru 2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Kummisjoni dwar is-Servizz Pubbliku ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fl-24 ta' Ġunju 2005 għall-mili ta' tmien (8) postijiet ta' Radiographer (Diagnostic). Din is-sejħa tagħlaq fit-22 ta' Lulju 2005. Barra minn dan, id-Diviżjoni tas-Saħħa diġa' ngaġġat tmien Radiographers (Diagnostic) fuq bażi part-time u Radiographer (Diagnostic) oħra fuq bażi ta' casual substitute b'kuntratt.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni .
Jista' il-Ministru jara meta se jingħata l-fabbrika li ġiet approvata lil persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li jinsab fi bżonn urġenti minħabba li se jiskadi l-kuntratt tal-post fejn qed jaħdem?
Response (GALEA, LOUIS)
Kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' għoti ta' fabbriki hija responsabbli għalihom il-Malta Enterprise li taqa' fid-Dekasteru tal-Ministeru ta' l-Investiment u t-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni.
Jikkonferma l-Ministru li l-kanali li jsaqqu l-għelieqi ta' l-impjant ta' Sant'Antnin qegħdin jaqgħu? Jikkonferma li l-ħaddiema tal-maintenance tneħħew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jistaqsi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13455 u jara li l-problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma ta' anzjan li qed jirċevieh bħala estimate tiġi solvuta? Jista' dan l-anzjan jiġi informat bl-aħħar żviluppi? Id-dokumenti rilevanti qed jintbagħtu separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-pożiżżjonin tal-kont ta' dan il-konsumatur kienet spjegata verbalment lil rappreżentant tiegħu. Il-konsumatur innifsu kien informat li m'hemmx każ ta' reviżjoni permezz ta' ittra datata 18/05/05.
Tista' il-Ministru tara għaliex anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhijiex tirċievi l-benefiċċju tal-mard? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar żviluppi li saru tad-deċiżjoni tal-gvern imħabbra fil-budget dwar liema istituzzjoni se tieħu r-responsabbilta' ta' riċerka u żvilupp? F'liema stadju waslet din id-deċiżjoni u meta se tibda tiġi attivata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Billi s-suġġett jaqa’ taħt ir-responabbilità tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsijiet lil dak il-Ministeru.
Research & Technological Development and Innovation
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kif ġew minfuqa l-flus allokati għal RTDI (Research and Technological Development and Innovation) fl-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Billi s-suġġett jaqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsijiet lil dak il-Ministeru.
Entitajiet privati — Użu minn faċilitajiet ta' l-universita'
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk entitajiet privati, inklużi NGOs, jistgħux jagħmlu użu minn faċilitajiet ta' l-universita' f'isimhom? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn il-faċilitajiet? Jekk l-entitajiet li jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet jistgħux jiċċarġjaw flus? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura biex wieħed jagħmel użu minn dawn il-faċilitajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-faċilitajiet li toffri l-Universita' għall-użu ta' entitajiet privati inklużi NGO's huma l-kiri ta' swali u teatri. Għal dan is-servizz l-Universita' titħallas ċerti rati. Fil-każ ta' NGO's li jipprovaw li l-użu ta' dawn il-faċilitajiet jkunu għal skopijiet ta' benefiċjenza jkun hemm reduzzjoni fir-rati tal-ħlas.
Informat ukoll li l-Universita' ma timponix kundizzjonijiet fuq dawn l-entitajiet dwar xi flus jiċċarġjaw. Biex tuża l-faċilitajiet ta' l-Universita' l-entitajiet ikunu jridu jagħmlu talba lir-Rettur ta' l-Universita'.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 13225, jista' il-Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu passi kontra l-konsulent konċernat li għamel allegazzjonijiet, li skond ir-risposta tal-Ministru, huma infondanti u ma jistgħux jiġu kkjarifikati u fl-istess ħin setgħu għamlu ħsara kbira lill-professjoni medika?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jidher ċar mill-istqarrija tal-konsulent li dan kien aktar każ ta' għażla ħażina ta' kliem milli ta' fatti.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 13224, jista' il-Ministru jgħid kemm mit-trabi li daħlu fl-SCBU b'riżultat ta' multiple births minn 1999 'il hawn mietu u x'kienu l-kawżi ta' l-imwiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 13223, jista' il-Ministru jagħmel stqarrija u jagħti dettalji dwar l-allegazzjonijiet serji li għamel il-konsulent responsabbli mill-SCBU? Jidhirlu li l-allegazzjonijiet li għamel il-konsulent huma gravi ħafna u ta importanza tali li jistgħu jtellfu l-fiduċja tal-Maltin fil-kura medika ta' l-istat u l-kura medika in ġenerali? Jista' jgħid jekk l-assoċjazzjoni medika Maltija talbitx kjarifikazzjoni dwar materja hekk serja u li titfa dawl ikrah fuq il-professjoni medika in ġenerali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 13580.
Ma kien hemm ebda talbiet ta' kjarifika mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija.
Jista' il-Prim Ministru jara jekk humiex se joħorġu xi arretrati ta' persuna - illum mejta - li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li l-mara tiegħu tixtieq tkun taf jekk hijiex intitolata għal xi arretrati f'ismu? Tista' l-armla ta' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13454.
Tista' il-Ministru tara għaliex iċ-ċekk taċ-children allowance tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadu ma wasalx? Tista' din il-familja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li jinħareġ iċ-chequesupplimentari lill-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.