Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuna boarded out — Applikazzjoni għal sussidju

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li huwa sid ta' daru imma jinsab boarded out mix-xogħol jistax japplika għas-sussidju fuq kamra tal-banju meta l-post jiswa aktar minn Lm40,000? Hemm xi skema li jista' japplika għaliha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skema Z ta’ l-Awtorita’ tad-Djar tipprovdi għal għajnuna lis-sid ta’ residenza privata biex jagħmel xogħol ta’ rranġar u titjib fir-residenza tiegħu. Biex wieħed jibbenefika, il-valur tal-proprjeta’ ma jridx jaqbeż Lm60,000 u d-dħul aggregat ta’ l-applikant fis-sena ta’ qabel l-applikazzjoni ma jridx jaqbeż Lm5,494. Dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, ninsab infurmata li ma tikkwalifikax taħt din l-iskema peress li diġa’ qed tibbenefika mill-iskema ta’ sussidju fuq imgħax fuq self biex xtrat ir-residenza tagħha.

Sun block

Question

Jista' il-Ministru jara li s-sun block jitneħħa mil-lista ta' cosmetics u jitqiegħed fil-lista tal-mediċinali peress li dan huwa bżonn minħabba l-iskin cancer u ħafna nies ma jistgħux jixtruh għax huwa għali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prodotti li jintużaw bħala sun blocks ma jaqgħux taħt id-definizjoni ta' mediċini kif inhuma definiti fil-Medicines Act, III, 2003 kif emendata b'Att Nru. III tat-2004 f'Artiklu 46(b) bħala prodotti li jistgħu jiġu wżati jew amministrati fil-bniedem jew sabiex issir ir-restawrazzjoni, korrezzjoni jew modifikazzjoni ta' funzjoni fiżjoloġika billi tiġi eżerċitata azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika jew sabiex issir dijanjosi medika. Is-sun blocks jagħqu taħt id-definizjoni ta' kosmetiċi u għalhekk jiġu regolati taħt il-liġijiet li jirrigwardaw il-kosmetiċi (L.N.424/2004 u L.N.498/2004)

Ħal Far l/o Żurrieq — Splussivi fil-barriera tal-qawwi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-Bord ta' Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija se jieħu deċiżjoni wara ż-żjara li għamel fuq il-post nhar it-Tlieta 21 ta' Frar 2006, dwar l-isplussivi fil-barriera tal-qawwi, nru. 19, Tal-Mnieżep, Ħal Far, l/o Żurrieq? Kopja ta' l-ittra qed tintbagħat separatament.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Tribunal ta' Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija kien għamel ir-rapport nhar 28 ta' April 2006. Wara li sema' is-sottomissjoni tal-partijiet, kif ukoll wara li saret laqgħa ma' uffiċjali tal-MEPA, it-Tribunal ikkonkluda li 'ma kienx hemm ksur tal-Kundizzjonijiet tal-Liċenzja u jirrakkomanda li l-isparar għandu jibqa' jsir b'mod ikkontrollat'.

Sigurta' Soċjali — Relief

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u ma tistax taħdem għax hija marida, ma ġietx aċċettata l-applikazzjoni tagħha għal xi forma ta' relief? Tista' din is-sinjura tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu flus li hi ntitolata għalihom? Tista' din il-persuna tiġi nformata direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara jekk koppja anzjana li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament humiex jieħdu pensjoni xierqa? Jistgħu jiġu nformati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni għaliex is-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tintalab tħallas somma ta' Lm59.16, meta f'dan iż-żmien ma kenitx taħdem? Tista' din is-sinjura tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Kordin — Ħażna ta' fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19049 u jagħti informazzjoni dettaljata għal dawn l-aħħar għaxar snin ta' kemm-il darba ntużaw it-tankijiet ġewwa Kordin biex jinħażen il-fuel? Jista' jikkonferma jekk kenitx twaħħlet is-sistema protettiva (fire protection) kif kien stipulat fl-applikazzjoni PA5814/94?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar għaxar snin it-tankijiet ġewwa Kordin qatt ma ntużaw. Peress li t-tankijiet qatt ma ntużaw ma kienx hemm il-bżonn li titwaħħal is-sistema protettiva (fire protection).

