Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru riċevimenti fil-ministeri kollha matul l-2005 u fl-ewwel xahar ta' l-2006? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġie jiswa kull riċeviment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm pilloli out of stock fl-isptar tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pilloli li huma out of stock huma li ġejja:
Griseofulvin 125mg
Late delivery. Purchasing on the account of agent.
Mianserin 10 mg
Awaiting delivery
Pancreatin Tabs
Awaiting delivery
Primidone 250mg
Order being hastened
Trifluoperazine 2mgs spans
Manufacturing problems
Trifluoperazine 10 mg
Manufacturing problems
Trifluoperazine 15mg
Manufacturing problems
Acipimox 250mg
Awaiting delivery
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali ġewwa l-SVPR li talbu li ssirilhom maintenance tas-sala u x'kienet ir-risposta għas-sena 2005 u għal din is-sena s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li manutenzjoni fis-swali ġewwa San Vinċenz de Paul issir b'mod regolari kull fejn u meta jkun hemm bżonn. Manutenzjoni ġenerali issir skond il-kundizzjoni ta' l-istess swali u tingħata priorita' lil dawk li jkunu l-aktar fi bżonn ta' xogħol simili.
Tingħata wkoll kunsiderazzjoni jekk f'xi sala partikulari jkunx hemm ippjanat xi xogħol ieħor fil-futur qrib.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa d-djar ta' l-anzjani u x'inhu l-grad tagħhom? Kemm hemm persuni bil-kuntratt u x'inhu xogħolhom u kemm jitħallsu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ġewwa d-djar ta' l-Anzjani hemm 171 impjegat kif spjegat hawn taħt :
Grad
Numru ta' Ħaddiema
Head of Homes
5
Nursing Officer
1
Deputy Nursing Officer
1
Principal
1
Senior Tradesman
4
Staff Nurse
3
P/T Staff Nurse
1
Enrolled Nurse
10
P/T Enrolled Nurse
3
Nursing Aide
21
Senior Careworker
2
Careworker
28
Ass. Careworker
17
Supervisor
1
Cook
2
Hospital Auxiliary
1
Health Assistant
1
Health Attendant
1
Casual Health Ass.
1
General Hand
1
Operative
1
Charwoman
5
Part Time Social Assistants
60
Total
171
M'hemm l-ebda mpjegat jaħdem bil-kuntratt.
Jista' il-Ministru jgħid jekk tqassmux rigali lil anzjani fid-djar ta' l-anzjani u ġewwa l-SVPR għal żmien il-Milied?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma jsir kull sena, matul il-festi tal-Milied tas-sena 2005 tqassmu r-rigali lill-anzjani kollha li huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fid-djar tal-anzjani.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li applikaw biex jidħlu f'xi home għal dawn il-persuni fis-sena 2005-2006?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-servizz residenzjali għall-persuni b’diżabilita’ provdut mill-Aġenzija Sapport, ninsab infurmata li fis-sena 2005 u 2006, sa issa, din l-Aġenzija rċeviet 23 applikazzjoni għal dan is-servizz.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fl-SVPR li hemm talba mill-pazjenti biex isiru fihom l-airconditioners?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jsirux talbiet mir-residenti biex isiru air-conditioners fi swali partikulari. Air-conditioners fi swali jsiru skond il-bżonn partikulari tal-ward. Bħalissa qed isiru proċeduri biex issir sistema ġdida ta' air-conditioning fis-sala 5/6 Rġiel.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers matul l-2005 fid-dipartimenti kollha tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ transfers li saru matul is-sena 2005 bejn Ministeru u ieħor u li ġew approvati mill-Management and Personnel Office huwa 113. Kien hemm ukoll 34 impjegat li kienu f’dipartimenti tal-Gvern u li ġew trasferiti biex jagħmlu xogħol f’Segretarjati Privati ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari jew vice versa.
Barra minn hekk, kien hemm 25
transfer
li ġew approvati bejn dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Transfers
bejn dipartimenti ta’ l-istess Ministeru, jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti rispettiv. Għall-informazzjoni dwar dawn it-
transfers
l-Onorevoli Interpellant huwa mistieden jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-postijiet f'Malta u Għawdex li huma ikkunsidrati bħala tourist areas?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Iż-żoni identifikati bħala żoni turistiċi huma kif ġej:
Tramuntana
San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Mellieħa
Portijiet (naħa ta’ ġewwa)
San Ġiljan, Paceville, Sliema, partijiet tax-xatt tal-Gżira
Port il-Kbir u t-Tlitt Ibliet
Valletta, partijiet mill-Furjana, it-tlitt ibliet, u partijiet mill-Kalkara
Bliet Storiċi (Ċentrali)
Mdina, Rabat, il-Buskett u Ħad-Dingli
Għawdex
Il-gżira kollha, b’enfasi partikulari fuq ix-Xlendi, Marsalforn, Mġarr, Ċittadella u Victoria
Żoni kostali
Żoni kostali partikularment dawk viċin
“resorts”
u
“dive sites”
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Diċembru 2005 sal-15 ta' Jannar 2006 kemm kien hemm inwiet suspettati b'suwiċidju?
