Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15511 u jgħid kemm se jibbenefikaw persuni mis-sussidju fuq is-surcharge tad-dawl ta' 55% fuq il-kontijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda jdaħħal nurses S.R.N. u S.E.N. u kemm se jdaħħal?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa se timpjega numru ta' infermiera fil-Grad ta' Staff Nurse hekk kif jiġi pubblikat ir-riżultat tal-proċess ta' l-għażla mill-PSC. Id-Diviżjoni tas-Saħħa m'hiex bi ħsiebha timpjega infermiera fil-Grad ta' Enrolled Nurse.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jsir lift ġewwa flats tal-gvern ta' anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan ma jistax joħroġ minn daru minħabba li xi xhur ilu kienu qatgħulu saqajh waħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-ġimgħa stess l-Awtorita' tad-Djar applikat ma' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sabiex tingħata permess għall-installar tal-lift. Hekk kif dan il-permess jinħareġ l-Awtorita' tad-Djar tkun tista' tipproċedi fit-tender għall-installar tal-lift.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15491 u jgħid kemm tqassmu flus mill-Community Chest Fund matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-Malta Community Chest Fund mhix ażjenda governattiva.
Jien nfurmat iżda, li l-
Malta Community Chest Fund
kull sena tippubblika l-
audited accounts
tagħha.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15490 u jgħid kemm persuni ġew boarded out matul is-snin 2002, 2003, 2004 u 2005 f'Malta u Għawdex u mil-liema lokalita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15490.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' persuna b'diżabilita' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u ma qed tingħata xejn mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jara kif tista' tiġi rranġata l-problema tad-drenaġġ li għandha koppja anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li toqgħod fi flat isfel u ta' kull ġimgħa qed ikollha problemi bid-drenaġġ, tant li qed ikollha tqabbad ħaddiem privat biex jirrimedja s-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15463, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Viċi Prim Ministru li din hija bankina li għadha se ssir l-ewwel darba u allura taqa' taħt gvern ċentrali.
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15463, ninsab infurmat illi fi Triq D. Hosa Santa Luċija hemm bankini eżistenti. Fil-fatt, fuq naħa waħda hemm tul ta' 28 metru waqt li fuq in-naħa l-oħra hemm tul ta' 94 metru. Minn spezzjonijiet illi jagħmel id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, jirriżulta illi dawn il-bankini qegħdin fi stat ħażin ħafna. Għaldaqstant il-manutenzjoni tagħhom hija r-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali Santa Luċija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15160, jista' il-Ministru jara li l-Maltacom tneħħi l-linji tat-telephone issa li ġew irranġati l-wires tad-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-PQ 1130.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern matul Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru 2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara tistax tintbagħat facilitator id-dar ta' tfajla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ma tistax tattendi l-iskola minħabba li din ma tistax timxi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha servizz għat-tfal li jkunu morda fit-tul u li ma jkunux jistgħu jattendu l-iskola minħabba raġuni mediċi. Jien informat li l-Kap ta' l-Iskola kienet tat id-dettalji neċessarji lill-omm ta' l-istudenta ikkonċernata sabiex tkun tista' tgawdi minn dan is-servizz hekk kif it-tfajla toħroġ mill-isptar. Minħabba li l-omm qatt ma' nformat lill-uffiċjali ikkonċernat minn dan is-servizz, dan is-servizz ma setgħax jibda. Ser jittieħdu l-passi neċessarji kollha biex din l-istudenta tibda tirċievi s-servizz meħtieġ.
Tista' il-Ministru tara għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma rċevitx iċ-children's allowance ta' Lulju? Jista'jiġi informat direttament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pilolli out of stock ġewwa r-residenza San Vincenz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-lista ta' pilloli li preżentament huma out of stock ġewwa l-ispiżerija tar-Residenza San Vinċenz huma kif ġej
Albendazole 400mg
Awaiting delivery shortly
Benztropine 2mg
Substitute available
Cyproheptadine 4mg
Substitute available
Glyceryl Trinitrate 0.5mg
Local agent late in delivery. To be delivered by the end of the week
Risperidone 1mg
Substitute available
Trifluoperazine 2mg
Manufacturing problems
Trifluoperazine 10mg
Manufacturing problems
Trifluoperazine 15mg
Manufacturing problems