Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlas ta’ €400 miċħud – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħlas miċħud tal-€400?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntattjata u l-każ ġie diskuss. Filwaqt li l-kriterji kienu stabbiliti minn qabel u r-rwol tal-Ministeru tiegħi kien li jikkollabora dwar attendenza, ninforma lill-Onor. Membru li l-iskema hija mħaddma mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali.

Arblu tad-dawl u wires – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward arblu tad-dawl u wires quddiem ir-residenza tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-manutenzjoni msemmija saret.

Xogħlijiet fuq post — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet li kienu għaddejjin fil-post indikat separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma ġie nfurmat il-klijent, fiz-żmien illi seħħ l-allegat inċident, is-sit in kwistjoni kienet taħt il-kontroll tal-kuntrattur. Għalhekk, dan kien ukoll responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri kollha opportuni biex tul l-andament tax-xogħlijiet ma jinħoloq l-ebda periklu. Għaldaqstant talbiet għal kumpens għandhom jiġu ndirizzati lilu. Ta’ min wieħed iżid però li mill-analiżi li għamlet l-Awtorità jirriżulta li l-inċident seħħ kawża parzjali/totali ta’ nuqqas ta’ kura u attenzjoni xierqa da parti tax-xufier u kawża wkoll ta’ veloċità eċċessiva jew negligenza jew traskuraġni fis-sewqan. Rigward ‘il-wegħda’ li kien se jingħata xi flus bħalma forma ta’ kumpens dan ma jirriżultax lill-Awtorità. Id-dokumenti li ġew preżentati mill-attur huma dokumenti li jintalbu minn kull persuna li tagħmel claim ta’ dan it-tip mal-Awtorità. Il-preżentazzjoni ta’ dawn id-dokumenti bl-ebda mod ma fissret li din il-claim kienet se tiġi aċċettata iżda kienet biss parti minn proċess stabbilit biex tinfetaħ u tiġi studjata t-talba għall-kumpens. Fil-fatt wara li d-dokumenti ġew eżaminati minn Bord li jiltaqa’ fuq dawn il-claims, ġie deċiż li l-claim ma kinitx ġustifikata minħabba raġunijiet imsemmija iżjed ‘l fuq.

Dar tal-Anzjani — applikazzjoni - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal Dar tal-Anzjani tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu, qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Ħal Tarxien/Paola – Triq Luqa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq Luqa f’Ħal Tarxien u Paola minħabba n-numru ta’ ilmenti li jidħlu kuljum dwar l-istat diżastruż ta’ din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti ta’ Triq Luqa li taqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta hija dik il-parti tat-triq li tinsab fuq in-naħa ta’ Santa Luċija. Il-manutenżjoni ta’ din il-parti tat-triq issir skont il-prijoritajiet, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi. Għall-parti l-oħra ta’ Triq Luqa nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Stallazzjoni ta’ Lift – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallazzjoni ta’ lift meta l-permessi huma kollha lesti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Awtorità tad-Djar – spezzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament min-naħa tal-Awtorità tad-Djar rigward spezzjoni ta’ saqaf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, ma jirriżultax li saru rapporti dwar il-każ imsemmi. Barra minn hekk, jirriżulta li l-appartament imsemmi mhuwiex proprjetà tal-Awtorità tad-Djar.

Meter tad-dawl — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward meter tad-dawl f'post magħluq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-ARMS Ltd li ttieħdu l-provvedimenti meħtieġa sabiex jingħalaq il-kont ikkontestat skont il-proċeduri.

Kont tad-dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kont għoli tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-ARMS Ltd li l-każ ġie mistħarreġ u ttieħdu l-passi neċessarji sabiex il-każ jiġi solvut.

Appartament — sanità - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' sanità fi blokk ta' appartament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ għadda f’idejn id-dipartiment ikkonċernat u qed ikun segwit.

Kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18245, jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għax sal-lum għadu ma rċeva xejn u ma ġie solvut xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-każ ġie riferut lill-Bord tal-Appell tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Skema tal-ikel u mediċina b'xejn — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward il-każ tat-tifel li marid b'tumur sabiex jidħol fl-iskema t'ikel u mediċina b'xejn għal nies celiac bi problemi ta' gluten?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.

Tindif ta' Ġibjun — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward tindif ta' ġibjun?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-ġibjun imsemmi għandu jitnaddaf fil-ġimgħat li ġejjin.

Kontijiet pendenti tad-dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu ma jirċievi kont minn Ottubru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-ARMS Ltd. li l-kont reġa’ intbagħat u l-persuna msemmija kkonfermat li rċevietu.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema li għandu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata u ttieħdu l-passi neċessarji biex il-każ ikun solvut.

Flat – applikazzjoni biex jiġi rranġat il-madum u l-intercom — każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni biex isirilha intercom u jiġi rranġat il-madum tal-flat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, s-sinjura li għaliha qegħda ssir referenza m’għandha l-ebda applikazzjoni pendenti fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar għal xi xogħol fir-residenza tagħha.

Mediċina — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt ma' l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward mediċina?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz qed jigi segwit.

Lift ma jaħdimx – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mas-sinjuri li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament rigward lift tal-komun li mhuwiex jaħdem ġewwa binja mikrija mill-gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għal dħul f’home – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18240, jista' l-Ministru jagħti d-dettal ta' fejn wasal il-każ u meta tista' tidħol din il-persuna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

ARMS – kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18239, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat meta dan il-każ ġie investigat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-ARMS li fuq il-kont imsemmi ma kienx hemm l-ammont pendenti kif indikat fil-mistoqsija parlamentari 18239 u l-persuna qatt ma ntalbet tħallas l-ammont indikat f’daqqa. L-ammont pendenti qed jiġi imħallas.