Kemm kien hemm imwiet suspettati b'suwiċidju mis-snin 2000 sa 2005 u x'kienu l-etajiet tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Diċembru 2005 u l-15 ta' Jannar 2006 kien hemm 4 każi ta' suwiċidju rrapurtati lill-Pulizija, filwaqt li matul is-sena 2000 kien hemm 21, fl-2001 kien hemm 26, fl-2002 - 15, fl-2003 - 18, fl-2004 - 25 u b'kollox is-sena l-oħra kien hemm 17 il-każ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm pulizija ma' l-immigranti illegali? Kemm huwa n-numru totali ta' pulizija? Kemm minn dawn jaħdmu fid-depot u fl-uffiċini?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 55 membru tal-Korp tal-Pulizija li huma assenjati xogħol full time fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni għall-immigranti illegali. Ma' dawn wieħed irid iżid ukoll medja ta' 30 oħra li jkunu għassa kull jum ma' immigranti illegali li jkunu rekoverati fi sptarijiet, kif ukoll 7 membri tal-Korp li jaħdmu fil-kċina sabiex jippreparawlhom l-ikel, kif ukoll madwar 28 membru tal-Korp oħra li huma involuti f'xogħol amministrattiv u support, bħal ma huwa ipproċessar ta' dokumenti, intervisti, maintenance taċ-ċentri, skorti għall-kliniċi u postijiet oħra u xogħol ieħor relatat li jinqala minn ħin għall-ieħor.
Infurmat ukoll illi fil-preżent b'kollox hemm 1,787 membru fil-Korp tal-Pulizija. Fuq xogħol klerikali fid-Distretti b'kollox hemm 71, filwaqt illi fuq xogħol klerikali fid-diversi taqsimiet fil-Kwartieri Ġenerali hemm 100.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tfal b'diżabilita' mentali (down, autistic, celebral paulsy, syndromes, attention deficit disorders) li kellhom facilitator magħhom spiċċaw mill-iskejjel sekondarji, ta' l-istat, skejjel indipendenti u tal-knisja fl-aħħar erba' snin?
Jista' jagħti l-figuri skond l-iskejjel, jiġifieri ta' l-Istat, tal-knisja u indipendenti individwalment?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tfal b'diżabilita mentali li kellhom facilitator magħhom u li spiċċaw mill-iskejjel sekondarji f'dawn l-aħħar erba' snin, huwa hekk :-
Skejjel Statali : 19
Skejjel tal-Knisja : 42
Skejjel Indipendenti : 0
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li għandhom is-servizz tal-homehelp u minn liema lokalita' huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma jipprovdu s-servizz indikat mill-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett flok il-ground Pace Grasso f'Raħal Ġdid? Jekk iva, x'inhu? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjani?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Ministeru għadu jsegwi b'mod attiv il-proġett ta' Pace Grasso. Il-Pjanti issa ġew finalizzati u qegħdin għand il-MEPA għall-konsiderazzjoni finali tagħha.
In-numru tal-applikazzjoni inbidel peress li l-applikazzjoni inbidlet minn Outline development application għall-Full development application. In-numru l-ġdid tal-applikazzjoni huwa PA 0804/05.
Hekk kif jgħaddi l-permess, il-pjanti jkunu jistgħu jitqegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-polyclinic ta' Raħal Ġdid hijiex sejra f'xi post ieħor? Jista' jgħid fejn u x'ser isir minflokha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sallum ma hemm ebda pjan sabiex iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid jiċċaqlaq minn fejn jinsab illum. Kienu saru xi taħditiet rigward il-possibilita' li jinbena Ċentru tas-Saħħa ġdid għal Raħal Ġdid fl-iżvilupp li hemm maħsub fil-futur ħdejn il-grownd ta' Paċe Grasso.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il serqa saret f'Wied il-Għajn mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum? Kemm-il każ ġie solvut?
