B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13575, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jgħid kif ġew minfuqa l-flus allokati għar-research and technological development and innovation fl-2004?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-allokazzjoni tal-flus taħt l-iskedi RTDi ġew allokati fis-sena 2005.
Matul is-sena 2004 kien hemm diversi proġetti tar-riċerki taħt FP6.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn bereġ f'Malta u Għawdex? F'liema rħula u villaġġi jinstabu? X'inhi l-ispiża totali li l-gvern ħallas għal dawn il-bereġ fl-aħħar sitt snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn polikliniċi f'Malta u Għawdex? X'inhi l-ispiża totali li l-gvern ħallas għal dawn il-polikliniċi fl-aħħar sitt snin, sena b'sena? Kemm nies għamlu użu minn dawn il-polikliniċi, sena b'sena fl-aħħar sitt snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali ta' mediċini li l-gvern xtara, sena b'sena fl-aħħar sitt snin, għall-użu fl-isptar San Luqa; fl-isptar Boffa; f'St Vincent de Paule; f'polikliniċi ta' Malta; fl-isptar Zammit Clapp; fl-isptar ta' Għawdex; u fil-polikliniċi ta' Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' applikazzjoni mal-Housing Authority għal-lift għall-koppja anzjana - numru tal-każ qed jintbagħat separatament - li għand m'għandhom l-ebda risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-23 ta' Awissu 2005, l-applikanti ndikati mill-Onor. Interpellant u l-Awtorita tad-Djar iffirmaw il-ftehim li permezz tiegħu l-Awtorita' intrabtet li tagħti somma sa massimu ta' Lm2,200 għal stallar ta' stairlift.
Il-pagament isir wara li jiġi stallat dan l-istairlift u jiġu sottomessi l-irċevuti fiskali relatati lill-Awtorita'.
Tista' il-Ministru tara li jinħareġ ir-relief ta' mara separata li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li m'għandha l-ebda dħul? Tista' tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 13691 f’Seduta Numru 295.
Tista' il-Ministru tara għaliex anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma ħax arretrati tal-collective agreement li ħaddiema oħra ħadu? Jista' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Tista' il-Ministru tara jekk is-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux tieħu pensjoni tajba peress li jidher li għandha pensjoni baxxa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Jista' il-Prim Ministru jara li jintbagħat rendikont ta' kemm għandu jagħti f'arretrati tal-pensjoni anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal pensjoni tat-teżor. Jekk dan hu l-każ, jiena nfurmat li l-anzjan indikat qatt ma kien pensjonant tat-Teżor u għaldaqstant m’hemm l-ebda arretrati li jridu jinħarġu fir-rigward ta’ dan l-individwu.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-gaming authority se tibda toħroġ hi l-biljetti tat-tombla? Jekk dan hu minnu, se jingħata chance lil min għandu stockta' biljetti biex ikun jista' jużah?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gaming Authority qegħda preżentament tirrevedi r-Regolamenti tal-Bingo Halls Kummerċjali. Dawn ir-Regolamenti mistennija joħorġu għall-pubbliku qabel l-aħħar ta’ din is-sena. L-Awtorità għandha l-ħsieb li tippublika l-biljetti tat-tombla fuq security paper biex b’hekk tassigura li l-biljetti huma validi u vverifikati mill-Awtorità bħalha ġusti u korretti. Għal dan il-għan l-Awtorità ltaqgħat ma’ l-operaturi kollha tal-Bingo Halls biex tivverfika l-istock medju tal-biljetti. Mill-informazzjoni miġbura l-Awtorità ser tagħti l-perjodu massimu qabel ma jiġu ntrodotti l-biljetti ġodda u għaldaqstant tagħti ċans biex l-istock preżenti jispiċċa.
Privatizzazzjoni tal-lottu — Fund biex tingħata għajnuna lil għaqdiet filantropiċi
Question
Billi skond il-liġi tal-privatizzazzjoni tal-lottu kellu jinħoloq fund biex jgħin għaqdiet filantropiċi, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dan il-fund ġiex imwaqqaf u jekk iva, ġewx stabbiliti l-kondizzjonijiet dwar min se jiġi megħjun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Parti X Sezzjoni 50(7) ta’ l-Att dwar il-Lotteriji u Logħob Ieħor, ġie maħluq fond imsejjaħ “National Lotteries Good Causes Fund” u dan huwa mmexxi minn Kumitat appuntat mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi skond l-istess Att.
Persuni, organizzazzjonijiet, korpi u entitajiet bi skop reliġjuż, filantropiku, soċjali, kulturali, sportivi, u edukattivi, jistgħu jibbenefikaw minn dan il-fond.
Tista' il-Ministru tara li jinħarġu l-flus tal-wens tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi nformata bid-dettalji relattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' relief ta' omm li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi separata b'tifla u li m'għandha l-ebda dħul ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie konkluż u l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-miktub dwar dan mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Jista' il-Ministru jara li jiġi investigat kont tad-dawl u l-ilma ta' anzjan li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament, peress li dan ammonta għal Lm607.78 meta qabel ma kienx jaqbeż l-Lm40?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara stħarriġ instab li l-kont kien żbaljat minħabba li l-meter kien jgħaġġel.
L-Arloġġ inbidel u saru r-revizjonijiet neċessarji sabiex issa il-konsumatur għandu jirċievi lura LM67.24 minn għand il-Korporazzjoni.
Dan isir permezz ta' tnaqqis fil-kont li jmiss.
Il-konsumatur ġie infurmat bir-revizzjoni b'ittra datata 25 ta' Awissu 2005.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Liema hi l-kumpannija tat-tindif?
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Liema hi l-kumpannija tat-tindif?
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Liema hi l-kumpannija tat-tindif?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-pagament għat-tindif hu ta’ Lm 18.88 fix-xahar u l-isem tal-kumpanija qed jingħata separatament.