B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14473, jista' il-Ministru jara li arblu ta' l-Enemalta li qiegħed jiġbed il-ħajt jitneħħa u floku teħel ħadida?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol biex jinbidel l-arblu imsemmi bi brackets għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13773 u jgħid kemm hemm speċjalisti mpjegati fis-settur tas-saħħa? Kemm hemm speċjalisti f'kull dipartiment (fid-dipartiment tal-kirurġija, patoloġija, mediċina, eċċ.)? X'inhi l-ispiża totali li l-gvern iħallas lil dawn l-ispeċjalisti? Kemm speċjalisti jaħdmu full-timeu kemm għandhom permess li jaħdmu privat? X'inhi l-paga massima ta' speċjalista li jaħdem full-timeu kemm hi ta' min għandu permess jaħdem privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tad-domanda parlamentari numru 13773.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13772 u jgħid kemm hemm konsulenti mpjegati fis-settur tas-saħħa? Kemm minnhom jaħdmu full-time u għandhom permess jagħmlu xogħol privat? Kemm minnhom jagħmlu xogħol amministrattiv biss u fejn? X'inhi l-ispiża totali tal-gvern biex iħallas lil dawn il-konsulenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qeda spjegata fit-tabella ta' hawn taħt:
Konsulenti Fis-Settur Tas-Saħħa
Taqsima
Numru ta' Konsulenti
Nru. Full-Time
+Xogħol Privat
Nru. Fuq Doveri Amministrattivi Biss
Fejn Jaħdmu
Spiża Totali
Lm
Diviżjoni tas-Saħħa
16
15
9
6 Head Office,
1 Saħħa Pubblika
1 Health Information
1 Kura Primarja
149,050
Sptar San Luqa
115
114
2
2 Sptar San Luqa
1,468,871
Sptar Sir P.Boffa
6
6
-
-
Inkluża ma'
Sptar San Luqa
Sptar Monte Carmeli
8
8
-
-
88,155
Dipartiment Anzjani u Kura fil-Komunita'
5
5
-
-
58,850
Total
150
148
11
-
1,764,926
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13769 u jgħid kemm jimpjega security personnel il-ministeru tas-saħħa? F'liema sptarijiet u dipartimenti jintużaw u kemm f'kull sptar? X'kienet l-ispiża totali għal dawn is-security f'kull sptar/dipartiment fl-aħħar sitt snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' bħalissa għandu 182-il impjegat fuq doveri ta' sigurta'.
Dawn is-security personnel jinsabu jaħdmu f'dipartimenti, sptarijiet u ċentri kif indikat hawn taħt:
Spatr San Luqa 75
Sptar Boffa 8
Sptar Monte Carmeli 14
Residenza San Vinċenz 17
Djar għall-Anzjani 20
Head Office, Valletta 2
Ċentru tas-Saħħa Gzira 4
Ċentru tas-Saħħa Bormla 4
Ċentru tas-Saħħa Mosta 4
Ċentru tas-Saħħa Rabat 4
Ċentru tas-Saħħa B'Kara 4
Ċentru tas-Saħħa Qormi 4
Ċentru tas-Saħħa Floriana 4
Ċentru tas-Saħħa Paola 4
Ta' Qali 5
Ċimiterju 1
Sptar Żammit Clapp* 8*
Total 182
*Dawn it-tmien (8) persuni huma impjegati bħala Security/Transport Officers
L-ispiża totali ta' dawn l-impjegati (esklużi dawk il-persuni bħala Security/Transport Officers ma' Sptar Żammit Clapp) fl-aħħar sitt snin, sena b'sena, hija kif ġej:
1999
2000
2001
2002
2003
2004
Lm
Lm
Lm
Lm
Lm
Lm
1,023,449
926,715
1,046,209
1,137,311
1,169,817
1,168,256
Peress li l-ħlas ta' dawn l-impjegati jiġi pproċessat f'sors wieħed, diffiċli ferm li jingħata breakdown ta' ċifri għal kull sptar jew dipartiment.
Jista' issa l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13596?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-biċċa l-kbira tal-kanali li jsaqqu l-għelieqi mill-impjant ta’ Sant’Antnin huma mibnijin fuq ħitan tas-sejjiegħ u li huwa proċess naturali (weathering) li tiġġarraf xi parti minn dawn il-ħitan minn żmien għal żmien.
Il-manutenzjoni tas-sistema tal-kanali tat-tisqija ta’ l-ilma ta’ Sant’Antnin hija responsabbiltà tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma. Minkejja dan, id-Dipartiment ta’ l-Agrikultura qiegħed jgħin biex jissewwew xi kanali li jkollhom bżonn xi tiswija.
Barra minn hekk, qed issir talba formali lill-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma biex grupp ta’ nies jiġi assenjat lid-Dipartiment ta’ l-Agrikultura biex il-manutenzjoni issir b’mod iktar effettiv u effiċjenti.