Jista' jgħid kemm-il każ ta' qbid ta' nies bid-droga sar f'Wied il-Għajn mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum? X'kienu l-etajiet ta' dawn in-nies?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tlettax il-xahar il-Pulizija kellha 239 il-rapport ta' serq f'Wied il-Għajn. Minn dawn s'issa, tmintax ġew solvuti u fi tnax il-każ minnhom diġa` inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu kien hemm tlett każi ta' qbid ta' droga fl-istess lokalita', li b'kollox kienu jinvolvu tlettax il-persuna li l-eta' tagħhom kienet tvarja bejn is-sbatax u l-wieħed u għoxrin sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm nies qed jirreġistraw għax-xogħol f'Wied il-Għajn? Kemm għandu eta' l-iżgħar wieħed u kemm għandu l-ikbar wieħed? Kemm ilu żmien jirreġistra l-aktar wieħed?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta’ Diċembru 2005 kien hemm 162 persuni minn Wied il-Għajn li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. L-eta’ ta’ l-iżgħar klijent kienet ta’ 16-il sena u ta’ l-akbar klijent kienet ta’ 60 sena. L-aktar klijent ilu jirreġistra 12-il sena.
Jista' il-Prim Ministru jgħid minn min huwa kompost il-kumitat ministerjali għat-turiżmu? Kemm ilu mwaqqaf? X'deċiżjonijiet ħa dan il-kumitat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Kumitat Interministerjali għat-Turizmu iltaqa’ għall-ewwel darba fl-24 ta’ Frar 2005 u minn dak inhar iltaqa’ ħdax-il darba.
Dan il-kumitat huwa kompost minn:
Onor. Lawrence Gonzi, Prim Ministru
Onor. Tonio Borg, Deputat Prim Ministru
Onor. Francis Zammit Dimech, Ministru għat-Turiżmu u Kultura
Onor. Censu Galea, Ministru għal-Kommunikazzjoni u Kompettitività
Onor. Ninu Zammit, Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura
Onor. Giovanna Debono, Ministru għal-Għawdex
Onor. George Pullicino, Ministru għall-Ambjent u l-Affarijiet Rurali
Onor. Jesmond Mugliett, Ministru għal-Iżvilupp Urban u t-Toroq
Diversi esperti fil-qasam tat-turiżmu li jappoġġjaw lill-kumitat ukoll jattendu għal-laqgħat b’mod regolari. Dawn jinkludu rapreżentanti ta’ l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, l-Awtorità Marittima Maltija, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Awtorità Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Għal-laqgħat ta’ dan il-kumitat jattendu ukoll il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, il-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, u l-Kordinatur tal-Proġetti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
L-objettivi primarji ta’ dan il-kumitat huma li:
- jiffacilita’ li jiġu indirizzata problemi li jolqtu is-settur turistiku u li jinvolvu ministeri differenti
- jgħin sabiex ikun hemm l-appoġġ meħtieġ biex jitwettqu proġetti li jsaħħu l-prodott turistiku Malti
Il-materji kkunsidrati mill-Kumitat Interministerjali għat-Turiżmu jvarjaw mill-ħtieġa ta’ interventi ġenerali f’zoni ta’ nteress turistiku partikolari, sa proġetti speċifiċi. Fost is-suġġetti li tratta dan il-kumitat hemm:
Moniteraġġ ta’ l-istruttura tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu;
Moniteraġġ tal-iżvilupp tal-prodott turistiku Malti;
It-twaqqif ta’ żoni turistiċi;
Branding tal-prodott turistiku Malti;
Studju ta’ titjieb ta’ bajjiet eżistenti;
Żvilupp ta’ bajjiet ġodda, fosthom il-proġett tal-bajja f’Buġibba;
Moniteraġġ tad-disinn tal-Korsa tal-Golf;
Moniteraġġ tal-iżvilupp tal-brif tal-Marina tax-Xemxija;
Policy dwar il-White Taxis;
Policy dwar mezzi ta’ trasport partikolari, li jinkludi double deckers, trackless trains u karozzi tal-linja antiki;
It-tkomplija tat-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Mġarr, Għawdex;
L-użu ristrett ta’ l-umbrellel u deck chairs fuq il-bajjiet;
Triq alternattiva li twassal mill-port ta’ l-Mġarr Għawdex lejn iċ-ċentru t’Għawdex;
Titjib ta’ propjetà privata li hija miżmuma fi stat ħażin, liema propjeta’ tinsab f’żoni turistiċi;
Miżuri biex ma jtirx trab minn siti li qed jinbnew (Screening).