Anzjana — Ħlas ta' arretrati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19178 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tara għaliex anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tħallas Lm10.83 fil-ġimgħa bħala arretrati? Tista' din il-persuna tiġi nformata direttament dwar ir-raġuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-anzjana li dettalji qed jintbagħtu separatament mhix fil-listi tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li jinħareġ xi tip ta' benefiċċju soċjali lill-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li nqatgħalha kull tip ta' benefiċċju u m'għandhom l-ebda dħul, meta għandhom ukoll tarbija fin-nofs? Tista' din il-familja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

MEPA — Traffic Count Survey

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA għandhiex traffic count survey ta' Marina Street, St Anthony Street, il-bypass u Triq Wied il-Għajn? X'kien ir-riżultat ta' tali survey?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista' l-Onorevoli Interpellant jindika f’liema lokalità jinsabu dawn it-toroq?

Ħlas tas-sick leave

Question

Tista' il-Ministru tara li jinħareġ il-ħlas tas-sick leave tas-sinjur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jivverifika d-dettalji mibgħuta. Ninsab infurmata li l-persuna ndikata m'għandiex in-numru ta' l-identita' provdut.

Assistenza soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara x'sar mill-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat biex iddur bin-nanna u li sal-lum għadha ma kellha l-ebda risposta? Tista' din il-persuna tiġi informata direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara l-każ ta' sinjur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jinsab bla dar u qiegħed jgħix fil-klabb tal-boċċi tal-Marsa, biex isir rimedju miegħu? Jista' xi ħadd mid-dipartiment imur jara l-każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Ħlas ta' arretrati

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tħallas Lm10.83 fil-ġimgħa bħala arretrati? Tista' din il-persuna tiġi informata direttament dwar ir-raġuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-kontribuzzjoni, dovuta mill-persuna ndikata, bħala residenta f'dar jew istituzzjoni tal-Gvern għall-anzjani, ninsab infurmata li l-ammont ta' kontribuzzjoni dovuta jiġi stmat mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Każ ta' Pensjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li saret fil-konfront ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-anzjana wirtet parti minn dar li tammonta għal Lm7,500 ma jfissirx li se tiekol il-ġebel, għaldaqstant tista' tinħarġilha xi forma ta' pensjoni? Tista' din il-persuna tiġi informata direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

SVPR

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19022, jista' il-Ministru jikkonferma li daħal kwantita' ta' ilma mit-twieqi? Jekk iva, kemm ġiet tiswa l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq it-twieqi tal-blokk ta' Padre Pio kien parti mix-xogħol ta' manutenzjoni li ssir regolarment u dan kien meħtieġ minħabba li wara s-sajf, peress li l-binja kienet għada relativament ġdida, kien hemm postijiet fejn is-sealer inqata' minn mal-ġwarniċa tat-tieqa u beda dieħel l-ilma. Is-sealer reġa' sar mill-kuntrattur oriġinali għas-spejjeż tiegħu.

Art għal skop pubbliku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema raġuni kienet ħarġet id-dikjarazzjoni No 763 ippubblikata fil-gazzetta tal-gvern tad-19 ta' Settembru, 1969, liema art issa ġiet iddikjarata bħala mhux aktar meħtieġa għal skop pubbliku fil-gazzetta tal-gvern tat-2 ta' Mejju, 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art li ġiet iddikjarata meħtieġa permezz ta' dikjarazzjoni Nru. 763 ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta' Settembru 1969, kienet meħtieġa għall-Qasam Industrijali.

Raħal Ġdid — St Monica Street

Question

Tista' il-Ministru tara li jinżebagħ it-taraġ ta' Block C, St Monica Street, Paola peress li jinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.