Tista' il-Ministru tara jekk anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għalqet 60 sena, hijiex tirċievi l-pensjoni korretta? Tista' din is-sinjura tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13693 u jgħid kemm qed titħallas il-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Liema hi l-kumpannija tat-tindif?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini tal-Ministeru qed titħallas Lm33.98ċ fil-ġimgħa għat-tindif kollu. L-isem ta' din il-kumpannija huwa Jescer Cleaning Services Ltd.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13694 u jgħid kemm qed titħallas il-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Liema hi l-kumpannija tat-tindif?
Jista' il-Ministru jara li arblu mimli wires li jinsab quddiem dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat minħabba li qiegħed ikerrah l-ambjent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-wires li jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' l-Enemalta qegħdin kif titlob is-sengħa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien xtara art minn dawk li kienu tal-Knisja u li mbagħad għaddew f'idejn il-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-art in kwistjoni hija proprjeta’ tal-gvern amministrata mill-Uffiċċju Konġunt. Il-persuna li tagħha ingħataw id-dettalji qiegħed jallega li l-art hija tiegħu. Minn riċerki li għamel id-Dipartiment ma jirriżultax li dan huwa minnu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jimpjega security personnel il-ministeru tas-saħħa? F'liema sptarijiet u dipartimenti jintużaw u kemm f'kull sptar? X'kienet l-ispiża totali għal dawn is-security f'kull sptar/dipartiment fl-aħħar sitt snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min qed imexxi d-dipartiment tar-radjoloġija? Kemm hemm speċjalisti Maltin u kemm hemm barranin f'dan id-dipartiment? Kemm minnhom għandhom permess jaħdmu privat? Minn dawk li jaħdmu privat, kemm minnhom għandhom kliniċi privati tagħhom? X'kienet l-ispiża kull sena fl-aħħar sitt snin f'pagi li ħallas lil speċjalisti barranin dan id-dipartiment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent id-Dipartiment tar-Radjolloġija qed jitmexxa minn Konsulent in charge sakemm tiġi konkluża s-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' Chairman f'dan id-Dipartiment.
In-numru ta' Speċjalisti ngaġġati ma' dan id-Dipartiment huwa ta' 5 Konsulenti li huma ta' nazzjonalita' Maltija u 7 Senior Registrars li huma barranin.
Il-persuni ta' nazzjonalita' Maltija jingħatalhom il-permess li jaħdmu privat mal-ħatra tagħhomfid-dipartiment.Wieħed minnhom għandu klinika privata tiegħu. Il-persuni ta' nazzjonalita' barranija m'għandhomx permess jaħdmu privat.
L-ispiża ta' pagi li tħallsu lill-Speċjalisti barranin fid-Dipartiment tar-Radjoloġija kull sena tul dawn l-aħħar sitt snin kienet kif ġej:
Sena
Salarju
Numru ta' Speċjalisti
1999
Lm 42,276.37
10
2000
Lm 60,830.93
16
2001
Lm 63,486.79
15
2002
Lm 75,992.71
16
2003
Lm100,858.15
16
2004
Lm105,366.08
14
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm onkoloġisti fid-dipartiment tas-saħħa? Kemm kien hawn onkoloġisti b'kollox f'Malta mal-gvern kull sena fl-aħħar sitt snin? Kemm huwa n-numru ta' vakanzi fid-dipartiment ta' l-onkoloġija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' Onkoloġisti mpjegati mad-diviżjoni tas-saħħa kien u għadu 2.
Hemm vakanza waħda ta' konsulent onkoloġista.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mpjegati fis-settur tas-saħħa? Kemm minnhom jaħdmu full-time u għandhom permess jagħmlu xogħol privat? Kemm minnhom jagħmlu xogħol amministrattiv biss u fejn? X'inhi l-ispiża totali tal-gvern biex iħallas lil dawn il-konsulenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm speċjalisti mpjegati fis-settur tas-saħħa? Kemm hemm speċjalisti f'kull dipartiment (fid-dipartiment tal-kirurġija, patoloġija, mediċina, eċċ.)? X'inhi l-ispiża totali li l-gvern iħallas lil dawn l-ispeċjalisti? Kemm speċjalisti jaħdmu full-time u kemm għandhom permess li jaħdmu privat? X'inhi l-paga massima ta' speċjalista li jaħdem full-time u kemm hi ta' min għandu permess jaħdem privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li tiġi rimedjata l-problema kbira li hemm fil-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kawżata minn umdita' kaġun ta' ilma li daħal mill-kanen tal-WSC?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa ħadet passi biex tibdel il-kanna tas-servizz tal-blokk tal-flats in kwestjoni b'riżultat li m'hemmx aktar ħruġ ta' ilma.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13573, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar żviluppi li saru tad-deċiżjoni tal-gvern imħabbra fil-budget dwar liema istituzzjoni se tieħu r-responsabbilta' ta' riċerka u żvilupp? F'liema stadju waslet din id-deċiżjoni u meta se tibda tiġi attivata?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi ħejjew Rapport ta' Strateġija dwar il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.
Dan ir-Rapport ġie diskuss fuq livell Ministerjali u l-Gvern ser jagħti d-deċiżjoni tiegħu fi żmien qasir.