Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew boarded out matul is-snin 2002, 2003, 2004 u 2005 f'Malta u Għawdex u mil-liema lokalita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ l-impjegati li ġew Medically Boarded Out matul is-snin 2002, 2003, 2004 u minn Jannar sa Novembru 2005, minn mas-Servizz Pubbliku u minn ma’ entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, maqsuma skond il-lokalita’.
Jekk l-Onor Intrpellant jixtieq aktar informazzjoni, huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tara li anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li qiegħed jgħid li qed jeħdulu aktar flus fix-xahar mill-pensjoni għax jinsab rikoverat fl-SVPR, jiġi spjegat lilu kemm għandu jagħti, kemm għandu pensjoni u kemm għandu jieħu flus fix-xahar għalih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16321, niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għall-bżonn li l-komun jiġi miżbugħ.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' l-osservazzjoni tiegħu u d-Dipartiment konċernat ser jimxi kif indikajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Numru 16321, li jien tajt f'Seduta Numru 337, fid-dawl tal-prijoritajiet u talbiet aktar urġenti li d-Dipartiment għandu u li jkollu regolarment.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16462 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandux dritt għas-somma peress li għamel 30 sena jaħdem mal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-individwu ndikat ġie mpjegat mal-Gvern wara l-ħmistax ta’ Jannar ta’ l-1979, dan mhuwiex intitolat għas-somma.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16459 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tara jekk arma li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li r-raġael tagħha kien jaħdem it-tarzna għandhiex dritt għas-somma mit-tarzna? Tista' din is-sinjura tiġi nformata direttament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16429 u jgħid għala l-pagi ta' l-impjegati tar-raba' sular administration building tal-korporazzjoni Enemalta fil-Marsa qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis-sezzjoni tal-pagi normali? Veru li ngħata allowance lil ċerti mpjegati mir-raba' sular biex jixtru ħwejjeġ? Kemm tiswa l-karozza tas-CEO u tas-CFO fix-xahar? Fuq liema bażi ġie ngaġġat il-procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for application? Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat l-Enemalta bejn l-2004 u l-2005 u kemm hu l-ammont ta' pagi tagħhom? Fuq liema bażi ħarġet il-call for application għal executive officers ġo l-Enemalta dan l-aħħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ ta' qbid ta' nies bid-droga sar f'Ħaż-Żabbar mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum? X'kienu l-etajiet ta' dawn in-nies?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 13-il persuna, li l-eta' tagħhom kienet tvarja bejn is-sittax u s-sitta u tletin sena li nqabdu mill-Pulizija ġewwa Ħaż Żabbar b'reati konnessi ma' droga. Filwaqt li matul l-istess sena, b'kollox, kien hemm 47 persuna li huma residenti f'Ħaż Żabbar li ġew investigati mill-Pulizija dwar reati konnessi ma' droga.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies minn Ħaż-Żabbar li qed jirreġistraw għax-xogħol? X'inhi l-eta' ta' l-iżgħar u l-akbar wieħed? Kemm ilu żmien jirreġistra l-aktar wieħed?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta’ Novembru 2005 kien hemm 358 persuna minn Ħaż-Żabbar li kienu qed jirregistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. L-eta’ ta’ l-iżgħar klijenti kienet ta’ 16-il sena u ta’ l-akbar klijenti kienet ta’ 60 sena. Informat li l-aktar wieħed li ilu jirreġistra hu persuna li ilha tirreġistra 4 snin.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15851, 15994 u 16180 u jgħid għala l-pagi ta' l-impjegati tar-raba' sular administration building tal-korporazzjoni Enemalta fil-Marsa qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis-sezzjoni tal-pagi normali? Veru li ngħata allowance lil ċerti mpjegati mir-raba' sular biex jixtru ħwejjeġ? Kemm tiswa l-karozza tas-CEO u tas-CFO fix-xahar? Fuq liema bażi ġie ngaġġat il-procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for application? Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat l-Enemalta bejn l-2004 u l-2005 u kemm hu l-ammont ta' pagi tagħhom? Fuq liema bażi ħarġet il-call for application għal executive officers ġo l-Enemalta dan l-aħħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara jekk armla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li r-raġel tagħha kien jaħdem it-tarzna għandhiex dritt għas-somma mit-tarzna? Tista' din is-sinjura tiġi informata direttament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li qed jistenna approvazzjoni ta' stairlift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita tad-Djar qed tagħmel il-verifiki meħtieġa għat-test tal-mezzi biex tiddetermina l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li tista’ tingħata l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandux dritt għas-somma peress li għamel 30 sena jaħdem mal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il serqa saret fir-raħal ta' Ħaż-Żabbar mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum? Kemm-il każ ġie solvut?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 2005 u d-9 ta' Jannar 2006, il-Pulizija kellha 250 rapport ta' serq fil-lokalita' ta' Ħaż Żabbar, li minnhom s'issa ġew solvuti 28 każ.
Tista' il-Ministru tara li jitbajjad il-flat ta' Door C, Scheme 2, Paola Hill, Raħal Ġdid minħabba l-istat abbandunat li jinsab fih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ser jispezzjona l-post indikat mill-Onor. Interpellant biex jiġi determinat ix-xogħol meħtieġ.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-appell ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li m'għandu l-ebda dħul ieħor? Jista' dan is-sinjur jiġu nformat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandha ebda appell pendenti quddiem l-Arbitri maħtura skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jekk l-appell li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu quddiem il-Bord Nazzjonali dwar l-Impjieg, nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, irċeviet bonus ta' Lm42.23,9 minflok ta' Lm58? Tista' din l-anzjana tiġi nformata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' appell dwar relief tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandha ebda appell pendenti quddiem l-Arbitri maħtura skond l-att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jekk l-appell li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu quddiem il-Bord Nazzjonali dwar l-Impjieg, nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15851 u 15994 u jgħid għala l-pagi ta' l-impjegati tar-raba' sular administration building tal-korporazzjoni Enemalta fil-Marsa qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis-sezzjoni tal-pagi normali? Veru li ngħata allowance lil ċerti mpjegati mir-raba' sular biex jixtru ħwejjeġ? Kemm tiswa l-karozza tas-CEO u tas-CFO fix-xahar? Fuq liema bażi ġie ngaġġat il-procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for application? Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat l-Enemalta bejn l-2004 u l-2005 u kemm hu l-ammont ta' pagi tagħhom? Fuq liema bażi ħarġet il-call for application għal executive officers ġo l-Enemalta dan l-aħħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15992 u jara li jitneħħa arblu tad-dawl li jinsab fi Triq il-Ġdida, Paola quddiem ir-residenza "Waterlily" peress li huwa perikoluż u issa ser issir il-bankina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-arblu msemmi twaħħal biex ikun jista' isir xogħol mill-iżviluppatur koncernat. Dan l-arblu għandu jitneħħa flimkien ma xogħolijiet oħra simili.